+REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 620/2014 tal-4 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti, skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
---+Preamble: 1
---+Artikolu 1 Suġġett in kwistjoni
---+Artikolu 2 Data ta' rimnessa u frekwenza tal-iskambji tal-informazzjoni rigward l-istituzzjonijiet li joperaw permezz ta' fergħa
------+Artikolu 2 1
------+Artikolu 2 2
------+Artikolu 2 3
---+Artikolu 3 Proċeduri operattivi għat-trażmissjoni tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti
------+Artikolu 3 1
------+Artikolu 3 2
------+Artikolu 3 3
------+Artikolu 3 4
------+Artikolu 3 5
------+Artikolu 3 6
---+Artikolu 4 Formoli u mudelli li għandhom jintużaw għall-iskambji tal-informazzjoni rigward istituzzjonijiet li joperaw permezz ta' fergħa
------+Artikolu 4 1
------+Artikolu 4 2
------+Artikolu 4 3
------+Artikolu 4 4
------+Artikolu 4 5
------+Artikolu 4 6
------+Artikolu 4 7
------+Artikolu 4 8
---+Artikolu 5 Talbiet ad-hoc ta' informazzjoni ta' awtoritajiet kompetenti
------+Artikolu 5 1
------+Artikolu 5 2
------+Artikolu 5 3
---+Artikolu 6 Skambju ta' informazzjoni dwar fornituri ta' servizzi transfruntiera
---+Artikolu 7 Skambju ta' informazzjoni rigward istituzzjonijiet li joperaw permezz ta' fergħa fil-każ ta' stress tal-likwidità li jaffettwal-istituzzjoni jew il-fetgħa nnifisha
---+Artikolu 8 Id-dħul fis-seħħ
---+ANNESS I
------+1. L-istruttura organizzattiva attwali tal-istituzzjoni inklużi l-linji tan-negozju tagħha u …
------+2. Dettalji ta' kuntatt ta' emerġenza ta' persuni fl-awtoritajiet kompetenti li huma responsabbli …
------+1. L-istruttura attwali tal-korp tal-maniġment u tal-maniġment superjuri, inkluża l-allokazzjoni …
------+2. Il-lista kurrenti tal-azzjonisti u l-membri b'parteċipazzjoni kwalifikattiva bbażata fuq …
------+3. Il-politika ta' likwidità u ta' finanzjament tal-istituzzjoni, inklużi deskrizzjonijiet …
------+4. Pjanijiet ta' likwidità u ta' kontinġenza ta' finanzjament tal-istituzzjoni, inkluża …
---+ANNESS II
English - European Union - Financial Industry - Banking -

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 620/2014 tal-4 ta' Ġunju 2014 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti, skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 620/2014

tal-4 ta' Ġunju 2014

li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti, skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Preamble: 1

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tirrevoka d-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 50(7) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni effiċjenti u fil-ħin bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti l-iskambju tal-informazzjoni għandu jkun bidirezzjonali, fi ħdan il-kompetenzi superviżorji rispettivi ta' dawk l-awtoritajiet. Għalhekk għandhom jiġu stabbiliti formoli standard, mudelli u proċeduri operattivi, inklużi l-iskedi taż-żmien għall-iskambju ta' informazzjoni matul sitwazzjonijiet ta' negozju avvjat u s-sitwazzjonijiet ta' stress ta' likwidità. Għandhom jiġu stabbiliti wkoll frekwenzi u dati ta' rimessi massimi armonizzati għall-informazzjoni li trid tiġi skambjata fuq bażi regolari li jipprovdu għal informazzjoni li trid tiġi skambjata fuq bażi annwali jew darbtejn fis-sena. Biex jiġi żgurat li tiġi skambjata l-aktar informazzjoni aġġornata, l-awtoritajiet kompetenti għandhom madankollu jiskambjaw informazzjoni malajr kemm ikun prattikabbli mingħajr wieħed jistenna sakemm jiskadu d-dati massimi ta' rimessi.

