+▼M1 ID-DIRETTIVA 2009/33/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-vetturi nodfa tat-trasport bit-triq b'appoġġ għall-mobbiltà b'emissjonijiet baxxi ▼B (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
---+Artikolu 1 Suġġett u objettivi
---+Artikolu 2 Eżenzjonijiet
---+Artikolu 3 Kamp ta' applikazzjoni
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
---+Artikolu 4 Definizzjonijiet
---+Artikolu 5 Miri minimi tal-akkwist
------+Artikolu 5 1.
------+Artikolu 5 2.
------+Artikolu 5 3.
------+Artikolu 5 4.
------+Artikolu 5 5.
------+Artikolu 5 6.
------+Artikolu 5 7.
---+Artikolu 8 Skambju tal-għarfien u tal-aħjar prattika
---+Artikolu 9 Proċedura tal-Kumitat
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
------+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 10 Rapportar u rieżami
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
------+Artikolu 10 3.
------+Artikolu 10 4.
------+Artikolu 10 5.
------+Artikolu 10 6.
---+Artikolu 11 Traspożizzjoni
------+Artikolu 11 1.
------+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 12 Dħul fis-seħħ
---+Artikolu 13 Indirizzati
---+ANNESS
English - European Union - Environment -

▼M1 ID-DIRETTIVA 2009/33/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tat-23 ta' April 2009 dwar il-promozzjoni tal-vetturi nodfa tat-trasport bit-triq b'appoġġ għall-mobbiltà b'emissjonijiet baxxi ▼B (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

▼M1

ID-DIRETTIVA 2009/33/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tat-23 ta' April 2009

dwar il-promozzjoni tal-vetturi nodfa tat-trasport bit-triq b'appoġġ għall-mobbiltà b'emissjonijiet baxxi

▼B

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett u objettivi

Artikolu 1

Suġġett u objettivi

Din id-Direttiva teħtieġ lill-Istati Membri li jiżguraw li l-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti jqisu l-impatti enerġetiċi u ambjentali ta' tul il-ħajja, inkluż il-konsum tal-enerġija u l-emissjonijiet ta' CO2 u ta' ċerti sustanzi li jniġġsu, meta jkunu qed jakkwistaw vetturi ta' trasport fuq it-triq, bl-għanijiet li jiġi promoss u stimulat is-suq għal vetturi nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li jitjieb il-kontribut tas-settur tat-trasport għal-linji politiċi ambjentali, klimatiċi u enerġetiċi tal-Unjoni.

Artikolu 2 Eżenzjonijiet

Artikolu 2

Eżenzjonijiet

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mir-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva vetturi msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 2(2) u fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u fil-punti 5.2. sa 5.5. u fil-punt 5.7. tal-Parti A tal-Anness I ta' dak ir-Regolament.

Artikolu 3 Kamp ta' applikazzjoni
Artikolu 4 Definizzjonijiet

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' din id-Direttiva:

(1) 

“awtoritajiet kontraenti” tfisser awtoritajiet kontraenti kif definit fil-punt 1 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/24/UE u fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/25/UE;

(2) 

“entitajiet kontraenti” tfisser entitajiet kontraenti kif definit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/25/UE;

(3) 

“vettura tat-trasport bit-triq” tfisser vettura tal-kategorija M jew N, kif definit fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/858;

(4) 

“vettura nadifa” tfisser:

(a) 

vettura tal-kategorija M1, M2 jew N1 li għandha emissjoni massima mill-egżost espressa f'CO2 g/km u emissjonijiet tas-sewqan reali li jniġġsu l-arja inqas minn persentaġġ tal-limiti tal-emissjonijiet applikabbli kif stipulat fit-Tabella 2 tal-Anness, jew;

(b) 

vettura tal-kategorija M3, N2 jew N3 li tuża karburanti alternattivi kif definit fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 ), esklużi karburanti prodotti minn materja prima b'riskju għoli ta' bidla indiretta fl-użu tal-art li għaliha jkun osservat li espansjoni sinifikanti tal-produzzjoni tkun f'art b'ħażna għolja ta' karbonju skont l-Artikolu 26 tad-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ). Fil-każ ta' vetturi li jużaw bijokarburanti likwidi, karburanti sintetiċi u paraffiniċi, dawn m'għandhomx jitħalltu ma' dawk il-karburanti fossili konvenzjonali;

(5) 

“vettura tqila mingħajr emissjonijiet” tfisser vettura nadifa kif definit fil-punt 4(b) ta' dan l-Artikolu mingħajr magna b'kombustjoni interna, jew b'magna ta' kombustjoni interna li tirrilaxxa inqas minn 1 g CO2/kWh kif imkejjel skont ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 ) u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu, jew li temetti inqas minn 1 g CO2/km imkejla skont ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ) u l-miżuri ta' implimentazzjoni tiegħu.

