+107. Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw perspettiva …

107. Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffurmaw perspettiva …

Wara l-valutazzjonita’ hawn fuq, l-awtoritajietkompetentigħandhom jiffurmaw perspettiva

dwar l-adegwatezza tal-arranġamenti ta’ governanza interna tal-istituzzjoni u tal-kontrolli fl-istituzzjoni kollha. Din il-perspettiva għandha tkun riflessa f’sommarju tas-sejbiet, akkumpanjat minn punteġġ ta’ vijabbiltà bbażat fuq il-kunsiderazzjonijiet speċifikati fit-tabella 4.

Tabella 4. Kunsiderazzjonijiet superviżorji biex jiġi assenjat punteġġ għall-governanza interna u l-kontrolli fl-istituzzjoni kollha

Punteġġ Perspettiva superviżorja Kunsiderazzjonijiet

1In-nuqqasijiet fl-arranġamenti tal-governanza kontrolli fl-istituzzjoni interna u kollha tal-joħolqu livell baxx ta’ riskju għall-vijabbiltà tal-istituzzjoni.       L-istituzzjoni għandha struttura organizzazzjonali robusta u trasparenti b’responsabbiltajiet ċari u separazzjoni tat-teħid tar-riskji mill-funzjonijiet ta’ ġestjoni tar-riskji u kontroll. Il-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-korp maniġerjali huma xierqa. L-impenn tal-ħin tal-membri tal-korp maniġerjali huwa xieraq u dawn jikkonformaw mal-limitazzjoni fuq l-għadd ta’ direttorati, fejn rilevanti. Hemm kultura ta’ riskju u kondotta kummerċjali soda, inkluża l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u l-proċessi ta’ whistleblowing. L-istituzzjoni adottat politika ta’ diversità li trawwem kompożizzjoni tal-korp maniġerjali diversa u tikkonforma mal-miri stabbiliti. Il-politika ta’ remunerazzjoni hija konformi mal-istrateġija tar-riskju u l-interessi fuq terminu twil tal-istituzzjoni. Il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju u l-proċessi tal-ġestjoni tar-riskju, inklużi l-ICAAP, l-ILAAP, l-NPAP, il-qafas tal-ittestjar tal-istress, l-ippjanar tal-kapital u l-ippjanar tal-likwidità, huma xierqa. Il-qafas tal-kontroll intern u l-kontrolli interni huma xierqa.
PunteġġPerspettiva superviżorja In-nuqqasijiet fl-arranġamenti tal-governanza interna u tal-        Kunsiderazzjonijiet Il-funzjonijiet ta’ ġestjoni tar-riskju, ta’ konformità u ta’ awditjar intern huma indipendenti, joperaw b’mod effettiv, għandhom biżżejjed riżorsi, u l-funzjoni tal-awditjar intern topera f’konformità mal-istandards u r-rekwiżiti internazzjonali stabbiliti. Is-sistemi tal-ICT, l-aggregazzjoni tad-data tar-riskju u r-rapportar tar-riskju huma xierqa. L-integrazzjoni tar-riskji tal-ESG fil-qafas tal-governanza interna u tal-ġestjoni tar-riskju hija xierqa. Il-qafas tal-governanza tal-ippjanar għall-irkupru huwa xieraq. L-istituzzjoni tindirizza b’mod rapidu n-nuqqasijiet u/jew it-tħassib identifikati espressi mill-awtoritajiet kompetenti u tirrimedjahom b’mod effettiv fi żmien qasir billi tipprovdi eżiti sodisfaċenti. Barra minn hekk, l-istituzzjoni tirrapporta b’mod proattiv u tinforma lill-awtoritajiet kompetenti matul dan il-proċess. L-istituzzjoni għandha struttura organizzazzjonali fil-biċċa l-kbira robusta u trasparenti b’responsabbiltajiet ċari u separazzjoni tat-teħid tar-riskji mill-funzjonijiet ta’ ġestjoni tar-riskji u kontroll. Il-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-korp maniġerjali huma fil-biċċa l-kbira xierqa. L-impenn tal-ħin tal-membri tal-korp maniġerjali huwa fil-biċċa l-kbira xieraq u, fejn rilevanti, dawn jikkonformaw mal-limitazzjoni fuq l-għadd ta’ direttorati. Hemm kultura ta’ riskju u kondotta kummerċjali fil-biċċa l-kbira sodi, inkluż il-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u l-proċessi ta’