(2)

Mingħajr preġudizzju għal proċeduri għal skambju ta' informazzjoni standard stabbiliti f'dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti għandhom jgħarrfu lil xulxin mingħajr dewmien dwar kwalunkwe sitwazzjoni potenzjali li taffettwa l-istabbiltà finanzjarja jew il-funzjonament ta' fergħa u jipprovdu kull tagħrif essenzjali u rilevanti dwar dik is-sitwazzjoni.

(3)

Minħabba d-differenzi fid-daqs, fil-kumplessità u s-sinifikat ta' fergħat li joperaw fl-Istati Membri ospitanti, huwa importanti li jiġi applikat il-prinċipju ta' proporzjonalità fl-iskambju ta' informazzjoni. Għal dan l-għan, jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri ospitanti li jirċievu medda aktar kbira ta' informazzjoni fejn dawn l-awtoritajiet huma responsabbli għal fergħat identifikati bħala sinifikanti skont l- Artikolu 51 tad- Direttiva 2013/36/UE għandhom ikunu riflessi f'forom, mudelli u frekwenzi użati għall-iskambju ta' din l-informazzjoni.

(4)

Sabiex tiġi żgurata t-trażmissjoni effiċjenti ta' informazzjoni lil persuni rilevanti kif ukoll il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu, u regolarment jaġġornaw, listi ta' persuni ta' kuntatt.

(5)

L-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti mhux limitat għal it-tipi ta' informazzjoni speċifikati fl- Artikolu 50 tad-Direttiva 2013/36/UE, u għalhekk għat-tipi ta' informazzjoni speċifikati f'dan ir-Regolament. B'mod partikolari, id-Direttiva 2013/36/UE tiffissa d-dispożizzjonijiet għal skambju ta' informazzjoni rigward verifika fuq il-post tal-fergħat, notifiki tal-eżerċizzju tad-dritt ta' stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, u miżuri, inkluż dawk ta' prekawzjoni, meħuda mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' fergħat u l-impriżi prinċipali tagħhom. Dan ir-Regolament għalhekk m'għandhux jistipula rekwiżiti għal skambju ta' informazzjoni f'dawk iż-żoni.

(6)

Formoli, mudelli u proċeduri standard għandhom ukoll jindirizzaw l-iskambji ta' informazzjoni dwar it-twettiq ta' attivitajiet fl-Istat Membru ospitanti permezz tal-provvediment ta' servizzi transfruntiera.

(7)

Minħabba n-natura ta' servizzi transkonfinali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti jkunu kkonfrontati minn nuqqas ta' informazzjoni dwar l-operazzjonijiet kondotti fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom, u huwa essenzjali li wieħed jistabbilixxi proċeduri għall-iskambju ta' informazzjoni għall-finijiet tas-salvagwardja tal-istabbiltà finanzjarja u l-kundizzjonijiet ta' monitoraġġ ta' awtorizzazzjonijiet, b'mod partikolari l-monitoraġġ ta' jekk l-istituzzjoni tipprovdix servizzi skont in-notifiki pprovduti. Minkejja l-importanza ta' din l-informazzjoni, minħabba l-ħtieġa li jiġi evitat piż potenzjali fil-ġbir u t-tixrid tagħha lill-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri ospitanti, l-informazzjoni għandha tingħata wara talba mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti aktar milli tiġi skambjata fuq bażi regolari.

(8)

Minħabba l-fatt li t-tip ta' informazzjoni li għandha tiġi skambjata bejn l-awtoritajiet kompetenti hija ddettaljata fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 524/2104 (2), dan ir-Regolament ta' Implimentazzjoni għandu jiġi kkunsidrat bħala korollarju meħtieġ tar-Regolament Delegat (UE) Nru 524/2014.

(9)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-istandards tekniċi implimentattivi abbozzati ippreżentati mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE) lill-Kummissjoni.

