+64. In- nuqqasijiet tal -mudelli u tal- mekkaniżmi li jorbtu l -fatturi ta’ riskju mat-telf jew ma’ …

64. In- nuqqasijiet tal -mudelli u tal- mekkaniżmi li jorbtu l -fatturi ta’ riskju mat-telf jew ma’ …

In- nuqqasijiet tal -mudelli u tal- mekkaniżmi li jorbtu l -fatturi ta’ riskju mat-telf jew ma’ parametri miżjuda tar -r iskju għandhom jinftiehmu, jiġu kkomunikati b’mod ċar u meqjusa meta jiġu interpretati r - riżultati. Il - mudelli għandhom iqisu l -interazzjonijiet bejn is-solvenza u l-likwidità ta’ finanzjament u l- ispejjeż ta’ finanzjament sabiex ma jissottovalutawx l -impatt ta’ xokk b’mod sistematiku u sinifikanti. Fejn ikun possibbli, ir - riżultati għal approċċi ta’ mudellar differenti għandhom jitqabblu (eż. għall - mudelli ta’ dħul nett ta’ qabel il -provvediment, it-tqabbil bejn il - mudell użat u approċċi oħrajn possibbli u r- raġuni għar - rifjut tagħhom għandhom ikunu disponibbli). Dawn ir- rabtiet għandhom ikunu bbażati fuq mudelli ta’ statistika sodi. Madankollu, jekk id-disponibilità jew il-kwalità tad-data jew il- pawżi strutturali fid - data storika ma jippermettux stimi sinifikanti (eż. għall - mudelli ta’ dħul nett ta’ qabel il -provvediment, jenħtieġ li jkun hemm data storika li tkopri ċiklu ta’ rata ta’ mgħax u ċiklu ta’ negozju, kif ukoll informazzjoni dwar bidliet fl- istrateġija tan -negozju u l-istruttura tal-organizzazzjoni), l-analiżijiet kwantitattivi għandhom ikunu appoġġjati b’ġudizzji esperti kwalitattivi. Anki fejn il - proċess ta’ mmudellar sottostanti huwa robust, il - ġudizzju espert għandu jkollu rwol fl - ikkontestar tar- riżultati tal -mudell.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.