+Artikolu 8 4
|
Artikolu 8 4
4. L-Istati Membri għandhom jużaw il-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali biex:
|
(a)
|
ittejbu r-reġimi tagħhom fil-qasam tal-AML/CFT, b'mod partikolari billi jidentifika kwalunkwe qasam li fih l-entitajiet marbutin b'obbligu għandhom japplikaw miżuri msaħħa f'konformità ma' approċċ ibbażat fuq ir-riskju u, fejn xieraq, jispeċifika l-miżuri li għandhom jittieħdu;
|
|
(b)
|
jidentifikaw, fejn xieraq, is-setturi jew l-oqsma b'riskju aktar baxx jew b'riskju ogħla tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu;
|
|
(c)
|
jivvalutaw ir-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu assoċjati ma' kull tip ta' persuna ġuridika stabbilita fit-territorju tagħhom u ma' kull tip ta' arranġament ġuridiku li huwa rregolat skont id-dritt nazzjonali, jew li jiġi amministrat fit-territorju tagħhom jew li t-trustees jew persuni li jkollhom pożizzjonijiet ekwivalenti f'arranġamenti ġuridiċi simili jgħixu fit-territorju tagħhom, u jifhmu l-iskopertura għar-riskji li jirriżultaw minn persuni ġuridiċi barranin u arranġamenti ġuridiċi barranin;
|
|
(d)
|
jiddeċiedi dwar l-allokazzjoni u l-prijoritizzazzjoni tar-riżorsi biex jiġu miġġielda l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu kif ukoll in-nonimplimentazzjoni u l-evażjoni ta' sanzjonijiet finanzjarji mmirati;
|
|
(e)
|
jiżguraw li jitfasslu regoli xierqa għal kull settur jew qasam, f'konformità mar-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu;
|
|
(f)
|
jagħmlu informazzjoni pertinenti disponibbli fil-pront għall-awtoritajiet kompetenti u l-entitajiet marbutin b'obbligu biex tiffaċilita t-twettiq tal-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom stess tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, kif ukoll il-valutazzjoni tar-riskji ta' nuqqas ta’ implementazzjoni u evażjoni tas-sanzjonijiet finanzjarji mmirati msemmija fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2024/1624.
|
Fil-valutazzjoni tar-riskju nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiddeskrivu l-istruttura istituzzjonali u l-proċeduri wiesgħa tar-reġim tagħhom fil-qasam tal-AML/CFT, inkluż l-FIU, l-awtoritajiet tat-taxxa u l-prosekuturi, il-mekkaniżmi għall-kooperazzjoni mal-kontropartijiet fl-Unjoni jew f'pajjiżi terzi, kif ukoll ir-riżorsi umani u finanzjarji allokati sa fejn din l-informazzjoni tkun disponibbli.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1640
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|