|
+ANNESS VIII INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FIL-PROSPETT TAL-ĦRUĠ TAL-UE DWAR IT-TKABBIR GĦAL TITOLI GĦAJR ISHMA JEW TITOLI TRASFERIBBLI EKWIVALENTI GĦAL ISHMA FIL-KUMPANIJI |
ANNESS VIII INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FIL-PROSPETT TAL-ĦRUĠ TAL-UE DWAR IT-TKABBIR GĦAL TITOLI GĦAJR ISHMA JEW TITOLI TRASFERIBBLI EKWIVALENTI GĦAL ISHMA FIL-KUMPANIJI
ANNESS VIII INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FIL-PROSPETT TAL-ĦRUĠ TAL-UE DWAR IT-TKABBIR GĦAL TITOLI GĦAJR ISHMA JEW TITOLI TRASFERIBBLI EKWIVALENTI GĦAL ISHMA FIL-KUMPANIJI I. Sommarju Il-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir għandu jinkludi sommarju mfassal f’konformità mal-Artikolu 7(12a). II. Informazzjoni dwar l-emittent Tiġi identifikata l-kumpanija li toħroġ it-titoli, inkluż il-post tar-reġistrazzjoni tal-emittent, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-identifikatur tal-entità ġuridika (“LEI”) tiegħu, l-isem legali u kummerċjali tiegħu, il-leġiżlazzjoni li jopera taħtha l-emittent, il-pajjiż tal-inkorporazzjoni tiegħu, l-indirizz, in-numru tat-telefown tal-uffiċċju reġistrat tiegħu (jew il-post prinċipali ta’ negozju jekk ikun differenti mill-uffiċċju reġistrat tiegħu) u s-sit web, jekk ikun hemm, b’dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà li l-informazzjoni fuq is-sit web ma tifformax parti mill-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir dment li dik l-informazzjoni ma tkunx inkorporata b’referenza fil-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir. Kwalunkwe avveniment reċenti partikolari għall-emittent u li huwa ta’ portata materjali rilevanti għal evalwazzjoni tas-solvibbiltà tal-emittent. Meta applikabbli, il-klassifikazzjonijiet tal-kreditu assenjati lill-emittent fuq it-talba jew bil-kooperazzjoni tal-emittent fil-proċess tal-klassifikazzjoni. III. Dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà u dikjarazzjoni dwar l-awtorità kompetenti A Dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà Jiġu identifikati l-persuni responsabbli għat-tfassil tal-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir u tiġi inkluża dikjarazzjoni minn dawk il-persuni li, sa fejn jafu huma, l-informazzjoni li tinsab fil-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir hija f’konformità mal-fatti u li l-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir ma jagħmel l-ebda ommissjoni li x’aktarx taffettwa t-tifsira tiegħu. Meta applikabbli, id-dikjarazzjoni trid tinkludi informazzjoni li toriġina minn partijiet terzi, inkluż is-sors(i) ta’ dik l-informazzjoni, u dikjarazzjonijiet jew rapporti attribwiti lil persuna bħala espert u d-dettalji li ġejjin ta’ dik il-persuna:
(i)
l-isem;
(ii)
l-indirizz tan-negozju;
(iii)
il-kwalifiki; u
(iv)
l-interess materjali fl-emittent (jekk ikun hemm). B. Dikjarazzjoni dwar l-awtorità kompetenti Id-dikjarazzjoni trid tindika l-awtorità kompetenti li tkun approvat, f’konformità ma’ dan ir-Regolament, il-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir, tispeċifika li tali approvazzjoni ma hijiex approvazzjoni tal-emittent u lanqas tal-kwalità tat-titoli relatati mal-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir, li l-awtorità kompetenti approvat biss il-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir bħala li jissodisfa l-istandards ta’ kompletezza, ta’ komprensibbiltà u ta’ konsistenza imposti minn dan ir-Regolament, u tispeċifika li l-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir tfassal f’konformità mal-Artikolu 15a. IV. Fatturi ta’ riskju Deskrizzjoni tar-riskji materjali, f’għadd limitat ta’ kategoriji, li huma speċifiċi għall-emittent u deskrizzjoni tar-riskji materjali, f’għadd limitat ta’ kategoriji, li huma speċifiċi għat-titoli li jiġu offruti lill-pubbliku, fit-taqsima intitolata “Fatturi ta’ Riskju”. Ir-riskji għandhom jiġu kkorroborati mill-kontenut tal-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir. V. Strateġija ta’ tkabbir u ħarsa ġenerali lejn in-negozju Deskrizzjoni qasira tal-istrateġija tan-negozju tal-emittent, inkluż il-potenzjal tat-tkabbir. Deskrizzjoni tal-attivitajiet prinċipali tal-emittent, li jinkludu:
