+Artikolu 35 Objettiv u kamp ta' applikazzjoni tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni
---+Artikolu 35 1
---+Artikolu 35 2
---+Artikolu 35 3
---+Artikolu 35 4
---+Artikolu 35 5
---+Artikolu 35 6
---+Artikolu 35 7
---+Artikolu 35 8
---+Artikolu 35 9

Artikolu 35 Objettiv u kamp ta' applikazzjoni tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 35 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu japplikaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni sabiex jilħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet li ġejjin:

(a)

għar-rikapitalizzazzjoni ta' entità kif imsemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), li tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 19(1) u l-Artikolu 20(3) sa punt biżżejjed sabiex tiġi applikata l-għodda ta' run-off solventi u sabiex tinżamm l-awtorizzazzjoni tagħha skont id-Direttiva 2009/138/KE;

(b)

għall-konverżjoni f'ekwità jew għat-tnaqqis tal-ammont ta' kapital ta' klejms, li jinkludu klejms lill-assigurazzjoni jew strumenti ta' dejn li jiġu ttrasferiti:

(i)

lil impriża tranżitorja; jew

(ii)

taħt l-għodda ta' separazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet jew l-għodda ta' bejgħ ta' negozju.

Meta japplikaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni għall-klejms lill-assigurazzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu wkoll jirristrutturaw it-termini tal-kuntratti tal-assigurazzjoni relatati sabiex jilħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni b'mod aktar effettiv. Meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom iqisu l-impatt fuq l-interess kollettiv tad-detenturi ta' poloz.

Artikolu 35 2

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jiddeterminaw l-ammont li bih l-istrumenti kapitali, l-istrumenti ta' dejn u obbligazzjonijiet eliġibbli oħrajn għandhom jiġu valwati b'mod negattiv jew ikkonvertiti għall-finijiet stipulati fil-paragrafu 1 abbażi tal-valwazzjoni mwettqa f'konformità mal-Artikolu 23.

Artikolu 35 3

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jkunu jistgħu japplikaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni għall-obbligazzjonijiet kollha ta' entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), filwaqt li jżommu l-forma ġuridika attwali tagħhom jew iqisu bidla fil-forma ġuridika tagħhom meta din tkun neċessarja.

Artikolu 35 4

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni tkun tista' tiġi applikata għall-istrumenti kapitali kollha u għall-obbligazzjonijiet kollha ta' entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), li ma jkunux esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dik l-għodda skont il-paragrafi 5 sa 8 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 35 5

5.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma għandhomx japplikaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni fir-rigward tal-obbligazzjonijiet li ġejjin kemm jekk ikunu rregolati bil-liġi ta' Stat Membru jew ta' pajjiż terz:

(a)

obbligazzjonijiet garantiti;

(b)

obbligazzjonijiet lil istituzzjonijiet ta' kreditu, lil ditti ta' investiment u lil impriżi tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni, ħlief għal entitajiet li jkunu parti mill-istess grupp, b'maturità oriġinali ta' anqas minn sebat ijiem;

(c)

obbligazzjonijiet b'maturità li jifdal ta' anqas minn sebat ijiem, dovuti jew lil sistemi jew lil operaturi ta' sistemi maħtura f'konformità mad-Direttiva 98/26/KE jew lill-parteċipanti tagħhom u li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f'tali sistema, jew lil CCPs awtorizzati fl-Unjoni skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u lil CCPs ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20), skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(d)

obbligazzjoni lejn kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i)

impjegat, b'rabta mas-salarju, ma' benefiċċji tal-pensjoni jew ma' remunerazzjoni oħra fissa dovuta, ħlief għall-komponent varjabbli tar-remunerazzjoni li ma hijiex regolata bil-liġi jew bi ftehim ta' negozjar kollettiv;

(ii)

kreditur kummerċjali jew ta' negozju li jinħoloq mill-forniment ta' entità msemmija fl-Artikolu 1(1), il-punti (a) sa (e), ta' oġġetti jew servizzi, bħal servizzi tal-IT, utilitajiet u l-kiri, il-manutenzjoni u ż-żamma tal-bini, li huma meħtieġa biex jinżamm il-funzjonament kontinwu tal-operazzjonijiet ta' dik l-entità, jew li huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-kopertura tal-assigurazzjoni;

(iii)

awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, dment li dawk l-obbligazzjonijiet ikunu preferuti skont il-liġi applikabbli;

(iv)

skemi ta' garanzija tal-assigurazzjoni li jirriżultaw minn kontribuzzjonijiet dovuti f'konformità mal-liġijiet nazzjonali applikabbli;

(e)

obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn assigurazzjoni obbligatorja kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta' vetturi bil-mutur skont id-Direttiva 2009/103/KE.

