+REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1502 tat-22 ta’ Frar 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kriterji għad-deżinjazzjoni ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT bħala kritiċi għall-entitajiet finanzjarji (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Approċċ tal-valutazzjoni
------+Artikolu 1 1
------+Artikolu 1 2
---+Artikolu 2 L-impatt sistemiku tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT fuq l-istabbiltà, il-kontinwità jew il-kwalità tal-forniment tas-servizzi finanzjarji
------+Artikolu 2 1
------+Artikolu 2 2
------+Artikolu 2 3
------+Artikolu 2 4
------+Artikolu 2 5
---+Artikolu 3 Il-karattru sistemiku u l-importanza tas-servizzi tal-ICT ipprovduti lill-entitajiet finanzjarji
------+Artikolu 3 1
------+Artikolu 3 2
------+Artikolu 3 3
------+Artikolu 3 4
---+Artikolu 4 Il-kritikalità jew l-importanza tal-funzjonijiet
---+Artikolu 5 Grad ta’ sostitwibbiltà
------+Artikolu 5 1
------+Artikolu 5 2
------+Artikolu 5 3
------+Artikolu 5 4
------+Artikolu 5 5
---+Artikolu 6 Sorsi ta’ informazzjoni li jippermettu l-valutazzjoni tal-kritikalità
------+Artikolu 6 1
------+Artikolu 6 2
---+Artikolu 7 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
English - European Union - Financial Industry - DORA -

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1502 tat-22 ta’ Frar 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kriterji għad-deżinjazzjoni ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT bħala kritiċi għall-entitajiet finanzjarji (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1502

tat-22 ta’ Frar 2024

li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jispeċifika l-kriterji għad-deżinjazzjoni ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT bħala kritiċi għall-entitajiet finanzjarji

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(6) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex jiġi vvalutat jekk fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT huwiex kritiku għall-entitajiet finanzjarji, u filwaqt li jitqiesu l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) 2022/2554, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) jenħtieġ li jużaw subkriterji f’valutazzjoni tal-approċċ f’żewġ stadji. Meta jitqies l-għadd importanti ta’ servizzi tal-ICT u d-diversità u l-għadd ta’ istituzzjonijiet finanzjarji li jużaw dawn is-servizzi, jenħtieġ li jittieħed approċċ f’żewġ stadji ta’ dan it-tip, biex tiġi ffiltrata l-popolazzjoni ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT u jiġu identifikati l-aktar fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT. Is-subkriterji kwantitattivi li jridu jitqiesu bħala parti mill-ewwel stadju tal-valutazzjoni huma meħtieġa biex titwettaq l-ewwel għażla tal-popolazzjoni ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT li għalihom huwa rilevanti li titwettaq analiżi fil-fond ulterjuri fid-dawl tas-subkriterji kwalitattivi li jridu jitqiesu bħala parti mit-tieni stadju tal-valutazzjoni.

(2)

Il-punt sa fejn servizz tal-ICT ipprovdut minn fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jappoġġa funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entità finanzjarja jitqies bħala element kruċjali tal-valutazzjoni tal-kritikalità b’mod ġenerali. Għalhekk, l-importanza tal-attivitajiet tal-entitajiet finanzjarji li huma appoġġati mis-servizzi tal-ICT jenħtieġ li tiġi integrata fis-subkriterji kollha meqjusa bħala parti mill-ewwel stadju. Konsegwentement, jenħtieġ li ma jkunx hemm valutazzjoni kwantitattiva distinta relatata mal-kritikalità tal-funzjonijiet tal-entitajiet finanzjarji bħala parti mill-ewwel stadju tal-valutazzjoni. Minflok, huwa xieraq li l-ASE jqisu l-kritikalità u l-importanza tal-funzjonijiet tal-entitajiet finanzjarji appoġġati mis-servizzi tal-ICT bħala parti mit-tieni stadju kwalitattiv tal-valutazzjoni.

(3)

Jenħtieġ li l-valutazzjoni titwettaq għal kull fornitur terz individwali ta’ servizzi tal-ICT jew, fejn applikabbli, għal kull grupp ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT f’każ li l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jappartjeni għal grupp skont l-Artikolu 31(3) tar-Regolament (UE) 2022/2554. Sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni komprensiva tal-impatt sistemiku potenzjali fuq is-settur finanzjarju tal-Unjoni, is-subkuntratturi tal-ICT tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jenħtieġ li jkunu soġġetti wkoll għall-valutazzjoni mill-ASE, u fejn applikabbli, iddeżinjati bħala fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT.

