+ANNESS I
|
ANNESS I
ANNESS I
SKEDA A
|
1. Informazzjoni li tikkonċerna l-fond komuni.
|
1. Informazzjoni li tikkonċerna l-kumpanija tal-maniġment, inkluża indikazzjoni dwar jekk il-kumpanija tal-maniġment hijiex stabbilita fi Stat Membru ieħor li mhux l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS.
|
1. Informazzjoni li tikkonċerna l-kumpanija ta’ investiment.
|
|
1.1. Isem
|
1.1. L-isem u l-istil, il-forma fil-liġi, l-uffiċċju rreġistrat u l-uffiċċju ewlieni jekk differenti mill-uffiċċju rreġistrat.
|
1.1. L-isem u l-istil, il-forma fil-liġi, l-uffiċċju rreġistrat u l-uffiċċju ewlieni jekk differenti mill-uffiċċju rreġistrat.
|
|
1.2. Data ta’ stabbiliment tal-fond komuni. Indikazzjoni tat-tul, jekk limitat.
|
1.2. Data ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija. Indikazzjoni tat-tul, jekk limitat.
|
1.2. Data ta’ inkorporazzjoni tal-kumpanija. Indikazzjoni tat-tul, jekk limitat.
|
|
|
1.3. Jekk il-kumpanija timmaniġġja fondi komuni oħrajn, indikazzjoni ta’ dawk il-fondi.
|
1.3. Fil-każ ta’ kumpaniji ta’ investiment li jkollhom kompartimenti differenti ta’ investiment, l-indikazzjoni tal-kompartimenti.
|
|
1.4. Dikjarazzjoni tal-post fejn jistgħu jinkisbu r-regoli tal-fond, jekk ma jkunux annessi, u r-rapporti perijodiċi.
|
|
1.4. Dikjarazzjoni tal-post fejn jistgħu jinkisbu l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni, jekk mhumiex annessi, u r-rapporti perijodiċi.
|
|
1.5. Indikazzjonijiet qosra rilevanti għal titolari ta’ unitajiet tas-sistema tat-taxxa applikabbli għall- fond komuni. Dettalji ta’ jekk it-tnaqqis ikunx sar mill-fonti mill-introjtu u l-qligħ kapitali mħallas mill-fond komuni lil titolari ta’ unitajiet.
|
|
1.5. Indikazzjonijiet qosra relevanti għal titolari ta’ unitajiet tas-sistema tat-taxxa applikabbli għall-kumpanija. Dettalji ta’ jekk it-tnaqqis ikunx sar mill-fonti mill-introjtu u l-qligħ kapitali mħallsa mill-kumpanija lil titolari ta’ unitajiet.
|
|
1.6. Dati ta’ kontabbiltà u distribuzzjoni.
|
|
1.6. Dati ta’ kontabbiltà u distribuzzjoni.
|
|
1.7. Ismijiet tal-persuni responsabbli biex jivverifikaw l-informazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 73.
|
|
1.7. Ismijiet tal-persuni responsabbli biex jivverifikaw l-informazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 73.
|
|
|
1.8. Ismijiet u pożizzjonijiet fil-kumpanija tal-membri tal-korpi amministrattivi, tal-maniġment u ta’ superviżjoni. Dettalji tal-attivitajiet ewlenija tagħhom barra l-kumpanija meta dawn ikunu sinifikattivi fir-rigward ta’ dik il-kumpanija.
|
1.8. Ismijiet u pożizzjonijiet fil-kumpanija tal-membri tal-korpi amministrattivi, tal-maniġment u ta’ superviżjoni. Dettalji tal-attivitajiet ewlenija tagħhom barra l-kumpanija meta dawn ikunu sinifikattivi fir-rigward ta’ dik il-kumpanija.