Artikolu 5 Miri minimi tal-akkwist
Artikolu 8 Skambju tal-għarfien u tal-aħjar prattika

Artikolu 8

Skambju tal-għarfien u tal-aħjar prattika

Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita u tistruttura l-iskambju ta' tagħrif u l-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri abbażi ta' prattiki għall-promozzjoni tax-akkwist ta' vetturi nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija għat-trasport bit-triq mill-awtoritajiet kontraenti u l-entitajiet kontraenti.

Artikolu 9 Proċedura tal-Kumitat
Artikolu 10 Rapportar u rieżami
Artikolu 11 Traspożizzjoni
Artikolu 12 Dħul fis-seħħ

Artikolu 12

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 13 Indirizzati

Artikolu 13

Indirizzati

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

ANNESS




ANNESS

INFORMAZZJONI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TA' MIRI MINIMI GĦALL-AKKWIST TA' VETTURI TAT-TRASPORT BIT-TRIQ NODFA B'APPOĠĠ GĦAL MOBBILTÀ B'EMISSJONIJIET BAXXI FL-ISTATI MEMBRI

Tabella 1

Il-kodiċijiet għas-servizzi tal-Vokabolarju Komuni tal-Akkwisti (CPV) msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 3(1)



Kodiċi CPV

Deskrizzjoni

60112000-6

Servizzi pubbliċi tat-trasport bit-triq

60130000-8

Servizzi tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq għal skopijiet speċjali

60140000-1

Trasport tal-passiġġieri mhux skedat

90511000-2

Servizzi ta' ġbir tal-iskart

60160000-7

Trasport tal-posta bit-triq

60161000-4

Servizzi ta' trasport tal-pakketti

64121100-1

Servizzi ta' konsenja tal-posta

64121200-2

Servizzi ta' konsenja tal-pakketti

Tabella 2

Il-limiti tal-emissjonijiet għall-vetturi ħfief nodfa



Kategoriji ta' vetturi

Sal-31 ta' Diċembru 2025

Mill-1 ta' Jannar 2026

 

CO2 g/km

emissjonijiet RDE ta' sustanzi li jniġġsu l-arja (1) bħala persentaġġ tal-limiti tal-emissjonijiet (2)

CO2 g/km

emissjonijiet RDE ta' sustanzi li jniġġsu l-arja (1) bħala persentaġġ tal-limiti tal-emissjonijiet (2)

M1

50

80 %

0

Mhux applikabbli

M2

50

80 %

0

Mhux applikabbli

N1

50

80 %

0

Mhux applikabbli

(1)   

Il-massimu ddikjarat ta' valuri tan-numriu tal-partikuli (PN) fl-emissjonijiet f'sewqan reali (RDE) f'#/km u ossidi tan-nitroġenu (NOx) f'mg/km kif irrappurtat fil-punt 48.2 taċ-Ċertifikat ta' Konformità, kif deskritt fl-Anness IX għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*) kemm għall-vjaġġi kompluti kif ukoll għal dawk RDE urbani.

(2)   

Il-limiti tal-emissjonijiet applikabbli stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 715/2007, jew fis-suċċessuri tiegħu.

(*) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta 'Settembru 2007 li tistabbilixxi qafas għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal dawn il-vetturi (Direttiva) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

Tabella 3

Mira minima tal-akkwist għas-sehem tal-vetturi ħfief nodfa skont it-Tabella 2 fin-numru totali tal-vetturi ħfief koperti minn kuntratti msemmija fl-Artikolu 3 fil-livell tal-Istati Membri



