|
+ANNESS IV INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FIL-PROSPETT TA’ SEGWITU TAL-UE GĦAL ISHMA U GĦAL TITOLI TRASFERIBBLI OĦRAJN EKWIVALENTI GĦAL ISHMA FIL-KUMPANIJI |
ANNESS IV INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FIL-PROSPETT TA’ SEGWITU TAL-UE GĦAL ISHMA U GĦAL TITOLI TRASFERIBBLI OĦRAJN EKWIVALENTI GĦAL ISHMA FIL-KUMPANIJI
ANNESS IV INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FIL-PROSPETT TA’ SEGWITU TAL-UE GĦAL ISHMA U GĦAL TITOLI TRASFERIBBLI OĦRAJN EKWIVALENTI GĦAL ISHMA FIL-KUMPANIJI I. Sommarju Il-Prospett ta’ Segwitu tal-UE jrid jinkludi sommarju mfassal f’konformità mal-Artikolu 7(12a). II. Informazzjoni dwar l-emittent Tiġi identifikata l-kumpanija li toħroġ l-ishma, inkluż l-identifikatur ta’ entità ġuridika tagħha (LEI), l-isem legali u kummerċjali tagħha, il-pajjiż tal-inkorporazzjoni tagħha u s-sit web fejn l-investituri jistgħu jsibu informazzjoni dwar l-operazzjonijiet tan-negozju tal-kumpanija, il-prodotti li tagħmel jew is-servizzi li tipprovdi, is-swieq prinċipali fejn tikkompeti, l-azzjonisti prinċipali tagħha, il-kompożizzjoni tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji u l-maniġment superjuri tagħha u, meta applikabbli, l-informazzjoni inkorporata b’referenza (b’dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà li l-informazzjoni fuq is-sit web ma tifformax parti mill-prospett sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx inkorporata b’referenza fil-prospett ta’ Segwitu tal-UE). III. Dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà u dikjarazzjoni dwar l-awtorità kompetenti A. Dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà Jiġu identifikati l-persuni responsabbli għat-tfassil tal-Prospett ta’ Segwitu tal-UE u tiġi inkluża dikjarazzjoni minn dawk il-persuni li, sa fejn jafu huma, l-informazzjoni li tinsab fil-Prospett ta’ Segwitu tal-UE tkun f’konformità mal-fatti u li l-Prospett ta’ Segwitu tal-UE ma jagħmel l-ebda ommissjoni li x’aktarx taffettwa t-tifsira tiegħu. Meta applikabbli, id-dikjarazzjoni trid tinkludi informazzjoni li toriġina minn partijiet terzi, inkluż is-sors(i) ta’ dik l-informazzjoni, u dikjarazzjonijiet jew rapporti attribwiti lil persuna bħala espert u d-dettalji li ġejjin ta’ dik il-persuna:
(i)
l-isem;
(ii)
l-indirizz tan-negozju;
(iii)
il-kwalifiki; u
(iv)
l-interess materjali fl-emittent (jekk ikun hemm). B. Dikjarazzjoni dwar l-awtorità kompetenti Id-dikjarazzjoni għandha:
(i)
tindika l-awtorità kompetenti li approvat, f’konformità ma’ dan ir-Regolament, il-Prospett ta’ Segwitu tal-UE;
(ii)
tispeċifika li tali approvazzjoni ma tikkostitwix approvazzjoni tal-emittent jew tal-kwalità tal-ishma li magħhom huwa relatat il-Prospett ta’ Segwitu tal-UE;
(iii)
tispeċifika li l-awtorità kompetenti tkun approvat biss il-Prospett ta’ Segwitu tal-UE bħala li jissodisfa l-istandards ta’ kompletezza, komprensibbiltà u konsistenza imposti minn dan ir-Regolament; u
(iv)
