1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-superviżuri mhux finanzjarji inkarigati mill-impriża omm ta' grupp ta' entitajiet marbutin b'obbligu fis-settur mhux finanzjarju jew inkarigati mill-uffiċċju prinċipali ta' entità marbuta b'obbligu fis-settur mhux finanzjarju jkunu jistgħu jistabbilixxu kulleġġi superviżorji ddedikati għall-AML/CFT fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
|
(a)
|
meta entità marbuta b'obbligu fis-settur mhux finanzjarju, jew grupp tagħha, tkun stabbiliet stabbilimenti f'mill-inqas żewġ Stati Membri differenti mill-Istat Membru fejn ikun jinsab l-uffiċċju prinċipali tagħha;
|
|
(b)
|
meta entità ta' pajjiż terz soġġetta għar-rekwiżiti tal-AML/CFT, għajr istituzzjoni ta' kreditu jew istituzzjoni finanzjarja, tkun stabbiliet stabbilimenti f'mill-inqas tliet Stati Membri.
|
Dan il-paragrafu għandhom japplikaw ukoll għal strutturi li għandhom l-istess sjieda, ġestjoni jew kontroll tal-konformità, inkluż networks jew sħubijiet li għalihom japplikaw rekwiżiti għall-grupp kollu skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2024/1624.
Il-membri permanenti tal-kulleġġ għandhom ikunus-superviżur mhux finanzjarju inkarigat mill-impriża omm jew mill-uffiċċju prinċipali u s-superviżuri mhux finanzjarji responsabbli mill-istabbilimenti fl-Istati Membri ospitanti jew tas-superviżjoni ta' dik l-entità marbuta b'obbligu fi Stati Membri oħra fil-każijiet koperti mill-Artikolu 37(1), it-tieni subparagrafu.