+Artikolu 46 Valutazzjoni tal-ambitu tal-pożizzjonijiet soġġetti għal riskju ta’ inadempjenza
---+Artikolu 46 1
---+Artikolu 46 2

Artikolu 46 Valutazzjoni tal-ambitu tal-pożizzjonijiet soġġetti għal riskju ta’ inadempjenza

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 46 1

1.   Meta jivvalutaw jekk il-mudell intern ta’ istituzzjoni jkunx implimentat b’integrità fir-rigward tal-ambitu tal-pożizzjonijiet soġġetti għar-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza msemmi fl-Artikolu 325bl tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:

(a)

jivverifikaw jekk is-sistemi interni tal-istituzzjoni jiżgurawx li l-pożizzjonijiet kollha li fihom tal-anqas fattur tar-riskju wieħed immappjat mal-kategoriji wisgħin “ekwità” jew “firxa tal-kreditu” tal-fatturi tar-riskju, kif imsemmi fl-Artikolu 325bd(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, huma inklużi fl-ambitu tar-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali għar-riskju ta’ inadempjenza;

(b)

jiksbu ħarsa ġenerali lejn ir-riskju ta’ inadempjenza fil-portafoll tal-istituzzjoni, billi jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi inventarju tal-pożizzjonijiet aggregati b’dimensjoni waħda jew aktar u l-iskoperturi f’inadempjenza immedjata aggregati korrispondenti.

Għall-finijiet tal-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw il-konsistenza bejn l-immappjar u l-inventarji msemmijin fl-Artikoli 33(1), 48(1) u 49(1).

Għall-finijiet tal-punt (b), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, skont il-portafoll, jirrikjedu li l-istituzzjoni taggrega l-pożizzjonijiet b’dimensjonijiet differenti, inkluż billi:

(a)

il-pożizzjonijiet li jkollhom l-istess klassifikazzjoni;

(b)

il-pożizzjonijiet li jaqgħu fl-istess klassi ta’ skopertura;

(c)

il-pożizzjonijiet li jikkondividu l-istess fatturi tar-riskju sistematiku bħal dawk imsemmijin fl-Artikolu 325bp(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013.

Artikolu 46 2

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (a), l-awtoritajiet kompetenti jistgħu:

(a)

jirrikjedu li l-istituzzjoni tipprovdi l-lista ta’ pożizzjonijiet assenjati lill-postijiet tan-negozjar li għalihom l-istituzzjoni tkun ingħatat il-permess li tuża mudelli interni msemmijin fl-Artikolu 325az tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew li tkun fil-proċess li tingħata tali permess;

(b)

jeħtieġu li l-istituzzjoni tidentifika dawk il-pożizzjonijiet li fihom fattur tar-riskju mmappjat mal-kategorija wiesgħa ta’ fatturi tar-riskju “ekwità” jew mal-kategorija wiesgħa ta’ fatturi tar-riskju “firxa ta’ kreditu”, kif imsemmi fl-Artikolu 325bd(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u l-istrument ta’ dejn jew ta’ ekwità negozjat korrispondenti f’konformità mal-Artikolu 325bi ta’ dak ir-Regolament;

(c)

jivverifikaw l-akkuratezza tal-lista msemmija fil-punt (a) u tal-identifikazzjoni msemmija fil-punt (b);

(d)

jivverifikaw, fuq kampjun ta’ strumenti identifikati fil-punt (b), jekk dawk l-istrumenti jkunux fl-ambitu tal-istrumenti inklużi fil-kalkolu tar-rekwiżit ta’ fondi proprji għar-riskju ta’ inadempjenza.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 17.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1085
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.