+Artikolu 36 Valutazzjoni tal-elementi tekniċi li għandhom jiġu inklużi fit-tibdil reali u ipotetiku fil-valur tal-portafoll għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv
---+Artikolu 36 1
---+Artikolu 36 2
---+Artikolu 36 3
|
Artikolu 36 Valutazzjoni tal-elementi tekniċi li għandhom jiġu inklużi fit-tibdil reali u ipotetiku fil-valur tal-portafoll għall-finijiet tar-rekwiżiti tal-ittestjar retrospettiv
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 36 1
|
1. Meta jivverifikaw jekk istituzzjoni tikkonformax mal-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-elementi tekniċi li għandhom jiġu inklużi fit-tibdil attwali u ipotetiku fil-valur tal-portafoll, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-politiki interni msemmijin f’dak il-punt:
|
(a)
|
jispeċifikawx l-elementi kollha msemmijin fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059 u, meta applikabbli, l-elementi kollha msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 1(5) ta’ dak ir-Regolament;
|
|
(b)
|
jeħtieġu l-produzzjoni ta’ rapport perjodiku, u, meta l-elementi differenti li jikkontribwixxu għat-tibdil fil-valur tal-portafoll jiġu sseparati, iċ-ċifri ta’ kuljum, inklużi:
|
(i)
|
it-tibdil relatat mal-elementi li jitneħħa mill-valur ta’ tmiem il-jum sabiex jinkiseb it-tibdil attwali u ipotetiku f’konformità mal-Artikoli 1 sa 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059, inkluż dak relatat mal-attivitajiet ta’ negozjar tal-istess ġurnata;
|
|
(ii)
|
it-tibdil relatat mal-aġġustamenti li huwa inkluż fl-aħħar tal-jum tal-valur iżda li ma huwiex fil-kalkolu tat-tibdil attwali u ipotetiku f’konformità mal-Artikoli 1 sa 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
(iii)
|
it-tibdil relatat mal-aġġustamenti li huwa inkluż fl-aħħar tal-jum tal-valur u fil-kalkolu tat-tibdil attwali u ipotetiku f’konformità mal-Artikoli 1 sa 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
(iv)
|
it-tibdil relatat mal-aġġustamenti li jirriżultaw mill-proċess ta’ verifika indipendenti tal-prezz imsemmi fl-Artikoli 1(1) u 2(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
|
(c)
|
jirrikjedu l-produzzjoni tar-rapport imsemmi fil-punt (b) kemm fil-livell ta’ kull post tan-negozjar soġġett għar-rekwiżiti ta’ ttestjar retrospettiv tal-post tan-negozjar f’konformità mal-Artikoli 1 u 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059, kif ukoll fil-livell tal-portafoll soġġett għar-rekwiżiti ta’ ttestjar retrospettiv f’konformità mal-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
(d)
|
jispeċifikaw il-proċessi ta’ rettifika li għandhom jiġu segwiti fil-kalkolu tal-bidliet attwali u ipotetiċi f’każ ta’ kontinġenzi, ta’ eċċezzjonijiet, ta’ żbalji, u ta’ fallimenti fl-ipprezzar.