2kontroll fl-istituzzjoni kollha joħolqu livell medju-baxx ta’ riskju għall-vijabbiltà tal-istituzzjoni.   whistleblowing. L-istituzzjoni adottat politika ta’ diversità li trawwem kompożizzjoni diversa tal-korp maniġerjali, u tikkonforma fil-biċċa l-kbira mal-miri stabbiliti jew implimentat miżuri xierqa biex tilħaq il-miri stabbiliti fil-politika. Il-politika ta’ remunerazzjoni hija fil-biċċa l-kbira konformi mal-istrateġija tar-riskju u l-interessi fuq terminu twil tal-istituzzjoni. Il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju u l-proċessi tal-ġestjoni tar-riskju, inklużi l-ICAAP, l-ILAAP, l-NPAP, il-qafas tal-ittestjar tal-istress, l-ippjanar tal-kapital u l-ippjanar tal-likwidità, huma fil-biċċa l-kbira xierqa. Il-qafas tal-kontroll intern u l-kontrolli interni huma fil-biċċa l-kbira xierqa.
PunteġġPerspettiva superviżorja In-nuqqasijiet fl-arranġamenti tal-governanza interna u tal-        Kunsiderazzjonijiet Il-funzjonijiet ta’ ġestjoni tar-riskju, ta’ konformità u ta’ awditjar intern huma indipendenti u l-operazzjonijiet tagħhom huma fil-biċċa l-kbira effettivi. Is-sistemi tal-ICT, l-aggregazzjoni tad-data tar-riskju u r-rapportar tar-riskju huma fil-biċċa l-kbira xierqa. L-integrazzjoni tar-riskji tal-ESG fil-qafas tal-governanza interna u tal-ġestjoni tar-riskju hija fil-biċċa l-kbira xierqa. Il-qafas tal-governanza tal-ippjanar għall-irkupru huwa fil-biċċa l-kbira xieraq. L-istituzzjoni hija kapaċi tindirizza b’mod adegwat il-biċċa l-kbira tan-nuqqasijiet identifikati u/jew it-tħassib espress mill-awtoritajiet kompetenti, f’pejodu ta’ żmien aċċettabbli u – fejn applikabbli – tikkonforma mar-rekwiżiti tar-rapportar stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti rigward dawn in-nuqqasijiet. L-istruttura organizzazzjonali u r-responsabbiltajiet tal-istituzzjoni ma humiex kompletament trasparenti u t-teħid tar-riskji ma huwiex kompletament separat mill-funzjonijiet ta’ ġestjoni tar-riskji u kontroll. Hemm dubji dwar l-adegwatezza tal-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-korp maniġerjali. Hemm dubji dwar l-impenn tal-ħin xieraq tal-membri tal-korp maniġerjali u fejn rilevanti dawn ma jikkonformawx mal-limitazzjoni fuq l-għadd ta’ direttorati. Hemm dubji dwar l-adegwatezza tal-kultura
3kontroll fl-istituzzjoni kollha joħolqu livell medju-għoli ta’ riskju għall-vijabbiltà tal-istituzzjoni.  tar-riskju u l-kondotta kummerċjali, inklużi l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u/jew il-proċessi ta’ whistleblowing. L-istituzzjoni ma adottatx politika ta’ diversità u ma implimentatx miżuri biex jinkiseb livell xieraq ta’ diversità fi ħdan il-korp maniġerjali. Hemm tħassib li l-politika ta’ remunerazzjoni tista’ ma tkunx allinjata mal-istrateġija tar-riskju u l-interessi fuq terminu twil tal-istituzzjoni. Hemm dubji dwar l-adegwatezza tal-qafas tal-ġestjoni tar-riskju u tal-proċessi tal-ġestjoni tar-riskju, inklużi l-ICAAP, l-ILAAP, l-NPAP, il-qafas tal-ittestjar tal-istress, l-ippjanar tal-kapital u/jew l-ippjanar tal-likwidità.
