1. Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern ta’ istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità fir-rigward tal-ambitu tal-pożizzjonijiet soġġetti għar-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza msemmi fl-Artikolu 325bl tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
|
(a)
|
jivverifikaw jekk is-sistemi interni tal-istituzzjoni jiżgurawx li l-pożizzjonijiet kollha li fihom tal-anqas fattur tar-riskju wieħed immappjat mal-kategoriji wisgħin “ekwità” jew “firxa tal-kreditu” tal-fatturi tar-riskju, kif imsemmi fl-Artikolu 325bd(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huma inklużi fl-ambitu tar-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għar-riskju ta’ inadempjenza;
|
|
(b)
|
jiksbu ħarsa ġenerali lejn ir-riskju ta’ inadempjenza fil-portafoll tal-istituzzjoni, billi jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi inventarju tal-pożizzjonijiet aggregati b’dimensjoni waħda jew aktar u l-iskoperturi f’inadempjenza immedjata aggregati korrispondenti.
|
Għall-finijiet tal-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw il-konsistenza bejn l-immappjar u l-inventarji msemmijin fl-Artikoli 33(1), 48(1) u 49(1).
Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, skont il-portafoll, jirrikjedu li l-istituzzjoni taggrega l-pożizzjonijiet b’dimensjonijiet differenti, inkluż billi:
|
(a)
|
il-pożizzjonijiet li jkollhom l-istess klassifikazzjoni;
|
|
(b)
|
il-pożizzjonijiet li jaqgħu fl-istess klassi ta’ skopertura;
|
|
(c)
|
il-pożizzjonijiet li jikkondividu l-istess fatturi tar-riskju sistematiku bħal dawk imsemmijin fl-Artikolu 325bp(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.
|