|
|
|
1.9. L-ammont tal-kapital sottoskritt b’indikazzjoni tal-kapital imħallas.
|
1.9. Il-kapital.
|
|
1.10. Dettalji tat-tipi u l-karatteristiċi ewlenija tal-unitajiet, u b’mod partikolari:
— in-natura tad-dritt (reali, personali jew ieħor) irrappreżentat mill-unità,
— titoli jew ċertifikati oriġinali li jipprovdu prova ta’ titolu; dħul f’reġistru jew f’kont,
— karatteristiċi tal-unitajiet: irreġistrati jew bearer. Indikazzjoni ta’ xi denominazzjonijiet li jista’ jkun hemm dispożizzjoni għalihom,
— indikazzjoni tad-drittijiet tal-vot jekk dawn jeżistu ta’ titolari tal-unitajiet,
— ċirkostanzi li fihom l-għeluq ta’ fond komuni jista’ jiġi deċiż u dwar il-proċedura tal-għeluq, b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet ta’ titolari ta’ unitajiet.
|
|
1.10. Dettalji tat-tipi u l-karatteristiċi ewlenija tal-unitajiet, u b’mod partikolari:
— titoli jew ċertifikati oriġinali li jipprovdu prova ta’ titolu; dħul f’reġistru jew f’kont,
— karatteristiċi tal-unitajiet: irreġistrati jew bearer. Indikazzjoni ta’ xi denominazzjonijiet li jista’ jkun hemm dispożizzjoni għalihom,
— indikazzjoni tad-drittijiet tal-vot tat-titolari tal-unitajiet,
— ċirkostanzi li fihom l-għeluq tal-kumpanija ta’ investiment jista’ jiġi deċiż u dwar il-proċedura tal-għeluq, b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet ta’ titolari tal-unitajiet.
|
|
1.11. Fejn applikabbli, indikazzjoni ta’ Boroż jew swieq fejn l-unitajiet ikunu elenkati jew ittrattati.
|
|
1.11. Fejn applikabbli, indikazzjoni ta’ Boroż jew swieq fejn l-unitajiet ikunu elenkati jew ittrattati.
|
|
1.12. Proċeduri u kundizzjonijiet tal-ħruġ u tal-bejgħ ta’ unitajiet.
|
|
1.12. Proċeduri u kundizzjonijiet tal-ħruġ u tal-bejgħ ta’ unitajiet.
|
|
▼M12
|
|
1.13. Proċeduri u kundizzjonijiet għax-xiri mill-ġdid u t-tifdija ta’ unitajiet, u ċ-ċirkostanzi li fihom is-sottoskrizzjoni, ix-xiri mill-ġdid u t-tifdija jistgħu jiġu sospiżi jew jistgħu jiġu attivati għodod oħra għall-ġestjoni tal-likwidità.
|
|
1.13. Proċeduri u kundizzjonijiet għax-xiri mill-ġdid u t-tifdija ta’ unitajiet, u ċ-ċirkostanzi li fihomis-sottoskrizzjoni, ix-xiri mill-ġdid u t-tifdija jistgħu jiġu sospiżi jew jistgħu jiġu attivati għodod oħra għall-ġestjoni tal-likwidità. Fil-każ ta’ kumpaniji ta’ investiment li jkollhom kompartimenti differenti ta’ investiment, informazzjoni dwar kif it-titolari tal-unitajiet jista’ jgħaddi minn kompartiment għal ieħor u l-imposti applikabbli f’dawn il-każijiet.
|
|
▼B
|
|
1.14. Deskrizzjoni tar-regoli għad-determinazzjoni u l-applikazzjoni tal-introjtu.
|
|
1.14. Deskrizzjoni tar-regoli għad-determinazzjoni u l-applikazzjoni tal-introjtu.
|
|
1.15. Deskrizzjoni tal-objettivi tal-investiment tal-fond komuni, inklużi l-objettivi finanzjarji (eż. kobor tal-kapital jew introjtu), politika ta’ investiment (eż. speċjalizzazzjoni f’setturi ġeografiċi jew industrijali), xi limitazzjonijiet fuq dik il-politika ta’ investiment u indikazzjoni ta’ xi metodi tekniċi u strumenti jew poteri ta’ self li jistgħu jintużaw fil-maniġment tal- fond komuni.
