|
+Artikolu 48 3. |
Artikolu 48 3.L-evalwazzjoni bejn il-pari tal-attivitajiet ta’ FIU għandha tinkludi valutazzjoni ta’, iżda ma għandhiex tkun limitata għal, dan li ġej:
(a)
l-adegwatezza tar-riżorsi tal-FIU, inklużi r-riżorsi umani u tekniċi u tal-IT, biex twettaq il-funzjonijiet tagħha;
(b)
il-miżuri implimentati biex jiġi żgurat li l-FIU jkollha indipendenza u awtonomija operazzjonali u ma tkunx soġġetta għal influwenza indebita;
(c)
il-miżuri li l-FIU tkun stabbiliet biex tipproteġi s-sigurtà u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni;
(d)
il-funzjoni tal-FIU biex tirċievi rapporti dwar tranżazzjonijiet suspettużi u divulgazzjonijiet oħra, inklużi l-għadd u n-natura tad-divulgazzjonijiet riċevuti u l-kwalità tagħhom;
(e)
il-miżuri li l-FIU tkun stabbiliet biex ittejjeb ir-rapportar ta’ tranżazzjonijiet suspettużi mill-entitajiet marbuta b’obbligu, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwalità tagħhom;
(f)
l-aċċess tal-FIU għal informazzjoni addizzjonali u l-użu tagħha biex tarrikkixxi l-analiżi tagħha;
(g)
l-għodod użati mill-FIU biex twettaq analiżi;
(h)
il-punt sa fejn l-analiżi u d-disseminazzjoni tal-FIU jappoġġaw il-ħtiġijiet operazzjonali tal-awtoritajiet kompetenti għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-ħasil tal-flus, ir-reati predikati tiegħu u l-finanzjament tat-terroriżmu;
(i)
il-kooperazzjoni domestika bejn l-FIU u awtoritajiet kompetenti oħra;
(j)
il-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-FIU u l-FIUs minn Stati Membri oħra. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|