tispeċifika li l-Prospett ta’ Segwitu tal-UE tfassal f’konformità mal-Artikolu 14a. IV. Fatturi ta’ riskju Deskrizzjoni tar-riskji materjali, f’għadd limitat ta’ kategoriji, li huma speċifiċi għall-emittent, u deskrizzjoni tar-riskji materjali, f’għadd limitat ta’ kategoriji, li huma speċifiċi għall-ishma li jiġu offruti lill-pubbliku u/jew ammessi għan-negozjar f’suq regolat, fit-taqsima intitolata “Fatturi ta’ Riskju”. Ir-riskji għandhom jiġu kkorroborati mill-kontenut tal-Prospett ta’ Segwitu tal-UE. V. Informazzjoni finanzjarja Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji (annwali u kull sitt xhur) ippubblikati matul perjodu ta’ 12-il xahar qabel l-approvazzjoni tal-Prospett ta’ Segwitu tal-UE. Meta jkunu ġew ippubblikati kemm id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali kif ukoll dawk ta’ kull sitt xhur, id-dikjarazzjonijiet annwali biss iridu jkunu meħtieġa jekk dawn ikunu saru wara r-rapporti finanzjarji ta’ kull sitt xhur. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jridu jiġu awditjati b’mod indipendenti. Ir-rapport tal-awditjar għandu jitħejja f’konformità mad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 21 ) u mar-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 22 ). Meta d-Direttiva 2006/43/KE u r-Regolament (UE) Nru 537/2014 ma japplikawx, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jridu jiġu awditjati jew irrapportati fir-rigward ta’ jekk, għall-finijiet tal-Prospett ta’ Segwitu tal-UE, jagħtux opinjoni vera u ġusta jew le f’konformità mal-istandards tal-awditjar applikabbli fi Stat Membru jew ma’ standard ekwivalenti. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-informazzjoni li ġejja trid tiġi inkluża fil-Prospett ta’ Segwitu tal-UE:
(i)
dikjarazzjoni prominenti li tiżvela liema standards tal-awditjar ġew applikati;
(ii)
spjegazzjoni ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ osservanza sinifikanti mill-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar. Meta rapporti tal-awditjar dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jkunu ġew irrifjutati mill-awdituri statutorji jew fejn ikun fihom kwalifiki, modifiki ta’ opinjoni, dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda jew osservazzjonijiet, trid tingħata r-raġuni, u dawn il-kwalifiki, il-modifiki, id-dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda jew l-osservazzjonijiet iridu jiġu riprodotti fl-intier tagħhom. Deskrizzjoni ta’ kull bidla sinifikanti fil-pożizzjoni finanzjarja tal-grupp li seħħet mit-tmiem tal-aħħar perjodu finanzjarju li għalih ikunu ġew ippubblikati dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati jew inkella informazzjoni finanzjarja interim trid tiġi inkluża wkoll, jew trid tiġi pprovduta dikjarazzjoni negattiva xierqa. Meta applikabbli, trid tiġi inkluża wkoll informazzjoni pro forma. VI. Il-politika tad-dividendi Deskrizzjoni tal-politika tal-emittent dwar id-distribuzzjonijiet tad-dividendi u kwalunkwe restrizzjoni attwali fuqhom, kif ukoll dwar ir-riakkwist ta’ ishma. VII. Informazzjoni dwar ix-xejriet Deskrizzjoni ta’:
(i)
xejriet reċenti l-aktar sinifikanti fil-produzzjoni, fil-bejgħ u fl-inventarju, u l-kostijiet u l-prezzijiet tal-bejgħ mit-tmiem tal-aħħar sena finanzjarja sad-data tal-Prospett ta’ Segwitu tal-UE;
(ii)
informazzjoni dwar kwalunkwe xejra, inċertezza, talba, impenn jew avveniment magħruf li raġonevolment x’aktarx li jkollu effett materjali fuq il-prospetti tal-emittent tal-anqas matul is-sena finanzjarja attwali;