Stat Membru

Mit-2 ta' Awwissu 2021 sal-31 ta' Diċembru 2025

Mill-1 ta' Jannar 2026 sal-31 ta' Diċembru 2030

Il-Lussemburgu

38,5 %

38,5 %

L-Iżvezja

38,5 %

38,5 %

Id-Danimarka

37,4 %

37,4 %

Il-Finlandja

38,5 %

38,5 %

Il-Ġermanja

38,5 %

38,5 %

Franza

37,4 %

37,4 %

Ir-Renju Unit

38,5 %

38,5 %

In-Netherlands

38,5 %

38,5 %

L-Awstrija

38,5 %

38,5 %

Il-Belġju

38,5 %

38,5 %

L-Italja

38,5 %

38,5 %

L-Irlanda

38,5 %

38,5 %

Spanja

36,3 %

36,3 %

Ċipru

31,9 %

31,9 %

Malta

38,5 %

38,5 %

Il-Portugall

29,7 %

29,7 %

Il-Greċja

25,3 %

25,3 %

Is-Slovenja

22 %

22 %

Iċ-Ċekja

29,7 %

29,7 %

L-Estonja

23,1 %

23,1 %

Is-Slovakkja

22 %

22 %

Il-Litwanja

20,9 %

20,9 %

Il-Polonja

22 %

22 %

Il-Kroazja

18,7 %

18,7 %

L-Ungerija

23,1 %

23,1 %

Il-Latvja

22 %

22 %

Ir-Rumanija

18,7 %

18,7 %

Il-Bulgarija

17,6 %

17,6 %

Tabella 4

Mira minima tal-akkwist għas-sehem tal-vetturi tqal nodfa fin-numru totali ta' vetturi tqal koperti minn kuntratti msemmija fl-Artikolu 3 fil-livell tal-Istati Membri (*)



Stat Membru

Trakkijiet (kategorija tal-vettura N2 u N3)

Xarabanks (kategorija tal-vettura M3) (*1)

 

Mit-2 ta' Awwissu 2021 sal-31 ta' Diċembru 2025

Mill-1 ta' Jannar 2026 sal-31 ta' Diċembru 2030

Mit-2 ta' Awwissu 2021 sal-31 ta' Diċembru 2025

Mill-1 ta' Jannar 2026 sal-31 ta' Diċembru 2030

Il-Lussemburgu

10 %

15 %

45 %

65 %

L-Iżvezja

10 %

15 %

45 %

65 %

Id-Danimarka

10 %

15 %

45 %

65 %

Il-Finlandja

9 %

15 %

41 %

59 %

Il-Ġermanja

10 %

15 %

45 %

65 %

Franza

10 %

15 %

43 %

61 %

Ir-Renju Unit

10 %

15 %

45 %

65 %

In-Netherlands

10 %

15 %

45 %

65 %

L-Awstrija

10 %

15 %

45 %

65 %

Il-Belġju

10 %

15 %

45 %

65 %

L-Italja

10 %

15 %

45 %

65 %

L-Irlanda

10 %

15 %

45 %

65 %

Spanja

10 %

14 %

45 %

65 %

Ċipru

10 %

13 %

45 %

65 %

Malta

10 %

15 %

45 %

65 %

Il-Portugall

8 %

12 %

35 %

51 %

Il-Greċja

8 %

10 %

33 %

47 %

Is-Slovenja

7 %

9 %

28 %

40 %

Iċ-Ċekja

9 %

11 %

41 %

60 %

L-Estonja

7 %

9 %

31 %

43 %

Is-Slovakkja

8 %

9 %

34 %

48 %

Il-Litwanja

8 %

9 %

42 %

60 %

Il-Polonja

7 %

9 %

32 %

46 %

Il-Kroazja

6 %

7 %

27 %

38 %

L-Ungerija

8 %

9 %

37 %

53 %

Il-Latvja

8 %

9 %

35 %

50 %

Ir-Rumanija

6 %

7 %

24 %

33 %

Il-Bulgarija

7 %

8 %

34 %

48 %

(*1)   

Nofs il-mira minima għas-sehem tax-xarabanks nodfa trid tiġi ssodisfata bl-akkwist ta' xarabanks mingħajr emissjonijiet kif definit fil-punt 5 tal-Artikolu 4. Dan ir-rekwiżit jitnaqqas għal kwart tal-mira minima għall-ewwel perijodu ta' referenza jekk aktar minn 80 % tax-xarabanks koperti mill-aggregat tal-kuntratti kollha msemmija fl-Artikolu 3, mogħtija matul dak il-perijodu fi Stat Membru, ikunu xarabanks b'żewġ sulari.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.05.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0033
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.