Artikolu 35 6

6.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ma għandhomx japplikaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni fir-rigward ta':

(a)

obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn klejms lill-assigurazzjoni kurrenti u futuri li huma koperti minn assi f'konformità mal-Artikolu 275(1), il-punt (a), tad-Direttiva 2009/138/KE;

(b)

obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn kuntratti privati tal-assigurazzjoni tas-saħħa jew kuntratti privati tal-assigurazzjoni tal-kura fit-tul ipprovduti bħala alternattiva għall-kopertura obbligatorja tas-saħħa jew tal-kura fit-tul ipprovduta mis-sistema statutorja tas-sigurtà soċjali; l-esklużjoni għandha tapplika biss għall-parti tar-responsabbiltà kkonċernata li tissostitwixxi l-komponent obbligatorju tas-sistema statutorja tas-sigurtà soċjali.

Artikolu 35 7

7.   Il-paragrafu 5, il-punt (a), u l-paragrafu 6, il-punt (a), ma għandhomx jipprevjenu lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, fejn xieraq, milli japplikaw l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni fir-rigward ta' kwalunkwe parti ta' obbligazzjoni garantita jew ta' obbligazzjoni li għaliha ġie ppleġġjat kollateral li jaqbeż il-valur tal-assi, tal-pleġġ, tar-rahan jew tal-kollateral li huwa garanti tiegħu jew għal kwalunkwe parti mill-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6, il-punt (a), li jaqbżu l-valur tal-assi mdaħħla fir-reġistru speċjali msemmi fl-Artikolu 276(1) tad-Direttiva 2009/138/KE.

Artikolu 35 8

8.   F'ċirkostanzi eċċezzjonali, meta tiġi applikata l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, l-awtorità ta' riżoluzzjoni tista' teskludi jew parzjalment teskludi ċerti obbligazzjonijiet mill-applikazzjoni tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

ma jkunx possibbli li ssir valwazzjoni negattiva jew konverżjoni ta' dik l-obbligazzjoni fi żmien raġonevoli, minkejja sforzi bona fide tal-awtorità ta' riżoluzzjoni;

(b)

l-esklużjoni tkun strettament neċessarja u proporzjonata sabiex tinkiseb il-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi u tal-linji ta' negozju ewlenin b'mod li tinżamm l-abbiltà tal-impriża taħt riżoluzzjoni li tkompli bl-operazzjonijiet, bis-servizzi u bit-tranżazzjonijiet ewlenin;

(c)

l-esklużjoni tkun strettament neċessarja u proporzjonata sabiex jiġi evitat li jinħoloq kontaġju mifrux, b'mod li jista' jikkawża disturb serju għall-ekonomija ta' Stat Membru jew tal-Unjoni;

(d)

l-applikazzjoni tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni għal dawk l-obbligazzjonijiet tkun tikkawża qerda fil-valur b'mod li t-telf imġarrab minn kredituri oħrajn ikun ogħla milli kieku dawk l-obbligazzjonijiet jiġu esklużi mill-applikazzjoni tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni; jew

(e)

l-esklużjoni hija strettament meħtieġa u proporzjonata biex jiġi żgurat li partijiet terzi jiġu kkumpensati għall-korrimenti personali u l-ħsara tagħhom koperti minn kuntratti tal-assigurazzjoni relatati ma' obbligazzjonijiet ta' partijiet terzi fejn tali kuntratti jkunu obbligatorji skont il-liġi applikabbli.

Artikolu 35 9

9.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom iqisu li, meta tiġi applikata l-għodda ta' valwazzjoni negattiva jew ta' konverżjoni, il-kuntratti tal-assigurazzjoni li t-termini tagħhom ġew ristrutturati skont il-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, jissodisfaw, wara li l-kuntratt jiġi ristrutturat, il-livelli ta' kopertura minima obbligatorja skont il-liġi applikabbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025L0001
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.