(i)
il-kategoriji prinċipali ta’ prodotti mibjugħin u/jew ta’ servizzi mwettqin;
(ii)
indikazzjoni ta’ kwalunkwe prodott, servizz jew attività ġdida sinifikanti;
(iii)
is-swieq prinċipali li fihom jikkompeti l-emittent. VI. Struttura organizzazzjonali Jekk l-emittent huwa parti minn grupp u meta ma jkunx kopert xi mkien ieħor fil-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir u sal-punt neċessarju għal fehim tan-negozju tal-emittent fis-sħuħija tiegħu, dijagramma tal-istruttura organizzazzjonali. VII. Governanza korporattiva Tiġi pprovduta deskrizzjoni qasira tal-prattiki u tal-governanza tal-bord. Jiġu pprovduti l-ismijiet, l-indirizzi tan-negozju u l-funzjonijiet fl-emittent tal-persuni li ġejjin u indikazzjoni tal-attivitajiet prinċipali mwettqin minnhom, lil hinn minn dak l-emittent meta dawk l-attivitajiet ikunu sinifikanti fir-rigward ta’ dak l-emittent:
(i)
il-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u/jew superviżorji;
(ii)
is-sħab b’responsabbiltà illimitata, fil-każ ta’ sħubija limitata b’kapital azzjonarju. VIII. Informazzjoni finanzjarja Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji (annwali u kull sitt xhur) ippubblikati matul il-perjodu ta’ 12-il xahar qabel l-approvazzjoni tal-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir. Meta jkunu ġew ippubblikati kemm id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali kif ukoll dawk ta’ kull sitt xhur, id-dikjarazzjonijiet annwali biss iridu jkunu meħtieġa jekk dawn ikunu saru wara d-dikjarazzjonijiet finanzjarji ta’ kull sitt xhur. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jridu jiġu awditjati b’mod indipendenti. Ir-rapport tal-awditjar irid jitħejja f’konformità mad-Direttiva 2006/43/KE u mar-Regolament (UE) Nru 537/2014. Meta d-Direttiva 2006/43/KE u r-Regolament (UE) Nru 537/2014 ma japplikawx, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jridu jiġu awditjati jew irrapportati fir-rigward ta’ jekk, għall-finijiet tal- Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir, jagħtux opinjoni vera u ġusta jew le f’konformità mal-istandards tal-awditjar applikabbli fi Stat Membru jew ma’ standard ekwivalenti. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-informazzjoni li ġejja trid tiġi inkluża fil-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir:
(i)
dikjarazzjoni prominenti li tiżvela liema standards tal-awditjar ġew applikati;
(ii)
spjegazzjoni ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ osservanza sinifikanti mill-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar. Meta rapporti tal-awditjar dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jkunu ġew irrifjutati mill-awdituri statutorji jew fejn ikun fihom kwalifiki, modifiki ta’ opinjoni, dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda jew osservazzjonijiet, trid tingħata r-raġuni, u dawn il-kwalifiki, il-modifiki, id-dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda jew l-osservazzjonijiet iridu jiġu riprodotti fl-intier tagħhom. Deskrizzjoni ta’ kull bidla sinifikanti fil-pożizzjoni finanzjarja tal-grupp li seħħet mit-tmiem tal-aħħar perjodu finanzjarju li għalih ikunu ġew ippubblikati dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati jew inkella informazzjoni finanzjarja interim trid tiġi inkluża wkoll, jew trid tiġi pprovduta dikjarazzjoni negattiva xierqa. IX. Dettalji tal-offerta jew tal-ammissjoni għan-negozjar Jiġu stipulati l-prezz tal-offerta, l-għadd ta’ titoli offruti, l-ammont tal-ħruġ jew tal-offerta u l-kundizzjonijiet li għalihom hija soġġetta l-offerta. Jekk l-ammont ma jkunx fiss, indikazzjoni tal-ammont massimu tat-titoli li ser jiġu offruti (jekk disponibbli) u deskrizzjoni tal-arranġamenti u tal-perjodu taż-żmien sabiex jitħabbar l-ammont definittiv tal-offerta lill-pubbliku. Tiġi pprovduta informazzjoni dwar fejn l-investituri jistgħu jissottoskrivu għat-titoli, it-tul tal-perjodu tal-offerta, inkluż kwalunkwe emenda possibbli għalihom, u deskrizzjoni tal-proċess tal-applikazzjoni flimkien mad-data tal-ħruġ ta’ titoli ġodda. L-isem u