|
|
|
Artikolu 36 2
|
2. Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern ta’ istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-elementi tekniċi li għandhom jiġu inklużi fit-tibdil attwali u ipotetiku fil-valur tal-portafoll, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a)
|
fir-rigward tal-kalkolu tat-tibdil attwali fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar kif imsemmi fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059:
|
(i)
|
billi jużaw ir-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu u d-deskrizzjoni tad-differenzi msemmija fl-Artikolu 5, il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059:
|
(1)
|
jidentifikaw l-elementi li jvarjaw bejn it-tibdil fil-valuri tal-portafoll fi tmiem il-jum prodott mill-proċess ta’ valwazzjoni fi tmiem il-jum u t-tibdil attwali;
|
|
(2)
|
jivverifikaw jekk l-elementi identifikati f’konformità mal-punt (1) humiex limitati għal tariffi u għal kummissjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 325bf(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u humiex limitati għal dawk l-aġġustamenti li jridu jew jistgħu jiġu esklużi mit-tibdil attwali, kif stabbilit fl-Artikolu 1(3) u (5) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
|
(ii)
|
billi jużaw ir-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu, jivverifikaw jekk, l-aġġustamenti li jirriżultaw mill-verifika indipendenti tal-prezz ikunux inklużi fit-tibdil attwali fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar, kif meħtieġ mill-Artikolu 1(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
(iii)
|
jivverifikaw jekk il-mogħdija taż-żmien kif imsemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059 tkunx riflessa fil-kalkolu tat-tibdil attwali, u jekk dik il-mogħdija taż-żmien tkunx riflessa bl-istess mod bħal fil-kalkolu tal-valuri tal-portafoll fi tmiem il-jum prodotti mill-proċess ta’ valwazzjoni ta’ tmiem il-jum;
|
|
(iv)
|
jivvalutaw kif l-istituzzjoni tevalwa jekk aġġustament ikunx relatat mar-riskju tas-suq, kif imsemmi fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059 u, billi jużaw ir-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu, jivverifikaw jekk dawk l-aġġustamenti li ma jkunux relatati mar-riskju tas-suq ikunux esklużi mill-kalkolu tat-tibdil attwali;
|
|
(v)
|
billi jqabblu r-rapporti msemmija fil-paragrafu 1, punti (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu f’dati differenti, jivverifikaw jekk, l-istituzzjoni tirriflettix bidliet fil-valuri tal-aġġustamenti biss fid-dati li fihom l-aġġustament jiġi kkalkulat, kif meħtieġ minn l-Artikolu 1(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
(vi)
|
jivverifikaw jekk l-ambitu tal-pożizzjonijiet li fuqhom jiġi kkalkolat l-aġġustament jinkludix biss pożizzjonijiet assenjati lill-post tan-negozjar, kif meħtieġ mill-Artikolu 1(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
(vii)
|
jivverifikaw jekk l-aġġustamenti li jistgħu jiġu esklużi mit-tibdil attwali skont l-Artikolu 1(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059 ikunux nonaddittivi;
|
|
(viii)
|
jivverifikaw jekk l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059 tkunx konsistenti mal-evidenza li tirriżulta mir-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu;
|
|
|
(b)
|
fir-rigward tal-kalkolu tat-tibdil attwali fil-valur tal-portafoll kif imsemmi fl-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059:
|
(i)
|
billi jużaw ir-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c), ta’ dan l-Artikolu u d-deskrizzjoni tad-differenzi msemmija fl-Artikolu 5(a) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059:
|
(1)
|
jidentifikaw l-elementi li jvarjaw bejn it-tibdil fil-valuri tal-portafoll fi tmiem il-jum prodott mill-proċess ta’ valwazzjoni fi tmiem il-jum u t-tibdil attwali;
|
|
(2)
|
jivverifikaw jekk l-elementi imsemmijin fil-punt (1) humiex limitati għal tariffi u għal kummissjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 325bf(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u għal dawk l-aġġustamenti li jridu jew jistgħu jiġu esklużi mit-tibdil attwali skont l-Artikolu 2 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
|
(ii)
|
billi jużaw ir-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu, jivverifikaw jekk l-aġġustamenti li jirriżultaw mill-verifika indipendenti tal-prezz ikunux inklużi fit-tibdil attwali fil-valur tal-portafoll, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