(10)

L-ABE wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta' implementazzjoni li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kosti u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Ġunju 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO

Artikolu 1 Suġġett in kwistjoni

Artikolu 1

Suġġett in kwistjoni

Dan ir-Regolament jistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għar-rekwiżiti tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni li x'aktarx jiffaċilitaw il-monitoraġġ tal-istituzzjonijiet li joperaw permezz ta' fergħa jew bl-eżerċizzju tal-libertà li jiġu provduti servizzi fi Stat Membru wieħed jew aktar apparti minn dak li fih ikun jinstab l-uffiċċju prinċipali tagħhom.

Dan ir-Regolament japplika fir-rigward tal-informazzjoni pprovveduta fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 524/2014.

Artikolu 2 Data ta' rimnessa u frekwenza tal-iskambji tal-informazzjoni rigward l-istituzzjonijiet li joperaw permezz ta' fergħa
Artikolu 3 Proċeduri operattivi għat-trażmissjoni tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti
Artikolu 4 Formoli u mudelli li għandhom jintużaw għall-iskambji tal-informazzjoni rigward istituzzjonijiet li joperaw permezz ta' fergħa
Artikolu 5 Talbiet ad-hoc ta' informazzjoni ta' awtoritajiet kompetenti
Artikolu 6 Skambju ta' informazzjoni dwar fornituri ta' servizzi transfruntiera

Artikolu 6

Skambju ta' informazzjoni dwar fornituri ta' servizzi transfruntiera

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti fejn istituzzjoni twettaq l-attivitajiet tagħha fl-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi li jitolbu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju biex jipprovdu informazzjoni dwar dawk is-servizzi stabbiliti fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 524/2014 għandhom jipprovdu talba bil-miktub jew f'forma elettronika lill-persuna ta' kuntatt xierqa identifikata fil-lista ta' kuntatt imsemmija fl-Artikolu 3(1). L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandhom jipprovdu l-informazzjoni fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu t-talba.

Artikolu 7 Skambju ta' informazzjoni rigward istituzzjonijiet li joperaw permezz ta' fergħa fil-każ ta' stress tal-likwidità li jaffettwal-istituzzjoni jew il-fetgħa nnifisha

Artikolu 7

Skambju ta' informazzjoni rigward istituzzjonijiet li joperaw permezz ta' fergħa fil-każ ta' stress tal-likwidità li jaffettwal-istituzzjoni jew il-fetgħa nnifisha

F'sitwazzjoni ta' stress ta' likwidità l-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw il-mudell speċifikat fl-Anness II għal dan ir-Regolament u jsegwu l-proċeduri previsti fl- Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament biex jiskambjaw l-informazzjoni stipulati fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 524/2014.

Artikolu 8 Id-dħul fis-seħħ

Artikolu 8

Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.

(2)  Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 524/2014 tat-12 ta' Marzu 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ta' oriġini u ospitanti provvista ma' xulxin (ĠU L 148, 20.5.2014, p. 6).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12)

ANNESS I

ANNESS I

ANNESS II

ANNESS II

Mudell għall-iskambju tal-informazzjoni f'każ ta' kriżi fil-likwidità

Referenza ġuridika

L-Artikolu 17 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 524/2014

Awtorità Kompetenti:

 

Isem l-istituzzjoni:

 

Data ta' sottomissjoni (JJ/XX/SSSS):

 

Informazzjoni pprovduta fuq bażi kkonsolidata (Iva/Le)

Jekk jogħġbok niżżel “Iva” jekk l-informazzjoni f'dan il-mudell hija pprovduta fuq bażi kkonsolidata u mhux f'livell ta' istituzzjoni

TAQSIMA 1.

Deskrizzjoni ta' sitwazzjoni ta' kriżi fil-likwidità

Mistoqsija/Punt ta' tagħrif

Tweġiba/valur

Kien hemm xi sitwazzjoni ta' kriżi, jew jista' jkun li jkun hemm din is-sitwazzjoni fi żmien xahar jew aktar tard (jekk jogħġbok speċifika l-perjodu ta' żmien)?

