+Artikolu 10 Kalkolu tal-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA
---+Article 10 1.
---+Article 10 2.
---+Article 10 3.
---+Article 10 4.
---+Article 10 5.
---+Article 10 6.
---+Article 10 7.

Artikolu 10 Kalkolu tal-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA

Artikolu 10

Kalkolu tal-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA

1.  L-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA jiġu kkalkulati fuq livell ta' espożizzjoni ta' valutazzjoni individwali (“spejjeż tal-għeluq individwali tal-AVA”).

2.  Meta istituzzjoni tkun ikkalkulat inċertezza tal-prezz tas-suq tal-AVA għal skoperturi ta' valutazzjoni bbażati fuq prezz tal-ħruġ, l-ispiża ta' għeluq tal-AVA tista' tiġi vvalutata li għandha valur ta' żero.

3.  Meta istituzzjoni tapplika d-deroga msemmija fil-paragrafu 5 tal- Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA jistgħu jiġu vvalutati li għandhom valur ta' żero, bil-kundizzjoni li l-istituzzjoni tipprovdi evidenza li hija 90 % kunfidenti li teżisti likwidità suffiċjenti biex tappoġġa l-ħruġ ta' esponiment ta' valutazzjoni relatata bi prezz medju.

4.  Meta esponiment għall-valutazzjoni ma jistax jintwera li jkollu spejjeż tal-għeluq tal-AVA żero, l-istituzzjonijiet jużaw is-sorsi tad-dejta definiti fl-Artikolu 3. F'dan il-każ, il-kalkolu tal-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA jsir kif deskritt fil-paragrafi 5 u 6 ta' dan l-Artikolu.

5.  L-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA fuq l-esponiment tal-valutazzjoni relatati ma' kull input tal-valutazzjoni użata fil-mudell tal-istimar.

(a) 

Il-granularità li fiha dawn l-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA jiġu valutati tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(i) 

fejn dekomposti, l-inputs tal-valutazzjoni kollha meħtieġa għall-kalkolu tal-prezz tal-ħruġ għall-pożizzjoni tal-valutazzjoni;

(ii) 

il-prezz tal-istrument.

(b) 

kull input ta' valutazzjoni msemmija fil-punt (a)(i) tiġi ttrattata separatament. Meta l-input tal-valutazzjoni jikkonsisti f'matriċi ta' parametri, l-istituzzjonijiet jevalwaw l-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA bbażati fuq l-iskoperturi tal-valutazzjoni skoperturi għal kull parametru f'din il-matriċi. Meta l-input tal-valutazzjoni ma jirreferix għal strumenti negozjabbli, l-istituzzjonijiet espliċitament jimmappjaw l-input tal-valutazzjoni u l-esponimet tal-valutazzjoni relatat għal sett ta' strumenti negozjabbli tas-suq. L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-għadd ta' parametri tal-input tal-valutazzjoni għall-iskop tal-kalkolu tal-AVA bl-użu ta' metodoloġija sakemm il-parametri mnaqqsa jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i) 

il-valur totali tal-esponiment tal-valutazzjoni mnaqqsa jkun l-istess bħal dak tal-valur totali tal-iskopertura oriġinali tal-valwazzjoni;

(ii) 

l-għadd imnaqqas ta' parametri jista' jiġi abbinat ma' sett ta' strumenti negozjabbli fis-suq;

(iii) 

il-proporzjon ta' miżura ta' varjanza 2 fuq miżura ta' varjanza 1, ibbażata fuq dejta storika mill-aħħar 100 jum ta' negozjar, huwa inqas minn 0,1

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu, miżura ta' varjanza 1 tfisser varjazzjoni tal-qligħ u t-telf tal-esponiment tal-valutazzjoni bażata fuq l-input tal-valutazzjoni mhux imnaqqsa u miżura ta' varjanza 2 tfisser varjazzjoni tal-qligħ u t-telf tal-esponiment tal-valutazzjoni bbażata fuq input tal-valutazzjoni mhux imnaqqsa wara li wieħed inaqqas l-esponiment tal-valutazzjoni bbażata fuq input tal-valutazzjoni mnaqqsa.

(c) 

meta numru mnaqqas ta' parametri jintuża għall-fini tal-kalkolu tal-AVA, id-determinazzjoni li l-kriterji stabbiliti fil-punt (b) intlaħqu tkun soġġetta għal reviżjoni tal-funzjoni ta' kontroll indipendenti u validazzjoni interna tal-anqas fuq bażi annwali.