l-indirizz tal-entitajiet li jaqblu li jissottoskrivu l-ħruġ fuq bażi ta’ impenn sod, u l-isem u l-indirizz tal-entitajiet li jaqblu li jpoġġu l-ħruġ mingħajr impenn sod jew skont arranġamenti tal-“aħjar sforzi”. Indikazzjoni tal-karatteristiċi materjali tal-ftehimiet, inkluż il-kwoti. Meta mhux il-ħruġ kollu jkun ġie sottoskritt, dikjarazzjoni tal-porzjon li ma jkunx ġie kopert. Indikazzjoni tal-ammont globali tal-kummissjoni tas-sottoskrizzjoni u tal-kummissjoni tat-tqegħid. Meta applikabbli, jiġi indikat is-suq tat-tkabbir tal-SMEs jew l-MTF fejn it-titoli għandhom jiġu ammessi għan-negozjar u, jekk ikunu magħrufin, l-aktar dati bikrin li fihom it-titoli ser jiġu ammessi għan-negozjar. Meta applikabbli, id-dettalji tal-entitajiet li għandhom impenn sod li jaġixxu bħala intermedjarji f’negozjar sekondarju, billi jipprovdu likwidità permezz ta’ rati ta’ offerta, u deskrizzjoni tat-termini ewlenin tal-impenn tagħhom. X. Informazzjoni essenzjali dwar it-titoli L-iskop ta’ din it-taqsima huwa li jiġi pprovdut li l-informazzjoni essenzjali dwar it-titoli għandha tinkludi dan li ġej:
(i)
in-numru internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN);
(ii)
id-drittijiet marbuta mat-titoli, il-proċedura għall-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet u kwalunkwe limitu ta’ dawk id-drittijiet;
(iii)
il-prezz li bih ser jiġu offruti t-titoli jew, jekk il-prezz mhux magħruf, indikazzjon tal-prezz massimu jew deskrizzjoni tal-metodu li bih ser jiġi ddeterminat il-prezz, skont l-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament, u l-proċess għall-iżvelar tiegħu;
(iv)
informazzjoni dwar l-imgħax pagabbli jew deskrizzjoni tas-sottostanti, inkluż il-metodu użat sabiex issir relazzjoni bejn is-sottostanti u r-rata, u indikazzjoni ta’ fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-passat u dik futura tas-sottostanti u l-volatilità tiegħu;
(v)
deskrizzjoni tat-tip, tal-klassi u l-ammont ta’ titoli li qed jiġu offruti lill-pubbliku;
(vi)
twissija li l-leġiżlazzjoni tat-taxxa tal-Istat Membru tal-investitur u tal-pajjiż tal-inkorporazzjoni tal-emittent jista’ jkollha impatt fuq l-introjtu riċevut mit-titoli; u
(vii)
meta applikabbli, informazzjoni dwar it-titoli sottostanti u, meta applikabbli, l-emittent tat-titoli sottostanti. XI. Ir-raġunijiet għall-offerta, l-użu tar-rikavati u, meta applikabbli, l-informazzjoni relatata mal-ESG Tiġi pprovduta informazzjoni dwar ir-raġunijiet għall-offerta u, meta applikabbli, l-ammont nett stmat tar-rikavati diżaggregat f’kull użu intenzjonat prinċipali u ppreżentat skont l-ordni tal-prijorità ta’ dawn l-użi. Meta l-emittent ikun konxju li r-rikavati antiċipati ma humiex ser ikunu biżżejjed sabiex jiffinanzjaw l-użi proposti kollha, jeħtieġlu jiddikjara l-ammont u s-sorsi tal-fondi l-oħrajn meħtieġa. Iridu jingħataw ukoll dettalji fir-rigward tal-użu tar-rikavati, b’mod partikolari meta r-rikavati jintużaw għall-akkwist tal-assi, għajr fil-perkors normali tan-negozju, sabiex jiġu ffinanzjati akkwisti mħabbrin ta’ negozju ieħor, jew sabiex jiġi rrilaxxat, jitnaqqas jew jiġi rtirat id-dejn. Meta applikabbli, informazzjoni relatata mal-ESG f’konformità mal-iskeda kif speċifikata aktar fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (g). XII. Kunflitti ta’ interess Tiġi pprovduta informazzjoni dwar kwalunkwe interess relatat mal-ħruġ, inkluż kunflitti ta’ interess, u b’dettalji tal-persuni involuti u n-natura tal-interess. XIII. Dokumenti disponibbli Dikjarazzjoni li tindika li, matul it-terminu tal-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir, jistgħu jiġu spezzjonati d-dokumenti li ġejjin, meta jkun applikabbli:
(i)
il-memorandum u l-istatut ta’ assoċjazzjoni aġġornati tal-emittent;
(ii)
ir-rapporti, l-ittri, u d-dokumenti l-oħrajn kollha, il-valwazzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet imħejjija minn espert fuq talba tal-emittent, li kwalunkwe parti minnhom tkun inkluża jew imsemmija fil-Prospett tal-Ħruġ tal-UE dwar it-Tkabbir. Indikazzjoni fuq is-sit web dwar liema dokumenti jistgħu jiġu spezzjonati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|