+Artikolu 36 1
|
Artikolu 36 1
1. Meta jivverifikaw jekk istituzzjoni tikkonformax mal-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-elementi tekniċi li għandhom jiġu inklużi fit-tibdil attwali u ipotetiku fil-valur tal-portafoll, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-politiki interni msemmijin f’dak il-punt:
|
(a)
|
jispeċifikawx l-elementi kollha msemmijin fl-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059 u, meta applikabbli, l-elementi kollha msemmijin fil-punt (c) tal-Artikolu 1(5) ta’ dak ir-Regolament;
|
|
(b)
|
jeħtieġu l-produzzjoni ta’ rapport perjodiku, u, meta l-elementi differenti li jikkontribwixxu għat-tibdil fil-valur tal-portafoll jiġu sseparati, iċ-ċifri ta’ kuljum, inklużi:
|
(i)
|
it-tibdil relatat mal-elementi li jitneħħa mill-valur ta’ tmiem il-jum sabiex jinkiseb it-tibdil attwali u ipotetiku f’konformità mal-Artikoli 1 sa 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059, inkluż dak relatat mal-attivitajiet ta’ negozjar tal-istess ġurnata;
|
|
(ii)
|
it-tibdil relatat mal-aġġustamenti li huwa inkluż fl-aħħar tal-jum tal-valur iżda li ma huwiex fil-kalkolu tat-tibdil attwali u ipotetiku f’konformità mal-Artikoli 1 sa 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
(iii)
|
it-tibdil relatat mal-aġġustamenti li huwa inkluż fl-aħħar tal-jum tal-valur u fil-kalkolu tat-tibdil attwali u ipotetiku f’konformità mal-Artikoli 1 sa 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
(iv)
|
it-tibdil relatat mal-aġġustamenti li jirriżultaw mill-proċess ta’ verifika indipendenti tal-prezz imsemmi fl-Artikoli 1(1) u 2(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
|
(c)
|
jirrikjedu l-produzzjoni tar-rapport imsemmi fil-punt (b) kemm fil-livell ta’ kull post tan-negozjar soġġett għar-rekwiżiti ta’ ttestjar retrospettiv tal-post tan-negozjar f’konformità mal-Artikoli 1 u 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059, kif ukoll fil-livell tal-portafoll soġġett għar-rekwiżiti ta’ ttestjar retrospettiv f’konformità mal-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
(d)
|
jispeċifikaw il-proċessi ta’ rettifika li għandhom jiġu segwiti fil-kalkolu tal-bidliet attwali u ipotetiċi f’każ ta’ kontinġenzi, ta’ eċċezzjonijiet, ta’ żbalji, u ta’ fallimenti fl-ipprezzar.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|