(iii)
|
jivverifikaw jekk il-mogħdija taż-żmien imsemmija fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059 tkunx riflessa fil-kalkolu tat-tibdil attwali, u jekk dik il-mogħdija taż-żmien tkunx riflessa bl-istess mod bħal fil-kalkolu tal-valuri tal-portafoll fi tmiem il-jum prodotti mill-proċess ta’ valwazzjoni ta’ tmiem il-jum;
|
|
(iv)
|
jivvalutaw kif l-istituzzjoni tevalwa jekk aġġustament ikunx relatat mar-riskju tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059 u, billi jużaw ir-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu, jivverifikaw jekk dawk li ma jkunux relatati mar-riskju tas-suq ikunux esklużi mill-kalkolu tat-tibdil attwali;
|
|
(v)
|
jivverifikaw jekk, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059, l-ambitu tal-pożizzjonijiet li fuqhom jiġi kkalkolat aġġustament ikunx magħmul minn:
|
(1)
|
pożizzjonijiet assenjati lill-postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħha għar-riskju tas-suq f’konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 1b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
(2)
|
il-pożizzjonijiet kollha soġġetti għal rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq;
|
|
|
(vi)
|
billi jqabblu r-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu f’dati differenti, jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tirriflettix it-tibdil fil-valuri tal-aġġustamenti biss fid-dati li fihom l-aġġustament jiġi kkalkolat mill-ġdid f’konformità mal-Artikolu 2(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
(vii)
|
jivverifikaw jekk l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5, il-punt (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059 tkunx konsistenti mal-evidenza li tirriżulta mir-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu;
|
|
|
(c)
|
fir-rigward tal-kalkolu tat-tibdil ipotetiku fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar kif imsemmi fl-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059:
|
(i)
|
jidentifikaw, billi jużaw ir-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu, l-elementi li jvarjaw bejn il-bidliet fil-valuri tal-portafoll fi tmiem il-jum prodotti mill-proċess ta’ valwazzjoni ta’ tmiem il-jum u t-tibdil ipotetiku, u jivverifikaw jekk dawk l-elementi humiex limitati għal:
|
(1)
|
tariffi u kummissjonijiet;
|
|
(2)
|
dawk l-elementi li ma humiex koperti minħabba s-suppożizzjoni li l-pożizzjonijiet ma nbidlux kif imsemmi fl-Artikolu 325bf(4), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
(3)
|
dawk l-aġġustamenti li jridu jew jistgħu jiġu esklużi mill-bidliet ipotetiċi kif stabbiliti fl-Artikolu 3(3) u (5) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
|
(ii)
|
jivverifikaw jekk l-effett tal-mogħdija taż-żmien huwiex rifless fit-tibdil ipotetiku b’mod konsistenti mat-trattament li l-istituzzjoni tapplika għal tali effett fil-kalkolu tal-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni kif imsemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fil-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament, kif meħtieġ mill-Artikolu 3(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
(iii)
|
jivvalutaw kif l-istituzzjoni tevalwa jekk aġġustament ikunx relatat mar-riskju tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059 u, billi jużaw ir-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu, jivverifikaw jekk dawk l-aġġustamenti li ma jkunux relatati mar-riskju tas-suq ikunux esklużi mill-kalkolu tat-tibdil ipotetiku;
|
|
(iv)
|
billi jużaw ir-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu, jivverifikaw li huma biss l-aġġustamenti li jiġu kkalkolati kuljum u li huma inklużi fil-mudell tal-kejl tar-riskji tal-istituzzjoni li huma inklużi bħala parti mit-tibdil ipotetiku, kif meħtieġ mill-Artikolu 3(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
(v)
|
jivverifikaw li l-ambitu tal-pożizzjonijiet li fuqhom jiġi kkalkolat l-aġġustament jinkludi biss pożizzjonijiet assenjati lill-post tan-negozjar, kif meħtieġ mill-Artikolu 3(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
(vi)
|
jivverifikaw jekk l-aġġustamenti li huma esklużi mit-tibdil ipotetiku skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059 ikunux nonaddittivi;
|
|
(vii)
|
