+7.3. Rekwiżiti tal-Pilastru 2 għar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv (P2R-LR)
---+324. Meta, bħala riżultat tar-riskju ta’ valutazzjoni ta’ ingranaġġ eċċessiv, f’konformità …
---+325. F’konformità mal-kunċett tal-proporzjon tal-ingranaġġ (u l-istack ta’ rekwiżiti tiegħu) bħala …
---+326. Fil-valutazzjoni tar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …
---+327. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-P2R-LR bħala d-differenza bejn il-kapital …
---+328. Meta jistabbilixxu l-P2R-LR, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw b’mod …
---+329. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw, jivvalutaw u jikkwantifikaw ir-riskju ta’ …
---+330. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżidu l-P2R-LR mar-rekwiżit minimu tal-proporzjon ta’ …
---+331. Fejn meħtieġ, u wara li jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-istituzzjonijiet …

7.3. Rekwiżiti tal-Pilastru 2 għar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv (P2R-LR)

7.3. Rekwiżiti tal-Pilastru 2 għar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv (P2R-LR)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
324. Meta, bħala riżultat tar-riskju ta’ valutazzjoni ta’ ingranaġġ eċċessiv, f’konformità …

Meta, bħala riżultat tar-riskju ta’ valutazzjoni ta’ ingranaġġ eċċessiv, f’konformità mal-Artikolu 104a(3) u (4), tad-Direttiva 2013/36/UE, l-awtoritajiet kompetenti jiddeterminaw il-P2R-LR biex jindirizzaw dan ir-riskju, huma għandhom iżidu dan ir-rekwiżit mar-rekwiżit ta’ fondi proprji bbażat fuq il-proporzjon ta’ ingranaġġ kif stabbilit fl-Artikolu 92(1), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 575/2013 u mhux mal-P1R ibbażat fuq it-TREA kif stabbilit fl-Artikolu 92(1), il-punti (a) sa (c). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw ir-rekwiżit tal-proporzjon ta’ ingranaġġ u l-P2R-LR bħala stack separat mir-rekwiżiti bbażati fuq it-TREA u l-P2R għat-tipi l-oħra kollha ta’ riskju (jiġifieri l-fondi proprji disponibbli jistgħu jintużaw fl-istess ħin biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fl-istack ibbażat fuq it-TREA u fl-istack ibbażat fuq il-proporzjon ta’ ingranaġġ tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji).

7.3.1. Valutazzjoni tar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv

325. F’konformità mal-kunċett tal-proporzjon tal-ingranaġġ (u l-istack ta’ rekwiżiti tiegħu) bħala …

F’konformità mal-kunċett tal-proporzjon tal-ingranaġġ (u l-istack ta’ rekwiżiti tiegħu) bħala garanzija ta’ kontinġenza għar-rekwiżiti ta’ fondi proprji bbażati fuq it-TREA, fil-valutazzjoni tar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiffokaw fuq vulnerabbiltajiet materjali potenzjali mhux koperti jew mhux koperti biżżejjed mir-rekwiżiti ta’ fondi proprji kif stabbilit fl-Artikolu 92(1) il-punt (d), tar-Regolament (UE) 575/2013 li jistgħu jirrikjedu miżuri korrettivi għall-attivitajiet kummerċjali tal-istituzzjoni, li ma kinux previsti fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tagħha.

326. Fil-valutazzjoni tar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv, l-awtoritajiet kompetenti għandhom …

Fil-valutazzjoni tar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw l-aspetti kollha li ġejjin u jadattaw il-profondità tal-valutazzjoni ta’ kull aspett f’konformità mar-rilevanza tiegħu għall-istituzzjoni:

