2. Meta tiġi vvalutata l-konformità ta’ istituzzjoni mal-Artikolu 325bi(1), il-punt (e), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti dwar l-elementi tekniċi li għandhom jiġu inklużi fit-tibdil teoretiku fil-valur tal-portafoll għall-finijiet tar-rekwiżiti ta’ attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf imsemmijin fl-Artikolu 325bg ta’ dak ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw li l-politiki interni msemmijin f’dak il-punt (e):
|
(a)
|
jiżguraw li l-jiem ta’ negozju użati fil-kalkolu tat-tibdil teoretiku fil-valur tal-portafoll ikunu l-istess bħal dawk użati kemm fil-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 kif ukoll fil-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament;
|
|
(b)
|
jispeċifikaw jekk l-istituzzjoni tallinjax il-ħin tal-isnapshot li għalih tikkalkola t-tibdil teoretiku fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar mal-ħin tal-isnapshot li għalih tikkalkola t-tibdil ipotetiku fil-valur tal-portafoll tal-post tan-negozjar, kif permess mill-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
(c)
|
jispeċifikaw jekk hemmx fatturi tar-riskju li għalihom l-istituzzjoni tuża data tal-input jew valuri użati fil-kalkolu tat-tibdil ipotetiku sabiex tikkalkola t-tibdil teoretiku, jew jekk ma jkunx hemm fatturi tar-riskju li għalihom jintuża tali trattament, kif permess mill-Artikolu 14 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
(d)
|
ikopru l-aspetti kollha msemmijin fl-Artikolu 15(2) u (3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059 fir-rigward tal-fatturi tar-riskju li għalihom l-istituzzjoni tuża data tal-input jew valuri użati fil-kalkolu tat-tibdil ipotetiku sabiex tikkalkola t-tibdil teoretiku, kif permess mill-Artikolu 14 ta’ dak ir-Regolament Delegat;
|
|
(e)
|
jispeċifikaw il-proċessi ta’ rettifika li għandhom jiġu segwiti fil-kalkolu tat-tibdil teoretiku f’każ ta’ kontinġenzi, ta’ eċċezzjonijiet, ta’ żbalji, u ta’ fallimenti fl-ipprezzar;
|
|
(f)
|
ikopru l-aspetti kollha msemmijin fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059.
|
Għall-finijiet tal-punt (c), meta t-trattament ikkonċernat jintuża għal xi fatturi tar-riskju, iżda mhux għal kollha, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk il-politiki interni jispeċifikawx kriterji oġġettivi sabiex jintgħażlu fatturi tar-riskju li għalihom jiġi applikat dak it-trattament.
Għall-finijiet tal-punt (d), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk l-istituzzjoni tużax kriterji kwantitattivi sabiex tivvaluta l-effett tal-allinjament imsemmi fl-Artikolu 15(2), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059.