PunteġġPerspettiva superviżorja In-nuqqasijiet fl-arranġamenti tal-governanza interna u tal-        Kunsiderazzjonijiet Hemm dubji dwar l-adegwatezza tal-qafas ta’ kontroll intern u l-kontrolli interni. Hemm dubji dwar l-indipendenza u l-operazzjoni effettiva tal-funzjonijiet ta’ ġestjoni tar-riskju, ta’ konformità u ta’ awditjar intern. Hemm dubji dwar l-adegwatezza tas-sistemi tal-ICT, l-aggregazzjoni tad-data tar-riskju u r-rapportar tar-riskju. Hemm dubji dwar l-adegwatezza tal-integrazzjoni tar-riskji tal-ESG fil-qafas tal-governanza interna u tal-ġestjoni tar-riskju. Il-qafas tal-governanza tal-ippjanar għall-irkupru ġie vvalutat bħala li potenzjalment għandu nuqqasijiet materjali u/jew impedimenti materjali għall-implimentazzjoni effettiva tiegħu u t-tħassib superviżorju ma ġiex indirizzat bis-sħiħ. L-istituzzjoni tiffaċċja sfidi sinifikanti jew turi intenzjoni limitata li tindirizza b’mod adegwat in-nuqqasijiet identifikati u/jew it-tħassib espress mill-awtoritajiet kompetenti, f’termini tal-kwalità tal-azzjonijiet ta’ rimedjazzjoni u/jew il-perjodu ta’ żmien għall-implimentazzjoni tagħhom, li jista’ jindika l-ħtieġa ta’ eskalazzjoni. L-istituzzjoni għandha wkoll sfidi fir-rapportar dwar l-istatus tar-rimedjazzjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti. L-istruttura organizzazzjonali u r-responsabbiltajiet tal-istituzzjoni ma humiex trasparenti u t-teħid tar-riskji ma huwiex separat mill-funzjonijiet ta’ ġestjoni tar-riskji u kontroll. Il-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-korp maniġerjali ma humiex xierqa. L-impenn tal-ħin tal-membri tal-korp maniġerjali ma huwiex biżżejjed u, fejn rilevanti, dawn ma jikkonformawx mal-
4kontroll fl-istituzzjoni kollha joħolqu livell għoli ta’ riskju għall-vijabbiltà tal-istituzzjoni.  limitazzjoni fuq l-għadd ta’ direttorati. Il-kultura tar-riskju u l-kondotta kummerċjali, inklużi l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess u/jew il-proċessi ta’ whistleblowing ma humiex xierqa. L-istituzzjoni ma adottatx politika tad-diversità, il-korp maniġerjali ma huwiex divers u l-istituzzjoni ma implimentatx miżuri biex timmira lejn livell xieraq ta’ diversità. Il-politika ta’ remunerazzjoni ma hijiex allinjata mal-istrateġija tar-riskju u l-interessi fuq terminu twil tal-istituzzjoni.
PunteġġPerspettiva superviżorja      Kunsiderazzjonijiet Il-qafas tal-ġestjoni tar-riskju u l-proċessi tal-ġestjoni tar-riskju, inklużi l-ICAAP, l-lLAAP, l-NPAP, il-qafas tal-ittestjar tal-istress, l-ippjanar tal-kapital u/jew l-ippjanar tal-likwidità, ma humiex xierqa. Il-funzjonijiet tal-ġestjoni tar-riskju, tal-konformità u/jew tal-awditjar intern ma humiex indipendenti, ma joperawx b’mod effettiv u/jew il-funzjoni tal-awditjar intern ma toperax f’konformità mal-istandards u r-rekwiżiti internazzjonali stabbiliti. Il-qafas ta’ kontroll intern u l-kontrolli interni ma humiex xierqa. Is-sistemi tal-ICT, l-aggregazzjoni tad-data tar-riskju u r-rapportar tar-riskju ma humiex xierqa. L-integrazzjoni tar-riskji tal-ESG fil-qafas tal-governanza interna u tal-ġestjoni tar-riskju ma hijiex xierqa. Il-qafas tal-governanza tal-ippjanar għall-irkupru ġie vvalutat bħala li għandu nuqqasijiet materjali u/jew impedimenti materjali għall-implimentazzjoni effettiva tiegħu u t-tħassib superviżorju ma ġiex indirizzat bis-sħiħ. L-istituzzjoni ma tistax jew ma għandhiex il-ħsieb li tindirizza b’mod adegwat in-nuqqasijiet identifikati u/jew it-tħassib espress mill-awtoritajiet kompetenti u ma għandhiex il-kapaċità li tirrimedjahom f’perjodu ta’ żmien aċċettabbli, wara eskalazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti. L-istituzzjoni għandha wkoll sfidi serji fir-rapportar dwar l-istatus tar-rimedjazzjoni tagħha lill-awtoritajiet kompetenti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.