  • a. L-elementi ta’ riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv li huma meqjusa bħala mhux koperti jew li ma humiex koperti biżżejjed mir-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-proporzjon ta’ ingranaġġ stabbilit fl-Artikolu 92(1) il-punt (d) tar-Regolament (UE) 575/2013, b’riżultat b’mod partikolari ta’:
  • i. arbitraġġ regolatorju/ottimizzazzjoni tal-proporzjon ta’ ingranaġġ billi jiġu skambjati l-iskoperturi magħduda fil-proporzjon ta’ ingranaġġ għal skoperturi ekonomikament simili li jistgħu jingħaddu inqas fil-kalkolu tal-iskopertura tal-proporzjon ta’ ingranaġġ;
  • ii. arbitraġġ regolatorju/ottimizzazzjoni billi tiġi mminimizzata l-iskopertura tal-proporzjon ta’ ingranaġġ fil-forma ta’ tnaqqis temporanju tal-volumi ta’ tranżazzjonijiet fi swieq finanzjarji ewlenin (b’mod partikolari fis-suq monetarju, f’ċerti attivitajiet bħal SFTs, iżda wkoll fis-suq tad-derivattivi) madwar id-dati ta’ referenza, li jirriżultaw fir-rapportar u d-divulgazzjoni pubblika ta’ proporzjonijiet ta’ ingranaġġ għoljin (“attivitajiet ta’ window-dressing”);
  • iii. karatteristiċi speċifiċi tal-mudell tan-negozju, tal-attivitajiet kummerċjali jew ta’ idjosinkraziji bankarji oħra li jew iżidu jew inaqqsu l-punt sa fejn l-istituzzjoni tkun esposta għar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv, iżda ma humiex koperti jew ma humiex koperti biżżejjed fil-kalkolu tal-proporzjon ta’ ingranaġġ. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw, fejn applikabbli, skoperturi għoljin għal opzjonijiet mibjugħa fuq l-ekwità jew pożizzjonijiet qosra permezz ta’ derivattivi ta’ kreditu li jista’ jkollhom skopertura elevata għal telf massimu, peress li dawn il-pożizzjonijiet ma humiex koperti bis-sħiħ fl-iskopertura tal-proporzjon ta’ ingranaġġ (b’kuntrast ma’, pereżempju, derivattivi ta’ kreditu mibjugħa), u konċentrazzjonijiet f’ċerti entrati li ma jidhrux fil-karta bilanċjali fejn l-idjosinkraziji inerenti għall-attivitajiet kummerċjali tal-istituzzjoni jistgħu jwasslu għal żieda fil-volatilità tal-prelevamenti.
  • b. l-elementi ta’ riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv li huma espliċitament esklużi mir-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-proporzjon ta’ ingranaġġ jew li ma humiex indirizzati b’mod espliċitu minnu, inkluż minħabba l-esklużjonijiet elenkati fl-Artikolu 429a tar-Regolament (UE) 575/2013, b’mod partikolari fejn ikun hemm tħassib dwar il-valutazzjoni tal-konformità kontinwa mal-kundizzjonijiet għal dawn l-esklużjonijiet u fejn id-dipendenza fuq esklużjoni unika tkun sinifikanti ħafna għall-istituzzjoni u l-ammont eskluż ikun volatili bla bżonn;
  • c. it-tibdil fil-proporzjon ta’ ingranaġġ tal-istituzzjoni u l-komponenti tiegħu, inkluż l-impatt prevedibbli tat-telf kurrenti u futur mistenni fuq il-proporzjon ta’ ingranaġġ, filwaqt li jitqies il-mudell tan-negozju tal-istituzzjoni.

7.3.2. Determinazzjoni tal-P2R-LR

327. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-P2R-LR bħala d-differenza bejn il-kapital …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiddeterminaw il-P2R-LR bħala d-differenza bejn il-kapital meqjus adegwat biex ikopri r-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv u r-rekwiżiti ta’ fondi proprji tal-proporzjon ta’ ingranaġġ kif stabbilit fl-Artikolu 92(1), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 575/2013. Dan l-ammont ma jistax ikun negattiv.

328. Meta jistabbilixxu l-P2R-LR, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw b’mod …

Meta jistabbilixxu l-P2R-LR, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw b’mod partikolari:

  • a) elementi ta’ riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv li jitqiesu li ma humiex koperti jew li ma humiex koperti biżżejjed mir-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-proporzjon ta’ ingranaġġ stabbilit fl-Artikolu 92(1), il-punt (d) tar-Regolament (UE) 575/2013, b’mod partikolari fejn il-valutazzjoni tal-aspetti deskritti fil-paragrafi 325 u 326 jindikaw vulnerabbiltà għolja meta mqabbla mal-iskopertura tal-proporzjon ta’ ingranaġġ;
  • b) elementi ta’ riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv li huma esklużi b’mod espliċitu mir-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-proporzjon ta’ ingranaġġ jew li ma humiex indirizzati b’mod espliċitu minnu, inkluż minħabba l-esklużjonijiet elenkati fl-Artikolu 429a(1), tar-Regolament (UE) 575/2013, ivvalutati f’konformità mal-paragrafu 326, il-punt b. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu l-P2R-LR biss f’dawk il-każijiet fejn l-użu partikolarment estensiv ta’ ċerta esklużjoni jirriżulta f’livell ta’ proporzjon ta’ ingranaġġ li ma jirriflettix b’mod xieraq ir-riskju ffaċċjat mill-istituzzjoni.
329. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw, jivvalutaw u jikkwantifikaw ir-riskju ta’ …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw, jivvalutaw u jikkwantifikaw ir-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv skont is-sorsi ta’ informazzjoni u l-metodi stabbiliti fil-paragrafi 302 u 303, sal-punt li jkunu rilevanti għal dan ir-riskju.

7.3.3. Kompożizzjoni tal-P2R-LR

330. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżidu l-P2R-LR mar-rekwiżit minimu tal-proporzjon ta’ …

L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżidu l-P2R-LR mar-rekwiżit minimu tal-proporzjon ta’ ingranaġġ tal-Grad 1. Sabiex jissodisfaw dan ir-rekwiżit addizzjonali, l-istituzzjonijiet għandhom ikunu jistgħu jużaw ukoll kwalunkwe kapital tal-Grad 1.

331. Fejn meħtieġ, u wara li jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-istituzzjonijiet …

Fejn meħtieġ, u wara li jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-istituzzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li jitolbu lill-istituzzjonijiet ikopru l-P2R-LR bi kwalità ogħla ta’ kapital minn dik speċifikata fil-paragrafu preċedenti. Din id-deċiżjoni għandha tkun iġġustifikata b’mod ċar, filwaqt li tenfasizza ċ-ċirkostanzi speċifiċi li wasslu għaliha, filwaqt li tqis is-sitwazzjoni ta’ riskju individwali tal-istituzzjoni u tqis sitwazzjonijiet fejn il-materjalizzazzjoni tar-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv tista’ teħtieġ kwalità ogħla ta’ kapital biex tkopri t-telf potenzjali.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • EBA -

    EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.

    DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.