(4)

Sabiex jiġi ddeterminat l-impatt sistemiku tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fuq l-istabbiltà, il-kontinwità jew il-kwalità tal-forniment tas-servizzi finanzjarji, huwa ta’ importanza kbira li tiġi żviluppata stampa ċara dwar il-portata u n-natura tal-impatt sistemiku li ħsara operattiva fuq skala kbira ta’ fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT ikollha fuq l-entitajiet finanzjarji, li jiddependu fuq is-servizzi pprovduti minn fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, u fuq is-sistema finanzjarja. Għalhekk, huwa xieraq li jitqies l-għadd ta’ entitajiet finanzjarji ta’ kategorija speċifika ta’ entitajiet finanzjarji li jużaw l-istess servizzi tal-ICT, kif ukoll il-valur tal-assi tagħhom biex jiġi vvalutat jekk huwiex rilevanti li l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li joffri dawk is-servizzi tal-ICT jitqies bħala kritiku. Barra minn hekk, jenħtieġ li titwettaq valutazzjoni kwalitattiva tal-interkonnettività u l-importanza sistemika tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, kif ukoll l-importanza tas-servizzi pprovduti minn fornitur terz tal-ICT fuq il-forniment ta’ servizzi finanzjarji mill-entitajiet finanzjarji filwaqt li jitqiesu l-istabbiltà u l-kontinwità tas-servizzi biex jiġi ddeterminat l-impatt sistemiku tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT fuq l-attivitajiet tal-entitajiet finanzjarji.

(5)

Sabiex jiġu ddeterminati l-karattru sistemiku u l-importanza tal-entitajiet finanzjarji li jiddependu fuq is-servizzi tal-ICT, jeħtieġ li titqies in-natura ta’ dawn l-entitajiet finanzjarji. Meta l-entitajiet finanzjarji li huma kklassifikati bħala G-SIIs u O-SIIs jew li huma identifikati bħala “sistemiċi” jiddependu fuq l-istess servizzi tal-ICT biex jappoġġaw il-funzjonijiet kritiċi jew importanti tagħhom, ikun xieraq li jiġi vvalutat jekk il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jipprovdi dawn is-servizzi jenħtieġx li jitqies bħala kritiku għas-settur finanzjarju tal-Unjoni. L-interkonnettività bejn l-entitajiet finanzjarji fis-settur finanzjarju tal-Unjoni li jiddependu fuq servizzi tal-ICT ipprovduti mill-istess fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jenħtieġ li tiġi vvalutata wkoll biex tiġi ddeterminata d-dipendenza tal-entitajiet finanzjarji fuq dak il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT.

(6)

Jenħtieġ li s-servizzi tal-ICT li jappoġġaw funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entitajiet finanzjarji jiġu vvalutati fir-rigward tat-tip tagħhom u n-natura kritika tagħhom għal dawn l-entitajiet, li għandhom bżonnhom sabiex iwettqu l-attivitajiet tagħhom mingħajr ebda tfixkil.

(7)

Sabiex jiġi ddeterminat il-grad ta’ sostitwibbiltà tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, jeħtieġ li jitqies l-għadd ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT attivi f’suq partikolari, l-eżistenza ta’ soluzzjonijiet alternattivi għall-istess servizz tal-ICT, kif ukoll il-kostijiet tal-migrazzjoni tad-data u t-tagħbijiet ta’ xogħol tal-ICT għal fornituri terzi oħra ta’ servizzi tal-ICT bħala parti mill-valutazzjoni li trid titwettaq mill-ASE.

(8)

Sabiex tiġi żgurata s-solidità tal-proċess ta’ valutazzjoni, huwa importanti li l-ASE jiddependu fuq id-data mir-reġistri ta’ informazzjoni msemmija fl-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) 2022/2554, u kwalunkwe informazzjoni oħra faċilment disponibbli, meta jivvalutaw jekk jenħtieġx li l-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jiġu ddeżinjati bħala kritiċi,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Frar 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN

Artikolu 1 Approċċ tal-valutazzjoni -
Artikolu 2 L-impatt sistemiku tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT fuq l-istabbiltà, il-kontinwità jew il-kwalità tal-forniment tas-servizzi finanzjarji -
Artikolu 3 Il-karattru sistemiku u l-importanza tas-servizzi tal-ICT ipprovduti lill-entitajiet finanzjarji -
Artikolu 4 Il-kritikalità jew l-importanza tal-funzjonijiet

Artikolu 4

Il-kritikalità jew l-importanza tal-funzjonijiet

Meta jikkunsidraw il-kriterju stabbilit fl-Artikolu 31(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) 2022/2554, l-ASE għandhom iwettqu l-valutazzjoni tagħhom fid-dawl tas-subkriterju tal-“istadju 2” li ġej:

—

Is-subkriterju 3.1: is-servizz tal-ICT ipprovdut fl-aħħar mill-aħħar mill-istess fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġa funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entitajiet finanzjarji jkun ta’ natura kritika għall-attivitajiet tal-entitajiet finanzjarji.

Artikolu 5 Grad ta’ sostitwibbiltà -
Artikolu 6 Sorsi ta’ informazzjoni li jippermettu l-valutazzjoni tal-kritikalità -
Artikolu 7 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Artikolu 7

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Madankollu, is-Sorveljant Ewlieni għandu japplika s-subkriterju 1.4 msemmi fl-Artikolu 2, il-paragrafu 5, il-punt (b) 16 Jannar 2025.


(1)   ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2554/oj.

(2)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/36/oj).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit

Kwistjonijiet marbuta