3. Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern ta’ istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità kif meħtieġ mill-Artikolu 325bi(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tar-rekwiżiti ta’ attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf imsemmijin fl-Artikolu 325bg ta’ dak ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a)
|
fir-rigward tal-kalkolu tat-tibdil teoretiku fil-valur tal-portafoll:
|
(i)
|
jivverifikaw jekk il-jiem ta’ negozju użati fil-kalkolu tat-tibdil teoretiku fil-valur tal-portafoll ikunux l-istess bħal dawk użati fil-kalkolu tal-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament;
|
|
(ii)
|
jivverifikaw jekk il-pożizzjonijiet użati fil-kalkolu tat-tibdil ipotetiku jkunux dawk użati għall-kalkolu tat-tibdil teoretiku.
|
|
(iii)
|
jivverifikaw jekk meta l-istituzzjoni tikkalkola t-tibdil teoretiku, il-pożizzjonijiet ikunux preżunti li ma nbidlux, kif meħtieġ mill-Artikolu 12(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
(iv)
|
jivverifikaw li ma hemm l-ebda differenza bejn il-metodi tal-ipprezzar, il-parametrizzazzjonijiet tal-mudell, id-data tas-suq u kwalunkwe teknika oħra użata fil-mudell intern tal-kejl tar-riskji, u dawk użati għall-kalkolu tat-tibdil teoretiku, kif meħtieġ mill-Artikolu 12(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
(v)
|
jivverifikaw li t-tibdil teoretiku fil-valur tal-portafoll jirrifletti biss it-tibdil fil-valuri tal-fatturi tar-riskju li jiġu xxokkjati meta jiġi kkalkolat il-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew il-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament, kif meħtieġ mill-Artikolu 12(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059;
|
|
(vi)
|
jivverifikaw li l-proċessi ta’ rettifika msemmijin fil-paragrafu 2, il-punt (e), ikunu robusti u jkunu segwiti fil-prattika kull meta jseħħu kontinġenzi, eċċezzjonijiet, żbalji, u fallimenti fl-ipprezzar;
|
|
|
(b)
|
fir-rigward tar-riżultati tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf:
|
(i)
|
jivverifikaw jekk il-koeffiċjent ta’ korrelazzjoni ta’ Spearman u l-metrika tat-test ta’ Kolmogorov-Smirnov humiex ikkalkolati b’mod korrett;
|
|
(ii)
|
jivverifikaw jekk il-fatturi tar-riskju li għalihom l-istituzzjoni tuża data tal-input użata fil-kalkolu tat-tibdil ipotetiku għall-kalkolu tat-tibdil teoretiku, kif permess mill-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059, humiex biss dawk li għalihom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet imsemmijin f’dak l-Artikolu;
|
|
(iii)
|
jivverifikaw li l-fatturi tar-riskju, li l-valuri użati fil-kalkolu tat-tibdil ipotetiku jintużaw mill-istituzzjoni sabiex tikkalkola t-tibdil teoretiku f’konformità mal-Artikolu 14(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2059, ikunu biss dawk li għalihom jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet imsemmijin f’dak l-Artikolu.
|
|
Għall-finijiet tal-punt (a)(ii), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw jekk is-sistemi tal-IT tal-istituzzjoni jiżgurawx il-kalkolu ta’ dak it-tibdil fuq l-istess pożizzjonijiet. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi l-inventarju tal-pożizzjonijiet koperti fit-tibdil attwali u teoretiku, u jqabblu dawk il-pożizzjonijiet.
Għall-finijiet tal-punt (a)(iv), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk is-sistemi tal-istituzzjonijiet jiżgurawx li l-funzjonijiet tal-ipprezzar użati għall-kalkolu tat-tibdil teoretiku jkunu dawk użati fil-kalkolu tal-kejl tar-riskju tan-nuqqas mistenni msemmi fl-Artikolu 325bb tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u tal-kejl tar-riskju tax-xenarju ta’ stress imsemmi fl-Artikolu 325bk ta’ dak ir-Regolament.
Għall-finijiet tal-punt (a)(v), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk is-sistemi tal-istituzzjonijiet jiżgurawx li l-valur ta’ fatturi tar-riskju oħrajn jinżammx kostanti meta jiġi kkalkolat it-tibdil teoretiku. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkomplementaw il-valutazzjoni tagħhom billi jużaw il-metodu ta’ valutazzjoni msemmi fil-paragrafu 5.
Għall-finijiet tal-punt (a)(vi), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw l-istorja tal-kontinġenzi, tal-eċċezzjonijiet, tal-iżbalji, u tal-fallimenti fl-ipprezzar fil-kalkoli tat-tibdil fil-valuri tal-portafolli, jivvalutaw jekk u kif dawn ġew irrimedjati u, meta rilevanti, jivvalutaw l-impatt ta’ dawk l-iżbalji fuq ir-riżultati tal-ittestjar retrospettiv u tat-test tal-attribuzzjoni tal-profitt u tat-telf.