[kitba libera li twieġeb għall-mistoqsija ]

Deskrizzjoni tas-sitwazzjoni, inkluż x'ikkaġuna prinċipalment is-sitwazzjoni ta' kriżi

[kitba libera li twieġeb għall-mistoqsija ]

X'inhu l-pass li jmiss? Xi jrid jiġri sabiex l-awtorità kompetenti titħasseb?

[kitba libera li twieġeb għall-mistoqsija ]

Ġew attivati l-pjanijiet ta' kontinġenza bħalma huma l-pjanijiet ta' finanzjament ta' kontinġenza?

[kitba libera li twieġeb għall-mistoqsija ]

L-impatt tas-sitwazzjoni mistenni fuq ir-riskju ta' kontaġju fi ħdan is-settur bankarju tal-Istat Membru tal-oriġini matul it-3-6 xhur li ġejjin

[kitba libera li twieġeb għall-mistoqsija ]

L-impatt tas-sitwazzjoni mistenni fuq l-istituzzjoni, inklużi l-funzjonijiet ekonomiċi kritiċi tagħha, matul it-3-6 xhur li ġejjin

[kitba libera li twieġeb għall-mistoqsija ]

L-impatt tas-sitwazzjoni mistenni fuq l-attivitajiet tal-fergħa, matul it-3-6 xhur li ġejjin

[kitba libera li twieġeb għall-mistoqsija ]

TAQSIMA 2.

Azzjonijiet u Rkupru

Jekk jogħġbok elenka l-azzjonijiet li l-istituzzjoni jew l-awtorità kompetenti ħadu s'issa sabiex itaffu l-kaġun tal-kriżi. Agħti tagħrif dwar l-impatt li kellhom dawn l-azzjonijiet:

L-azzjoni u min ħa l-azzjoni

Impatt

Kitba libera

Kitba libera

Kitba libera

Kitba libera

Kitba libera

Kitba libera

Jekk jogħġbok elenka l-azzjonijiet li l-istituzzjoni jew l-awtorità kompetenti għandhom ippjanati sabiex itaffu l-kaġun tal-kriżi. Agħti tagħrif dwar l-għażla taż-żmien għal dawn l-azzjonijiet u l-impatt mistenni tagħhom:

L-azzjoni u min se jieħu l-azzjoni

L-għażla taż-żmien

Impatt

Kitba libera

Kitba libera

Kitba libera

Kitba libera

Kitba libera

Kitba libera

Kitba libera

Kitba libera

Kitba libera

X'inhuma l-passi li jmiss u l-punti li jiskattaw aktar azzjoni?

[kitba libera li twieġeb għall-mistoqsija ]

Jekk jogħġbok elenka l-azzjonijiet li l-istituzzjoni jew l-awtorità kompetenti ħadu sabiex itejbu l-pożizzjoni tal-likwidità. Agħti tagħrif dwar l-impatt kwantitattiv tagħhom.

L-azzjoni u min ħa l-azzjoni

Impatt

Kitba libera

Kitba libera

Kitba libera

Kitba libera

Kitba libera

Kitba libera

Jekk jogħġbok elenka l-azzjonijiet futuri li l-istituzzjoni jew l-awtorità kompetenti għandhom ippjanati sabiex itejbu l-pożizzjoni tal-likwidità. Agħti tagħrif f'liema żmien se jittieħdu dawn l-azzjonijiet u l-impatt mistenni tagħhom:

L-azzjoni u min se jieħu l-azzjoni

L-għażla taż-żmien

Impatt

Kitba libera

Kitba libera

Kitba libera

Kitba libera

Kitba libera

Kitba libera

Kitba libera

Kitba libera

Kitba libera

X'inhuma l-passi li jmiss u l-punti li jiskattaw aktar azzjoni?

[kitba libera li twieġeb għall-mistoqsija ]

Barra minn hekk, jekk jogħġbok agħti wkoll l-aħħar informazzjoni kwantitattiva disponibbli dwar il-likwidità kif speċifikat fl-Artikolu 4(1)(c) — (h) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 524/2014 (ara wkoll il-mudelli speċifikati fil-Partijiet I jew 2 tal-Anness I)

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.06.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.