+Artikolu 11 4.

Artikolu 11 4.

L-Awtorità għandha ddaħħal fil-bażi tad-data kwalunkwe data jew informazzjoni rilevanti għall-finijiet tal-attivitajiet superviżorji tal-AML/CFT li tiġi pprovduta minn awtoritajiet mhux tal-AML/CFT, awtoritajiet u korpi nazzjonali oħra li huma kompetenti biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/48/KE, id-Direttiva 2009/110/KE, id-Direttiva 2009/138/KE, id-Direttiva 2014/17/UE, ir-Regolament (UE) Nru 537/2014, id-Direttiva 2014/56/UE, id-Direttiva 2014/65/UE jew id-Direttiva (UE) 2015/2366, jew mill-ASEs.

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinkludi każijiet meta l-awtoritajiet u l-korpi msemmija f’dak is-subparagrafu jkollhom raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li qed isir tentattiv ta’ ML/TF jew li qed jitwettaq jew li jeżisti riskju akbar ta’ dan b’rabta ma’ entità marbuta b’obbligu, u meta tali raġunijiet raġonevoli rriżultaw fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-kompiti rispettivi tagħhom. Il-bażi tad-data għandha tinkludi wkoll informazzjoni rilevanti li l-awtoritajiet jew il-korpi li jissorveljaw l-istituzzjonijiet ta’ kreditu f’konformità mad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 ), inkluż il-BĊE meta jaġixxu f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, ikunu kisbu fil-kuntest ta’ superviżjoni kontinwa, inkluża informazzjoni dwar il-valutazzjonijiet tal-mudell tan-negozju, il-valutazzjonijiet tal-arranġamenti ta’ governanza, il-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni, il-valutazzjonijiet tal-akkwiżizzjonijiet ta’ parteċipazzjonijiet kwalifikanti, il-valutazzjonijiet “idonei u xierqa” u l-proċeduri relatati mal-irtirar tal-liċenzji.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.