+22. Il - membru tal - korp maniġerjali, jew il - maniġer superjuri fejn ikun maħtur, responsabbli …
|
22. Il - membru tal - korp maniġerjali, jew il - maniġer superjuri fejn ikun maħtur, responsabbli …
Il - membru tal - korp maniġerjali, jew il - maniġer superjuri fejn ikun maħtur, responsabbli mill - AML/CFT għandu jiżgura li l - korp maniġerjali kollu, jew il - maniġment superjuri fejn ma jkun fis - seħħ l - ebda korp maniġerjali, ikunu konxji tal - impatt tar - riskji tal - ML/TF fuq il - profil tar - riskju tagħhom man - negozju kollu. Ir - responsabbiltajiet tal - membru tal - korp maniġerjali, jew tal - maniġer superjuri fejn ikun maħtur, responsabbli mill - AML/CFT, fid - dawl tat - twettiq tal - kompitu tiegħu kif imsemmi fl - Artikolu 46(4) tad - Direttiva (UE) 2015/849, u b’mod partikolari fir - rigward tal - implimentazzjoni ta’ politiki, kontrolli u proċeduri biex jiġu mmitigati u ġestiti b’mod effettiv ir - riskji tal - ML/TF kif imsemmi fl - Artikolu 8 ta’ dik id - Direttiva, għandu jinkludu mill - inqas: - a) l - iżgurar li l - politiki, il - proċeduri u l - miżuri ta’ kontroll intern tal - AML/CFT ikunu adegwati u proporzjonati, filwaqt li jitqiesu l - karatteristiċi tal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja u r - riskji tal - ML/TF li għalihom tkun esposta;
- b) it- twettiq mal - korp maniġerjali tal - valutazzjoni ta’ jekk ikunx xieraq li jinħatar uffiċjal ta’ konformità tal - AML/CFT separat fil - livell ta’ ġestjoni, kif imsemmi fit - taqsima 4.2.2.;
- c) l - appoġġ lill - korp maniġerjali fil - valutazzjoni tal - ħtieġa għal unità ddedikata tal - AML/CFT biex tassisti lill - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT fit - twettiq tal - funzjonijiet tiegħu, filwaqt li jitqiesu l - iskala u l - kumplessità tal - operazzjonijiet tal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja u l - iskopertura għar - riskji tal - ML/TF. Il - persunal f’din l - unità għandu jkollu l - kompetenza esperta, il - ħiliet u l - għarfien meħtieġa biex jassisti lill - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT, li għandu jkun involut fil - proċess ta’ reklutaġġ;
- d) l - iżgurar li jkun hemm rapportar perjodiku lill - korp maniġerjali dwar l - attivitajiet imwettqa mill - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT u li l - korp maniġerjali jiġi pprovdut b’informazzjoni u data komprensivi u f’waqthom biżżejjed dwar ir - riskji tal - ML/TF u l - konformità tal - AML/CFT, li huwa meħtieġ biex il - korp maniġerjali jkun jista’ jwettaq ir - rwol u l - funzjonijiet fdati lilu. Tali informazzjoni għandha tkopri wkoll l - impenji tal - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja mal - awtorità nazzjonali kompetenti u l - komunikazzjonijiet mal - FIU, mingħajr preġudizzju għall - kunfidenzjalità tal - STRs, u kwalunkwe sejba relatata mal - ML/TF tal - awtorità kompetenti kontra l - istituzzjoni ta’ kreditu jew finanzjarja inklużi miżuri jew sanzjonijiet imposti;
- e) l - infurmar tal - korp maniġerjali dwar kwalunkwe kwistjoni u ksur serju jew sinifikanti tal - AML/CFT u tirrakkomanda azzjonijiet biex jiġu rrimedjati;
- f) l - iżgurar li l - uffiċjal tal - konformità tal - AML/CFT (i) ikollu aċċess dirett għall - informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettaq il - kompiti tiegħu/tagħha, (ii) ikollu biżżejjed riżorsi umani u tekniċi u għodod biex ikun jista’ jwettaq b’mod adegwat il - kompiti assenjati lilu, u (iii) huwa infurmat sew bl - inċidenti u n - nuqqasijiet relatati mal - AML/CFT identifikati mis - sistemi ta’ kontroll intern u mill - awtoritajiet superviżorji nazzjonali u, fil - każ ta’ gruppi, minn awtoritajiet superviżorji barranin.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|