+Artikolu 46 Dispożizzjonijiet relatati mal-kooperazzjoni fil-kuntest tas-superviżjoni ta' grupp
---+Artikolu 46 1
---+Artikolu 46 2
---+Artikolu 46 3
---+Artikolu 46 4
---+Artikolu 46 5
---+Artikolu 46 6
|
Artikolu 46 Dispożizzjonijiet relatati mal-kooperazzjoni fil-kuntest tas-superviżjoni ta' grupp
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 46 1
|
1. Fil-każ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u istituzzjonijiet finanzjarji li huma parti minn grupp, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li, għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 37(1), is-superviżuri finanzjarji tal-Istat Membru domiċiljari u dawk tal-Istat Membru ospitanti jikkooperaw ma' xulxin bl-akbar mod possibbli, irrispettivament min-natura jew mill-istatus rispettiv tagħhom. Huma għandhom jikkooperaw ukoll mal-AMLA meta taġixxi bħala superviżur.
|
|
Artikolu 46 2
|
2. Ħlief meta l-AMLAtaġixxi bħala superviżur, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżuri finanzjarji tal-Istat Membru domiċiljari jissorveljaw l-implimentazzjoni effettiva tal-politiki, tal-proċeduri u tal-kontrolli tal-grupp kollu msemmija fil-Kapitolu II, it-Taqsima 2, tar-Regolament (UE) 2024/1624. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li s-superviżuri finanzjarji tal-Istat Membru ospitanti jissorveljaw il-konformità tal-istabbilimenti li jinsabu fit-territorju tal-Istat Membru tagħhom mar-Regolamenti (UE) 2024/1624 u (UE) 2023/1113.
|
|
Artikolu 46 3
|
3. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, u ħlief fil-każijiet fejn il-kulleġġi superviżorji għall-AML/CFT ikunu stabbiliti f'konformità mal-Artikolu 49, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżuri finanzjarji jipprovdu lil xulxin kwalunkwe informazzjoni li jeħtieġu għat-twettiq tal-kompiti superviżorji tagħhom, kemm jekk fuq talba kif ukoll fuq inizjattiva proprja. B'mod partikolari, is-superviżuri finanzjarji għandhom jiskambjaw kwalunkwe informazzjoni li tista' tinfluwenza b'mod sinifikanti l-valutazzjoni tal-iskopertura għar-riskju inerenti jew residwu ta' istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjoni finanzjarja fi Stat Membru ieħor, fosthom:
|
(a)
|
l-identifikazzjoni tal-istruttura ġuridika, ta' governanza u organizzazzjonali tal-grupp, li tkopri s-sussidjarji u l-fergħat kollha;
|
|
(b)
|
l-informazzjoni rilevanti dwar is-sidien benefiċjarji u l-maniġment superjuri, inkluż l-eżiti ta' kontrolli xierqa u tajba, kemm jekk imwettqa skont din id-Direttiva kif ukoll skont atti legali oħra tal-Unjoni;
|
|
(c)
|
il-politiki, il-proċeduri u l-kontrolli fis-seħħ fi ħdan il-grupp;
|
|
(d)
|
l-informazzjoni dwar id-diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti, inkluż fajls tal-klijenti u rekords ta' tranżazzjonijiet;
|
|
(e)
|
l-iżviluppi negattivi fir-rigward tal-impriża omm, tas-sussidjarji jew tal-fergħat, li jistgħu jaffettwaw serjament partijiet oħra tal-grupp;
|
|
(f)
|
sanzjonijiet pekunarji li s-superviżuri finanzjarji beħsiebhom jimponu u miżuri amministrattivi li s-superviżuri finanzjarji beħsiebhom japplikaw f'konformità mat-Taqsima 4 ta' dan il-Kapitolu.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li s-superviżuri finanzjarji jkunu jistgħu jwettqu, fil-limiti tas-setgħat tagħhom, investigazzjonijiet f'isem superviżur rikjedenti, u jikkondividu l-informazzjoni miksuba permezz ta' tali investigazzjonijiet, jew jiffaċilitaw it-twettiq ta' tali investigazzjonijiet mis-superviżur rikjedenti.
|
|
Artikolu 46 4
|
4. Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-AMLA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji u tippreżentah lill-Kummissjoni għall-adozzjoni. Dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji għandu jispjega fid-dettall id-dmirijiet rispettivi tas-superviżuri domiċiljari u ospitanti, u l-modalitajiet ta' kooperazzjoni bejniethom.
Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 49 sa 52 tar-Regolament (UE) 2024/1620.
|
|
Artikolu 46 5
|
5. Is-superviżuri finanzjarji jistgħu jirreferu lill-AMLA s-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
meta superviżur finanzjarju ma jkunx ikkomunika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3;
|
|
(b)
|
meta talba għall-kooperazzjoni tkun ġiet rifjutata jew ma tkunx ittieħdet azzjoni dwarha fi żmien raġonevoli;
|
|
(c)
|
meta jkun hemm nuqqas ta' qbil abbażi ta' raġunijiet oġġettivi dwar ksur identifikat u dwar is-sanzjonijiet pekunarji li għandhom jiġu imposti jew il-miżuri amministrattivi li għandhom jiġu applikati fuq l-entità jew il-grupp biex jiġi rrimedjat dak il-ksur.
|
L-AMLA tista' taġixxi f'konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2024/1620. Meta tagħmel dan, l-AMLA għandha tagħti l-opinjoni tagħha dwar il-kwistjoni tat-talba fi żmien xahar.
|
|
Artikolu 46 6
|
6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Artikolu japplika ukoll għas-superviżjoni ta':
|
(a)
|
gruppi ta' entitajiet marbutin b'obbligu fis-settur mhux finanzjarju;
|
|
(b)
|
entitajiet marbutin b'obbligu li joperaw bil-libertà li jipprovdu servizzi mingħajr ebda infrastruttura fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti, fejn is-superviżjoni tal-attivitajiet f'dak l-Istat Membru l-ieħor titwettaq mis-superviżuri ta' dak l-Istat Membru l-ieħor skont l-Artikolu 37(1), it-tieni subparagrafu.
|
Meta s-sitwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5 jinqalgħu fir-rigward tas-superviżuri mhux finanzjarji, l-AMLA tista' taġixxi f'konformità mas-setgħat mogħtija lilha skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2024/1620.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li f'każijiet fejn l-entitajiet marbutin b'obbligu fis-settur mhux finanzjarju jkunu parti minn strutturi li jikkondividu sjieda, ġestjoni jew kontroll tal-konformità komuni, inkluż networks jew sħubijiet, is-superviżuri mhux finanzjarji jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L1640
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|