+Artikolu 48
---+Artikolu 48 1.
---+Artikolu 48 2.
---+Artikolu 48 3.
---+Artikolu 48 4.
---+Artikolu 48 5.
---+Artikolu 48 6.
---+Artikolu 48 7.

Artikolu 48

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 48 1.
L-Awtorità għandha tistabbilixxi proċess ta’ evalwazzjoni bejn il-pari tal-attivitajiet tal-FIUs skont il-Kapitolu III tad-Direttiva (UE) 2024/1640 biex issaħħaħ il-konsistenza u l-effettività tal-attivitajiet tal-FIU u tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-FIUs. L-Awtorità għandha tiżviluppa metodi li jippermettu valutazzjoni oġġettiva tal-FIUs evalwati u tiżviluppa wkoll regoli ta’ proċedura għat-twettiq ta’ evalwazzjonijiet bejn il-pari.

Fejn ikun rilevanti, l-ippjanar u t-twettiq tal-evalwazzjonijiet bejn il-pari għandhom iqisu b’mod xieraq l-evalwazzjonijiet, il-valutazzjonijiet u r-rapporti mfassla minn organizzazzjonijiet internazzjonali u korpi intergovernattivi b’kompetenza fil-qasam tal-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Artikolu 48 2.
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-Awtorità għandha tistabbilixxi tim għall-evalwazzjoni bejn il-pari, li għandu jkun magħmul minn persunal tal-Awtorità u rappreżentanti tal-FIUs parteċipanti fl-evalwazzjoni bejn il-pari.
Artikolu 48 3.

L-evalwazzjoni bejn il-pari tal-attivitajiet ta’ FIU għandha tinkludi valutazzjoni ta’, iżda ma għandhiex tkun limitata għal, dan li ġej:

(a) 

l-adegwatezza tar-riżorsi tal-FIU, inklużi r-riżorsi umani u tekniċi u tal-IT, biex twettaq il-funzjonijiet tagħha;

(b) 

il-miżuri implimentati biex jiġi żgurat li l-FIU jkollha indipendenza u awtonomija operazzjonali u ma tkunx soġġetta għal influwenza indebita;

(c) 

il-miżuri li l-FIU tkun stabbiliet biex tipproteġi s-sigurtà u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni;

(d) 

il-funzjoni tal-FIU biex tirċievi rapporti dwar tranżazzjonijiet suspettużi u divulgazzjonijiet oħra, inklużi l-għadd u n-natura tad-divulgazzjonijiet riċevuti u l-kwalità tagħhom;

(e) 

il-miżuri li l-FIU tkun stabbiliet biex ittejjeb ir-rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi mill-entitajiet marbuta b’obbligu, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwalità tagħhom;

(f) 

l-aċċess tal-FIU għal informazzjoni addizzjonali u l-użu tagħha biex tarrikkixxi l-analiżi tagħha;

(g) 

l-għodod użati mill-FIU biex twettaq analiżi;

(h) 

il-punt sa fejn l-analiżi u d-disseminazzjoni tal-FIU jappoġġaw il-ħtiġijiet operazzjonali tal-awtoritajiet kompetenti għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu u l-finanzjament tat-terroriżmu;

(i) 

il-kooperazzjoni domestika bejn l-FIU u awtoritajiet kompetenti oħra;

(j) 

il-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-FIU u l-FIUs minn Stati Membri oħra.

Artikolu 48 4.
L-Awtorità għandha tipproduċi rapport li jippreżenta r-riżultati tal-evalwazzjoni bejn il-pari. Dak ir-rapport ta’ evalwazzjoni bejn il-pari għandu jitħejja b’mod konġunt mill-persunal tal-Awtorità u mill-persunal rilevanti tal-FIUs involuti fit-tim tal-evalwazzjoni bejn il-pari, u għandu jiġi adottat mill-Bord Eżekuttiv, wara li jkun irċieva l-osservazzjonijiet tal-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni tal-FIUs dwar il-konsistenza tal-applikazzjoni tal-metodoloġija ma’ rapporti oħra ta’ evalwazzjoni bejn il-pari. Ir-rapport għandu jinkludi prattiki tajba identifikati u, fejn ikun rilevanti, il-miżuri ta’ segwitu li jitqiesu xierqa, proporzjonati u neċessarji bħala riżultat tal-evalwazzjoni bejn il-pari. Dawk il-miżuri ta’ segwitu jistgħu jiġu adottati fil-forma ta’ linji gwida u rakkomandazzjonijiet skont l-Artikolu 54 u opinjoni f’konformità mal-Artikolu 55. L-FIUs għandhom jagħmlu kull sforz biex jikkonformaw ma’ kwalunkwe linja gwida u rakkomandazzjoni maħruġa f’konformità mal-Artikolu 54.
Artikolu 48 5.
L-Awtorità għandha tippubblika s-sejbiet tal-evalwazzjoni bejn il-pari fuq is-sit web tagħha u tissottometti opinjoni lill-Kummissjoni meta, wara li tkun qieset l-eżitu tal-evalwazzjoni bejn il-pari jew kwalunkwe informazzjoni oħra miksuba mill-Awtorità fit-twettiq tal-kompiti tagħha, hija tqis li mill-perspettiva tal-Unjoni tkun neċessarja aktar armonizzazzjoni tar-regoli tal-Unjoni applikabbli għall-FIUs.
Artikolu 48 6.
L-Awtorità għandha tipprovdi rapport ta’ segwitu sentejn wara l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-evalwazzjoni bejn il-pari. Ir-rapport ta’ segwitu għandu jitħejja b’mod konġunt mill-persunal tal-Awtorità u mill-persunal rilevanti tal-FIUs involuti fit-tim tal-evalwazzjoni bejn il-pari, u għandu jiġi adottat mill-Bord Eżekuttiv, wara li jkun irċieva l-osservazzjonijiet tal-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni tal-FIUs dwar il-konsistenza tal-applikazzjoni tal-metodoloġija ma’ rapporti oħra ta’ evalwazzjoni bejn il-pari. Ir-rapport ta’ segwitu għandu jinkludi valutazzjoni tal-adegwatezza u l-effettività tal-azzjonijiet imwettqa mill-FIUs li kienu soġġetti għall-evalwazzjoni bejn il-pari b’risposta għall-miżuri ta’ segwitu tar-rapport ta’ evalwazzjoni bejn il-pari. L-Awtorità għandha tippubblika s-sejbiet tar-rapport ta’ segwitu fuq is-sit web tagħha.
Artikolu 48 7.
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-Bord Eżekuttiv għandu jadotta pjan ta’ ħidma ta’ evalwazzjoni bejn il-pari kull sentejn, li għandu jirrifletti t-tagħlimiet meħuda mill-proċessi ta’ evalwazzjoni bejn il-pari tal-passat u mid-diskussjonijiet fil-Bord Ġenerali fil-kompożizzjoni tal-FIU. Il-pjan ta’ ħidma ta’ evalwazzjoni bejn il-pari għandu jikkostitwixxi parti separata mill-programm ta’ ħidma annwali u pluriennali u għandu jiġi inkluż fid-dokument uniku ta’ programmazzjoni. Kull FIU għandha tipparteċipa fl-evalwazzjonijiet bejn il-pari li jikkonċernawha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1620
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.