+Artikolu 29 Valutazzjoni tal-kurvi
---+Artikolu 29 1
---+Artikolu 29 2
---+Artikolu 29 3
---+Artikolu 29 4
---+Artikolu 29 5
---+Artikolu 29 6

Artikolu 29 Valutazzjoni tal-kurvi

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 29 1

1.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw:

(a)

meta jkunu meħtieġa jivvalutaw kurvi li l-punti tagħhom huma fatturi tar-riskju kif imsemmijin fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu;

(b)

meta jkunu meħtieġa jivvalutawil-kurvi li jkunu ġew immudellati permezz ta’ parametri tal-funzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

Għall-finijiet tal-punti (a) u (b), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw it-tekniki ta’ interpolazzjoni u ta’ estrapolazzjoni użati mill-istituzzjoni f’konformità mal-paragrafu 6.

Artikolu 29 2

2.   Għall-kurvi li għalihom l-istituzzjoni tistabbilixxi buckets hija stess f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li:

(a)

il-politiki interni tal-istituzzjoni stabbilew kriterji sabiex jiddeċiedu dwar in-numri ta’ fatturi tar-riskju li għandhom jintużaw sabiex jimmudellaw kurva, u li tali kriterji huma bbażati fuq il-likwidità u fuq il-materjalità tal-pożizzjonijiet bl-iskopertura għal dik il-kurva;

(b)

il-kriterji msemmijin fil-punt (a) huma akkumpanjati minn analiżi li turi li n-numru ta’ fatturi tar-riskju użati jippermetti li tiġi koperta l-volatilità bejn termini differenti.

Għall-finijiet tal-punt (b), meta l-awtorità kompetenti tqis li n-numru ta’ fatturi tar-riskju użati għall-immudellar ta’ kurva ma jkunx xieraq, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomplementaw il-valutazzjoni tagħhom billi jużaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 3.

Artikolu 29 3

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu:

(a)

jeħtieġu li l-istituzzjoni tapplika xenarji ta’ xokkijiet futuri għall-fatturi tar-riskju tal-kurva kif magħmulin fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji;

(b)

jeħtieġu li l-istituzzjoni tikseb il-volatilità ta’ punt fil-kurva li ma huwiex fattur tar-riskju;

(c)

jeħtieġu li l-istituzzjoni tikseb il-volatilità osservata tal-punt fil-kurva msemmija fil-punt (b);

(d)

iqabblu l-volatilità miksuba f’konformità mal-punt (b) mal-volatilità osservata miksuba f’konformità mal-punt (c).

Għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw lilhom infushom kemm fuq il-perjodu msemmi fl-Artikolu 325bc(4), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll fuq il-perjodu ta’ stress finanzjarju msemmi fl-Artikolu 325bc(2), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 29 4

4.   Għal kurvi li jkunu ġew immudellati permezz ta’ parametri funzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2060, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-politiki interni tal-istituzzjoni jinkludux analiżi li turi li l-ixxokkjar tal-parametri tal-funzjonijiet jippermetti li jiġu koperti r-riskji materjali kollha fil-kurvi u l-volatilità fuq termini differenti. Meta xieraq, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomplementaw il-valutazzjoni tagħhom billi jużaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 29 5

5.   Għall-finijiet tal-paragrafu 4, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu:

(a)

jeħtieġu li l-istituzzjoni tapplika xenarji ta’ xokkijiet futuri għall-parametri tal-funzjoni kif sar fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji;

(b)

jeħtieġu li l-istituzzjoni tikseb il-volatilità ta’ punt fil-kurva;

(c)

jeħtieġu li l-istituzzjoni tikseb il-volatilità tal-punt fil-kurva msemmija fil-punt (b);

(d)

iqabblu l-volatilità miksuba f’konformità mal-punt (b) mal-volatilità osservata miksuba f’konformità mal-punt (c).

Għal dik il-valutazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibbażaw lilhom infushom kemm fuq il-perjodu msemmi fl-Artikolu 325bc(4), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll fuq il-perjodu ta’ stress finanzjarju msemmi fl-Artikolu 325bc(2), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 29 6

6.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw jekk it-tekniki kollha użati mill-istituzzjoni sabiex tibni kurva, inklużi t-tekniki ta’ interpolazzjoni u ta’ estrapolazzjoni, humiex sodi. Meta parti mill-kurva tiġi dderivata bl-estrapolazzjoni taż-żewġ punti ta’ barra tagħha, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-volatilità tar-ritorni osservati fis-suq għall-parti estrapolata tal-kurva hijiex differenti b’mod sinifikanti minn dik li tirriżulta mill-estrapolazzjoni. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw il-metodi ta’ valutazzjoni msemmijin fil-paragrafi 3 u 5 billi jiġbru punt fil-kurva miksub permezz ta’ estrapolazzjoni meta japplikaw il-punt (b) ta’ dawk il-paragrafi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.