6.  L-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA jiġu determinati kif ġej:

(a) 

fejn teżisti dejta biżżejjed biex tinbena firxa ta' firxa plawżibbli ta' firxiet bejn it-talba u l-offerta għall-input tal-valutazzjoni, l-istituzzjonijiet jistmaw punt fil-firxa fejn ikunu 90 % kunfidenti li l-valur tal-firxa li setgħu jiksbu meta joħorġu mill-esponiment tal-valutazzjoni jkun b'dak il-prezz jew prezz aħjar;

(b) 

fejn ma hemmx biżżejjed dejta biex tinbena firxa plawżibbli ta' firxiet bejn it-talba u l-offerta, l-istituzzjonijiet jużaw approċċ ibbażat fuq kompetenza tal-esperti fuq il-bażi ta' informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva disponibbli sabiex jinkiseb livell ta' ċertezza fil-valur prudenti li huwa ekwivalenti għal dak immirat fejn firxa ta' valuri plawżibbli hija disponibbli. L-istituzzjonijiet jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-esponiment tal-valutazzjoni li għalihom jiġi applikat dan l-approċċ u l-metodoloġija użata biex tiddetermina l-AVA;

(c) 

l-istituzzjonijiet jikkalkulaw l-ispejjeż tal-għeluq tal-AVA bl-applikazzjoni ta' 50 % tal-istima tal-firxa bejn it-talba u l-offerta kkalkulata jew skont il-punt (a) jew il-punt (b) għall-esponiment tal-valutazzjoni relatat mal-inputs tal-valutazzjoni definiti fil-paragrafu 5.

7.  L-istituzzjonijiet jikkalkulaw il-livell tal-kategorija totali AVA għall-ispejjeż tal-għeluq billi jiġu applikati l-ispejjeż tal-għeluq individwali tal-AVA jew għall-formoli tal-Metodu 1 jew tal-Metodu 2 stipulati fl-Anness.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Article 10 1.
Close-out costs AVAs shall be calculated at valuation exposure level (‘individual close-out costs AVAs’).
Article 10 2.
When an institution has calculated a market price uncertainty AVA for a valuation exposure based on an exit price, the close-out cost AVA may be assessed to have zero value.
Article 10 3.
Where an institution applies the derogation referred to in paragraph 5 of Article 105 of Regulation (EU) No 575/2013, the close-out costs AVA may be assessed to have zero value, on the condition that the institution provides evidence that it is 90 % confident that sufficient liquidity exists to support the exit of the related valuation exposures at mid-price.
Article 10 4.
Where a valuation exposure cannot be shown to have a zero close-out costs AVA, institutions shall use the data sources defined in Article 3. In this case the calculation of the close-out costs AVA shall be performed as described in paragraphs 5 and 6 of this Article.
Article 10 5.

Institutions shall calculate close-out costs AVAs on valuation exposures related to each valuation input used in the relevant valuation model.

(a) 

The granularity at which those close-out costs AVAs shall be assessed shall be one of the following:

(i) 

where decomposed, all valuation inputs required to calculate an exit price for the valuation position;

(ii) 

the price of the instrument.

(b) 

Each of the valuation inputs each of the valuation inputs referred to in point (a)(i) shall be treated separately. Where a valuation input consists of a matrix of parameters, institutions shall assess the close-out cost AVA based on the valuation exposures related to each parameter within that matrix. Where a valuation input does not refer to tradable instruments, institutions shall explicitly map the valuation input and the related valuation exposure to a set of market tradable instruments. Institutions may reduce the number of parameters of the valuation input for the purpose of calculating AVAs using any appropriate methodology provided the reduced parameters satisfy all of the following requirements:

(i) 

the total value of the reduced valuation exposure is the same as the total value of the original valuation exposure;

(ii) 

the reduced set of parameters can be mapped to a set of market tradable instruments;

(iii) 

the ratio of variance measure 2 over variance measure 1, based on historical data from the most recent 100 trading days, is less than 0,1.

For the purposes of this paragraph, variance measure 1 shall mean profit and loss variance of the valuation exposure based on the unreduced valuation input and variance measure 2 shall mean profit and loss variance of the valuation exposure based on the unreduced valuation input minus the valuation exposure based on the reduced valuation input.

(c) 

Where a reduced number of parameters is used for the purpose of calculating AVAs, the determination that the criteria set out in point (b) are met shall be subject to independent control function review and internal validation on at least an annual basis.

Article 10 6.

Close-out costs AVAs shall be determined as follows:

(a) 

where sufficient data exists to construct a range of plausible bid-offer spreads for a valuation input, institutions shall estimate a point within the range where they are 90 % confident that the spread they could achieve in exiting the valuation exposure would be at that price or better;

(b) 

where insufficient data exists to construct a plausible range of bid-offer spreads, institutions shall use an expert-based approach using qualitative and quantitative information available to achieve a level of certainty in the prudent value that is equivalent to that targeted where a range of plausible values is available. Institutions shall notify competent authorities of the valuation exposures for which this approach is applied, and the methodology used to determine the AVA;

(c) 

institutions shall calculate the close-out costs AVA by applying 50 % of the estimated bid-offer spread calculated in accordance with either point (a) or point (b) to the valuation exposures related to the valuation inputs defined in paragraph 5.

Article 10 7.
Institutions shall calculate the total category level AVA for close-out costs by applying to the individual close-out costs AVAs the formulae for either Method 1 or Method 2 laid down in the Annex.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 26.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016R0101
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.