billi jużaw id-deskrizzjoni msemmija fl-Artikolu 5, il-punt (c)(viii) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059, jivverifikaw jekk il-metodoloġija użata mill-istituzzjoni sabiex tikkalkola l-bidliet fil-valur ta’ aġġustament bis-suppożizzjoni li l-pożizzjonijiet ma nbidlux kif imsemmi fl-Artikolu 325bf(4), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 hijiex xierqa;
|
|
(viii)
|
jivverifikaw jekk l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5, il-punt (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059 tkunx konsistenti mal-evidenza li tirriżulta mir-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu;
|
|
|
(d)
|
fir-rigward tal-kalkolu tat-tibdil ipotetiku fil-valur tal-portafoll kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059:
|
(i)
|
billi jużaw ir-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu:
|
(1)
|
jidentifikaw l-elementi li jvarjaw bejn it-tibdil fil-valuri tal-portafoll fi tmiem il-jum prodott mill-proċess ta’ valwazzjoni fi tmiem il-jum u t-tibdil ipotetiku;
|
|
(2)
|
jivverifikaw jekk l-elementi msemmijin fil-punt (1) humiex limitati għat-tariffi u għall-kummissjoni, għal dawk l-elementi li ma humiex koperti minħabba s-suppożizzjoni li l-pożizzjonijiet ma nbidlux kif imsemmi fl-Artikolu 325bf(4), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u għal dawk l-aġġustamenti li jridu jew jistgħu jiġu esklużi mit-tibdil ipotetiku f’konformità mal-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
|
(ii)
|
jivverifikaw jekk l-effett tal-mogħdija taż-żmien huwiex rifless fit-tibdil ipotetiku b’mod konsistenti mat-trattament li l-istituzzjoni tapplika għal tali effett fil-kalkolu tal-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni kif imsemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament, kif meħtieġ mill-Artikolu 4(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
(iii)
|
jivvalutaw kif l-istituzzjoni tevalwa jekk aġġustament ikunx relatat mar-riskju tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059 u, billi jużaw ir-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu, jivverifikaw li dawk li ma jkunux relatati mar-riskju tas-suq ikunu esklużi mill-kalkolu tat-tibdil ipotetiku;
|
|
(iv)
|
billi jużaw ir-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu, jivverifikaw li huma, biss l-aġġustamenti li jiġu kkalkolati kuljum u li huma inklużi fil-mudell tal-kejl tar-riskji tal-istituzzjoni li huma inklużi bħala parti mit-tibdil ipotetiku, kif meħtieġ mill-Artikolu 4(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
(v)
|
jivverifikaw jekk, kif meħtieġ mill-Artikolu 4(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059, l-ambitu tal-pożizzjonijiet li fuqhom jiġi kkalkolat aġġustament ikunx magħmul minn:
|
(1)
|
pożizzjonijiet assenjati lill-postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni tikkalkola r-rekwiżiti ta’ fondi proprji tagħha għar-riskju tas-suq f’konformità mal-Parti Tlieta, it-Titolu IV, il-Kapitolu 1b tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
|
|
(2)
|
il-pożizzjonijiet kollha soġġetti għal rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq;
|
|
|
(vi)
|
billi jużaw id-deskrizzjoni msemmija fl-Artikolu 5, il-punt (c)(viii), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059, jivverifikaw jekk il-metodoloġija użata mill-istituzzjoni sabiex tikkalkola l-bidliet fil-valur ta’ aġġustament bis-suppożizzjoni li l-pożizzjonijiet ma nbidlux kif imsemmi fl-Artikolu 325bf(4), il-punt (a), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 hijiex xierqa;
|
|
(vii)
|
jivverifikaw jekk l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(c) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059 tkunx konsistenti mal-evidenza li tirriżulta mir-rapporti msemmijin fil-paragrafu 1, il-punti (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu;
|
|
|
(e)
|
fir-rigward tal-proċessi segwiti mill-istituzzjoni sabiex tikkalkola t-tibdil attwali u ipotetiku:
|
(i)
|
jivverifika jekk il-proċess għall-immappjar ta’ pożizzjoni ma’ post tan-negozjar wieħed biss huwiex robust;
|
|
(ii)
|
jivverifikaw jekk il-proċessi ta’ rettifika msemmijin fil-paragrafu 1, il-punt (d), humiex robusti, u jekk humiex segwiti fil-prattika kull meta jseħħu kontinġenzi, eċċezzjonijiet, żbalji, u fallimenti fl-ipprezzar;
|
|
(iii)
|
jivverifikaw kif pożizzjonijiet illikwidi jiġu ttrattati fil-proċess ta’ valwazzjoni ta’ tmiem il-jum u fil-proċess ta’ verifika indipendenti tal-prezz.
