+326. Fil-valutazzjoni tar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …
|
326. Fil-valutazzjoni tar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …
Fil-valutazzjoni tar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-aspetti kollha li ġejjin u jadattaw il-profondità tal-valutazzjoni ta’ kull aspett f’konformità mar-rilevanza tiegħu għall-istituzzjoni: - a. L-elementi ta’ riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv li huma meqjusa bħala mhux koperti jew li ma humiex koperti biżżejjed mir-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-proporzjon ta’ ingranaġġ stabbilit fl-Artikolu 92(1) il-punt (d) tar-Regolament (UE) 575/2013, b’riżultat b’mod partikolari ta’:
- i. arbitraġġ regolatorju/ottimizzazzjoni tal-proporzjon ta’ ingranaġġ billi jiġu skambjati l-iskoperturi magħduda fil-proporzjon ta’ ingranaġġ għal skoperturi ekonomikament simili li jistgħu jingħaddu inqas fil-kalkolu tal-iskopertura tal-proporzjon ta’ ingranaġġ;
- ii. arbitraġġ regolatorju/ottimizzazzjoni billi tiġi mminimizzata l-iskopertura tal-proporzjon ta’ ingranaġġ fil-forma ta’ tnaqqis temporanju tal-volumi ta’ tranżazzjonijiet fi swieq finanzjarji ewlenin (b’mod partikolari fis-suq monetarju, f’ċerti attivitajiet bħal SFTs, iżda wkoll fis-suq tad-derivattivi) madwar id-dati ta’ referenza, li jirriżultaw fir-rapportar u d-divulgazzjoni pubblika ta’ proporzjonijiet ta’ ingranaġġ għoljin (“attivitajiet ta’ window-dressing”);
- iii. karatteristiċi speċifiċi tal-mudell tan-negozju, tal-attivitajiet kummerċjali jew ta’ idjosinkraziji bankarji oħra li jew iżidu jew inaqqsu l-punt sa fejn l-istituzzjoni tkun esposta għar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv, iżda ma humiex koperti jew ma humiex koperti biżżejjed fil-kalkolu tal-proporzjon ta’ ingranaġġ. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw, fejn applikabbli, skoperturi għoljin għal opzjonijiet mibjugħa fuq l-ekwità jew pożizzjonijiet qosra permezz ta’ derivattivi ta’ kreditu li jista’ jkollhom skopertura elevata għal telf massimu, peress li dawn il-pożizzjonijiet ma humiex koperti bis-sħiħ fl-iskopertura tal-proporzjon ta’ ingranaġġ (b’kuntrast ma’, pereżempju, derivattivi ta’ kreditu mibjugħa), u konċentrazzjonijiet f’ċerti entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali fejn l-idjosinkraziji inerenti għall-attivitajiet kummerċjali tal-istituzzjoni jistgħu jwasslu għal żieda fil-volatilità tal-prelevamenti.
- b. l-elementi ta’ riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv li huma espliċitament esklużi mir-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-proporzjon ta’ ingranaġġ jew li ma humiex indirizzati b’mod espliċitu minnu, inkluż minħabba l-esklużjonijiet elenkati fl-Artikolu 429a tar-Regolament (UE) 575/2013, b’mod partikolari fejn ikun hemm tħassib dwar il-valutazzjoni tal-konformità kontinwa mal-kundizzjonijiet għal dawn l-esklużjonijiet u fejn id-dipendenza fuq esklużjoni unika tkun sinifikanti ħafna għall-istituzzjoni u l-ammont eskluż ikun volatili bla bżonn;
- c. it-tibdil fil-proporzjon ta’ ingranaġġ tal-istituzzjoni u l-komponenti tiegħu, inkluż l-impatt prevedibbli tat-telf kurrenti u futur mistenni fuq il-proporzjon ta’ ingranaġġ, filwaqt li jitqies il-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni.
7.3.2. Determinazzjoni tal-P2R-LR
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|