+Artikolu 35 5
|
Artikolu 35 5
5. Meta tieħu kwalunkwe mill-miżuri superviżorji msemmija fil-paragrafu 1, l-ESMA għandha tqis in-natura u s-serjetà tal-ksur, filwaqt li tqis il-kriterji li ġejjin:
|
(a)
|
id-durata u l-frekwenza tal-ksur;
|
|
(b)
|
jekk ir-reat finanzjarju kienx twettaq jew iffaċilitat jew inkella huwiex attribwibbli għall-ksur;
|
|
(c)
|
jekk il-ksur ikunx sar intenzjonalment jew b’negliġenza;
|
|
(d)
|
il-grad ta’ responsabbiltà tal-persuna responsabbli għall-ksur;
|
|
(e)
|
is-saħħa finanzjarja tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG, kif indikata mill-fatturat nett annwali totali tiegħu;
|
|
(f)
|
l-impatt tal-ksur fuq l-interessi tal-investituri u fuq utenti ta’ klassifikazzjonijiet ESG oħrajn;
|
|
(g)
|
l-importanza tal-profitti miksuba u tat-telf evitat mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG jew tat-telf għall-partijiet terzi derivat mill-ksur, sa fejn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati tali profitti u telf;
|
|
(h)
|
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG mal-ESMA, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata r-restituzzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dak il-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG minħabba dak il-ksur;
|
|
(i)
|
kwalunkwe ksur preċedenti mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG;
|
|
(j)
|
il-miżuri meħuda wara l-ksur mill-fornitur ta’ klassifikazzjonijiet ESG biex tiġi evitata r-repetizzjoni tiegħu.
|
Għall-fini tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), ksur għandu jitqies li sar intenzjonalment jekk l-ESMA ssib elementi oġġettivi li juru li persuna aġixxiet deliberatament biex twettaq il-ksur.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R3005
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|