(iii)
informazzjoni dwar l-istrateġija u l-objettivi tan-negozju finanzjarji u mhux finanzjarji tal-emittent fuq terminu qasir u twil. Jekk ma jkun hemm l-ebda bidla sinifikanti f’xi waħda mix-xejriet imsemmijin fil-punt (i) jew (ii) ta’ din it-taqsima, trid issir dikjarazzjoni f’dak is-sens. VIII. Previżjonijiet u stimi tal-profitt Meta emittent ikun ippubblika previżjoni tal-profitt jew stima tal-profitt li tibqa’ pendenti u valida, dik il-previżjoni jew l-istima għandha tiġi inkluża fil-Prospett ta’ Segwitu tal-UE. Jekk previżjoni tal-profitt jew stima tal-profitt tkun ġiet ippubblikata u tibqa’ pendenti, iżda ma għadhiex valida, għandha tiġi pprovduta dikjarazzjoni għal dak l-iskop flimkien ma’ spjegazzjoni dwar għaliex tali tbassir jew stima ma għadhiex valida. IX. Dettalji tal-offerta jew tal-ammissjoni għan-negozjar Jiġu stipulati l-prezz tal-offerta, l-għadd ta’ ishma offruti, l-ammont tal-ħruġ jew tal-offerta, il-kundizzjonijiet li għalihom hija soġġetta l-offerta, u l-proċedura għall-eżerċizzju ta’ kwalunkwe jedd ta’ prelazzjoni. Jekk l-ammont ma jkunx stabbilit, indikazzjoni tal-ammont massimu tal-ishma li għandhom jiġu offruti (jekk disponibbli) u deskrizzjoni tal-arranġamenti u l-perjodu ta’ żmien biex jinfurmaw lill-pubbliku l-ammont definittiv tal-offerta. Tiġi pprovduta informazzjoni dwar fejn l-investituri jistgħu jissottoskrivu għall-ishma jew jeżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ prelazzjoni, it-tul tal-perjodu tal-offerta, inkluż kwalunkwe emenda possibbli għalihom, u deskrizzjoni tal-proċess tal-applikazzjoni flimkien mad-data tal-ħruġ ta’ ishma ġodda. Sa fejn ikun jaf l-emittent, tiġi pprovduta informazzjoni dwar jekk l-azzjonisti ewlenin jew il-membri tal-korpi tal-maniġment, superviżorji jew amministrattivi tal-emittent għandhomx l-intenzjoni li jissottoskrivu għall-offerta, jew jekk xi persuna jkollhiex l-intenzjoni li tissottoskrivi għal aktar minn 5 % tal-offerta. Jiġi ppreżentat kwalunkwe impenn sod għas-sottoskrizzjoni għal aktar minn 5 % tal-offerta u l-karatteristiċi materjali kollha tal-ftehimiet ta’ sottoskrizzjoni u ta’ pjazzament, inkluż l-isem u l-indirizz tal-entitajiet li jaqblu li jissottoskrivu jew iqiegħdu l-ħruġ fuq il-bażi ta’ impenn sod jew skont arranġamenti tal-“aħjar sforzi” u l-kwoti. Meta applikabbli, jiġu indikati s-swieq regolati, is-swieq ta’ tkabbir tal-SMEs jew l-MTFs, fejn it-titoli għandhom jiġu ammessi għan-negozjar, u jekk ikunu magħrufa, l-aktar dati bikrin li fihom it-titoli ser jiġu ammessi għan-negozjar. X. Informazzjoni essenzjali dwar l-ishma Tiġi pprovduta l-informazzjoni essenzjali li ġejja dwar l-ishma offruti lill-pubbliku jew ammessi għan-negozjar f’suq regolat:
(i)
deskrizzjoni tat-tip, il-klassi u l-ammont tal-ishma li qed jiġu offruti lill-pubbliku jew ammessi għan-negozjar fis-suq regolat;
(ii)
in-numru internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN);
(iii)
id-drittijiet marbutin mal-ishma, il-proċedura għall-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet u kwalunkwe limitu ta’ dawk id-drittijiet;
(iv)
