+6. Valutazzjoni tar - rekwiżit tad - dotazzjoni kapitali minima
---+36. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li t - TCB prevista jkollha mal -awtorizzazzjoni …
---+37. L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu żguri dwar l - eliġibbiltà tal - istrumenti li …
---+38. Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jirrieżaminaw l - abbozz(i) tal …
---+39. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l - oriġini tal - istrumenti hija leġittima …
---+40. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l - impriża ewlenija applikanti tkun …
|
6. Valutazzjoni tar - rekwiżit tad - dotazzjoni kapitali minima
6. Valutazzjoni tar - rekwiżit tad - dotazzjoni kapitali minima
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
36. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li t - TCB prevista jkollha mal -awtorizzazzjoni …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li t - TCB prevista jkollha mal -awtorizzazzjoni d-dotazzjoni kapitali fissa minima applikabbli msemmija fl - Artikolu 48e(1), il - punti (a) jew (b) tas - CRD, skont jekk it - TCB applikanti tkunx ikkategorizzata bħala klassi 1 jew klassi 2, abbażi tal - valutazzjoni ġenerali tal - awtorità kompetenti tal - applikazzjoni skont l - elementi elenkati fl - Artikolu 48a(1) u (2) tas - CRD. Fuq l - istess linji, id - dotazzjoni kapitali minima għandha tkopri l - medja tal - obbligazzjonijiet ipproġettati għall - perjodu ta’ żmien tal -pjan ta’ direzzjoni tan-negozju ta’ tliet snin.
|
|
37. L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu żguri dwar l - eliġibbiltà tal - istrumenti li …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu żguri dwar l - eliġibbiltà tal - istrumenti li jiffurmaw id - dotazzjoni kapitali, b'mod partikolari li jkunu disponibbli għall - użu mingħajr restrizzjonijiet u immedjat mit - TCB biex ikopru r - riskji jew it - telf hekk kif iseħħu, u li jkunu adegwati biex jiġu ddepożitati f'kont miżmum minn terzi f'konformità mal - Artikolu 48e(3) tas - CRD, f’konformità mar - rekwiżiti stabbiliti fl - Artikolu 48e(2) tas - CRD u mal - abbozz tal -Linji Gwida tal- EBA dwar l - istrumenti li jissodisfaw ir - rekwiżiti għad - dotazzjoni kapitali.
|
|
38. Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jirrieżaminaw l - abbozz(i) tal …
|
Għal dan il - għan, l - awtoritajiet kompetenti għandhom ukoll jirrieżaminaw l - abbozz(i) tal - kuntratt(i) għad - depożitu tal - assi eliġibbli f'kont miżmum minn terzi f’konformità mal - Artikolu 48e(3) tas - CRD, b'mod partikolari għandhom jivverifikaw li l - kont miżmum minn terzi ikun miftuħ fl - Istat Membru fejn il - fergħa hija awtorizzata ma' istituzzjoni ta’ kreditu li mhijiex parti mill - grupp tal - impriża ewlenija tagħha, jew, fejn permess skont il - liġi nazzjonali, mal - bank ċentrali tal - Istat Membru. Barra minn hekk, meta jitqiesu r - rekwiżiti operazzjonali minimi stabbiliti fl - abbozz tal -Linji Gwida tal- EBA dwar l - istrumenti li jissodisfaw ir - rekwiżiti għad - dotazzjoni kapitali, l - awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw li d - dispożizzjonijiet kuntrattwali jiżguraw il - konformità mar - rekwiżit tad - dotazzjoni kapitali minima f’kull mument u d - disponibbiltà ta’ tali strumenti eliġibbli f’każ ta’ riżoluzzjoni jew stralċ t al- fergħa ta’ pajjiż terz f’konformità mal - Artikolu 48e(3) tas - CRD.
|
|
39. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l - oriġini tal - istrumenti hija leġittima …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l - oriġini tal - istrumenti hija leġittima u li hemm arranġamenti adegwati fis - seħħ biex jiġi żgurat li jkunu rreġistrati fil - kotba tat - TCB.
|
|
40. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l - impriża ewlenija applikanti tkun …
|
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l - impriża ewlenija applikanti tkun iddepożitat l - istrumenti eliġibbli li jissodisfaw ir - rekwiżit tad -dotazzjoni kapitali fil - kont miżmum minn terzi. Meta dawn l - istrumenti eliġibbli jkunu għadhom ma ġewx iddepożitati parzjalment jew totalment fil - mument tas - sottomissjoni tal - applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, l -awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l - impriża ewlenija applikanti tkun impenjat ruħha fl - applikazzjoni għal awtorizzazzjoni li tiddepożita dawn l - istrumenti eliġibbli sa mhux aktar tard minn qabel il - mument meta l - awtorizzazzjoni biex tiġi stabbilita TCB, meta tali awtorizzazzjoni tingħata, issir ef fettiva f’ konformità mal - liġi nazzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA -
EN: Guidelines and other publications of the European Banking Authority (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Reproduction is authorised provided the source is acknowledged (EBA legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the versions published by the EBA are authoritative.
DE: Leitlinien und weitere Veröffentlichungen der Europäischen Bankenaufsichtsbehörde (EBA), https://www.eba.europa.eu/. © European Banking Authority. Wiedergabe mit Quellenangabe gestattet (Rechtlicher Hinweis der EBA). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Maßgeblich sind allein die von der EBA veröffentlichten Fassungen.
|