|
|
Għall-finijiet tal-punti (a)(vi), (b)(v)(1), (c)(v) u (d)(v)(1), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-istituzzjoni ma tiksibx l-aġġustament applikabbli għall-post tan-negozjar minn ambitu usa’ tal-pożizzjonijiet minn dawk assenjati lill-post tan-negozjar.
Għall-finijiet tal-punt (a)(vii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw kif l-istituzzjoni timmaniġġja r-riskju ta’ dawk l-aġġustamenti.
Għall-finijiet tal-punti (b)(v)(2) u (d)(v)(2), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-aġġustament kollu kkalkolat fuq dak l-ambitu huwiex inkluż fit-tibdil attwali fil-valur tal-portafoll.
Għall-finijiet tal-punt (c)(vi), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw kif l-istituzzjoni timmaniġġja r-riskju ta’ dawk l-aġġustamenti.
Għall-finijiet tal-punt (e)(ii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l-istorja tal-kontinġenzi, tal-eċċezzjonijiet, tal-iżbalji, u tal-fallimenti fl-ipprezzar fil-kalkoli tat-tibdil fil-valuri tal-portafolli, jivvalutaw kif dawn ġew irrimedjati u, meta rilevanti, l-impatt ta’ dawk l-iżbalji fuq ir-riżultati tal-ittestjar retrospettiv u tat-test tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf.
Għall-finijiet tal-punt (e)(iii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom, meta, minħabba data invalida, dawk il-pożizzjonijiet ma jwasslu għall-ebda tibdil fil-valwazzjoni ta’ tmiem il-jum u tibil attwali u ipotetiku fil-valur tal-portafoll, jivvalutaw jekk, minkejja n-nuqqas ta’ data, il-mudell tal-kejl tar-riskji jkun raġonevolment akkurat fil-kejl tar-riskji ta’ dawk il-pożizzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 325bi(1), il-punt (f), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|
|
Artikolu 36 3
|
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punti (a) sa (d), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw kwalunkwe wieħed mill-metodi ta’ valutazzjoni li ġejjin:
|
(a)
|
fuq kampjun ta’ tranżazzjonijiet, jeħtieġu li l-istituzzjoni tikkalkola u tirrikonċilja t-tibdil fil-valur ta’ tmiem il-jum kif jirriżulta mill-proċess ta’ valwazzjoni ta’ tmiem il-jum, it-tibdil attwali, u t-tibdil ipotetiku;
|
|
(b)
|
fuq kampjun ta’ tranżazzjonijiet, jeħtieġu li l-istituzzjoni tikkalkola t-tibdil ipotetiku u t-tibdil fit-teorija tar-riskju, u jivverifikaw jekk l-effett tal-mogħdija taż-żmien ikunx kopert b’mod konsistenti;
|
|
(c)
|
iqabblu l-profil tat-tibdil ipotetiku kumulattiv mal-valur tal-portafoll fuq perjodu ta’ żmien partikolari u t-tibdil attwali kumulattiv korrispondenti matul l-istess perjodu sabiex jivvalutaw il-plawżibbiltà tal-kalkoli mwettqin mill-istituzzjoni.
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|