il-prezz li bih l-ishma ser jiġu offruti jew, jekk il-prezz ma jkunx magħruf, indikazzjoni tal-prezz massimu jew ta’ deskrizzjoni tal-metodu li bih ser jiġi ddeterminat il-prezz, skont l-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament u l-proċess għall-iżvelar tiegħu;
(v)
twissija li l-leġiżlazzjoni tat-taxxa tal-Istat Membru tal-investitur u tal-pajjiż tal-inkorporazzjoni tal-emittent jista’ jkollha impatt fuq l-introjtu riċevut mill-ishma; u
(vi)
meta applikabbli, informazzjoni dwar it-titoli sottostanti u, meta applikabbli, l-emittent tat-titoli sottostanti. Fil-każ ta’ ħarġiet ġodda, tiġi pprovduta dikjarazzjoni tar-riżoluzzjonijiet, tal-awtorizzazzjonijiet u tal-approvazzjonijiet li bis-saħħa tagħhom kienu jew ser jiġu maħluqa jew maħruġa t-titoli. XI. Raġunijiet għall-offerta u l-użu tar-rikavati Tiġi pprovduta informazzjoni dwar ir-raġunijiet għall-offerta u, meta applikabbli, l-ammont nett stmat tar-rikavati diżaggregat f’kull użu intenzjonat prinċipali u ppreżentat skont l-ordni tal-prijorità ta’ dawn l-użi. Meta l-emittent ikun konxju li r-rikavati antiċipati ma humiex ser ikunu biżżejjed sabiex jiffinanzjaw l-użi proposti kollha, jeħtieġlu jiddikjara l-ammont u s-sorsi tal-fondi l-oħrajn meħtieġa. Iridu jingħataw ukoll dettalji fir-rigward tal-użu tar-rikavati, b’mod partikolari meta r-rikavati jintużaw għall-akkwist tal-assi, għajr fil-perkors normali tan-negozju, sabiex jiġu ffinanzjati akkwisti mħabbrin ta’ negozju ieħor, jew sabiex jiġi rrilaxxat, jitnaqqas jew jiġi rtirat id-dejn. XII. Ftehimiet ta’ immobbiltà F’relazzjoni ma’ ftehimiet ta’ immobbiltà, jiġu pprovduti dettalji ta’ dawn li ġejjin:
(i)
il-partijiet involuti;
(ii)
il-kontenut u l-eċċezzjonijiet tal-ftehim; u
(iii)
indikazzjoni tal-perjodu ta’ immobbiltà. XIII. Dikjarazzjoni tal-kapital operatorju Dikjarazzjoni mill-emittent, li fl-opinjoni tiegħu, il-kapital operatorju huwa suffiċjenti għar-rekwiżiti preżenti tal-emittent jew, jekk le, kif l-emittent jipproponi li jipprovdi l-kapital operatorju addizzjonali meħtieġ. XIV. Kunflitti ta’ interess Tiġi pprovduta informazzjoni dwar kwalunkwe interess relatat mal-ħruġ, inkluż kunflitti ta’ interess, u b’dettalji tal-persuni involuti u n-natura tal-interess. XV. Dilwizzjoni u parteċipazzjoni azzjonarja wara l-ħruġ Jiġi ppreżentat paragun bejn il-parteċipazzjoni fil-kapital azzjonarju u tad-drittijiet tal-vot għall-azzjonisti eżistenti qabel u wara ż-żieda fil-kapital li tirriżulta mill-offerta lill-pubbliku, bis-suppożizzjoni li l-azzjonisti eżistenti ma jissottoskrivux għall-ishma l-ġodda u, separatament, bis-suppożizzjoni li l-azzjonisti eżistenti jeżerċitaw l-intitolament tagħhom. XVI. Dokumenti disponibbli Dikjarazzjoni li matul it-terminu tal-Prospett ta’ Segwitu tal-UE, jistgħu jiġu spezzjonati d-dokumenti li ġejjin, meta jkun applikabbli:
(i)
il-memorandum u l-istatut ta’ assoċjazzjoni aġġornati tal-emittent;
(ii)
ir-rapporti, l-ittri, u d-dokumenti l-oħrajn kollha, il-valwazzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet imħejjija minn espert fuq talba tal-emittent, li kwalunkwe parti minnhom tkun inkluża jew imsemmija fil-Prospett ta’ Segwitu tal-UE. Indikazzjoni fuq is-sit web dwar liema dokumenti jistgħu jiġu spezzjonati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|