|
|
1.15. Deskrizzjoni tal-objettivi tal-investiment tal-kumpanija, inklużi l-objettivi finanzjarji (eż. kobor tal-kapital jew introjtu), politika ta’ investiment (eż. speċjalizzazzjoni f’setturi ġeografiċi jew industrijali), xi limitazzjonijiet fuq dik il-politika ta’ investiment u indikazzjoni ta’ xi metodi tekniċi u strumenti jew poteri ta’ self li jistgħu jintużaw fil-maniġment tal-kumpanija.
|
|
1.16. Regoli għall-valutazzjoni ta’ assi.
|
|
1.16. Regoli għall-valutazzjoni ta’ assi.
|
|
1.17. Determinazzjoni tal-prezz tal-bejgħ jew tal-ħruġ u l-prezz tax-xiri mill-ġdid jew tat-tifdija ta’ unitajiet, b’mod partikolari:
— il-metodu u l-frekwenza tal-kalkolu ta’ dawk il-prezzijiet,
— informazzjoni li tikkonċerna l-piżijiet li jirrigwardaw il-bejgħ jew il-ħruġ u x-xiri mill-ġdid jew it-tifdija ta’ unitajiet,
— il-mezzi, il-postijiet u l-frekwenza tal-pubblikazzjoni ta’ dawk il-prezzijiet.
|
|
1.17. Determinazzjoni tal-prezz tal-bejgħ jew tal-ħruġ u l-prezz tax-xiri mill-ġdid jew tat-tifdija ta’ unitajiet, b’mod partikolari:
— il-metodu u l-frekwenza tal-kalkolu ta’ dawk il-prezzijiet,
— informazzjoni li tikkonċerna l-piżijiet li jirrigwardaw il-bejgħ jew il-ħruġ u x-xiri mill-ġdid jew it-tifdija ta’ unitajiet,
— il-mezzi, il-postijiet u l-frekwenza tal-pubblikazzjoni ta’ dawk il-prezzijiet (1).
|
|
1.18. Informazzjoni li tikkonċerna l-mod, l-ammont u l-kalkolu ta’ remunerazzjoni pagabbli mill- fond komuni lill-kumpanija tal-maniġment, id-depożitarju jew il-partijiet terzi, u r-rimbors tal-ispejjeż mill- fond komuni lill-kumpanija tal-maniġment, lid-depożitarju jew lill-partijiet terzi.
|
|
1.18. Informazzjoni li tikkonċerna l-mod, l-ammont u l-kalkolu ta’ remunerazzjoni pagabbli mill-kumpanija lid-diretturi tagħha, u lill-membri tal-korpi amministrattivi, tal-maniġment u ta’ superviżjoni, lid-depożitarju jew lill-partijiet terzi, u r-rimbors tal-ispejjeż mill-kumpanija lid-diretturi tagħha, lid-depożitarju jew lill-partijiet terzi.
|
(1)
Kumpanniji ta’ investiment fis-sens tal-Artikolu 32(5) ta’ din id-Direttiva għandhom ukoll jindikaw:
— il-metodu u l-frekwenza tal-kalkolu tal-valur nett tal-assi tal-unitajiet,
— il-mezzi, il-post u l-frekwenza tal-pubblikazzjoni ta’ dak il-valur,
— il-Borża fil-pajjiż tal-kummerċjalizzazzjoni li l-prezz li fuqu jiddetermina l-prezz tal-operazzjonijiet effetwati barra l-Boroż f’dak il-pajjiż.
|
▼M4
|
2.
|
Informazzjoni dwar id-depożitarju:
|
2.1.
|
L-identità tad-depożitarju tal-UCITS u deskrizzjoni ta’ dmirijietu u tal-konflitti ta’ interess li jistgħu jirriżultaw;
|
|
2.2.
|
Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe funzjoni ta’ salvagwardja delegata mid-depożitarju, il-lista tad-delegati u s-subdelegati u kwalunkwe konflitt ta’ interess li jista’ jirriżulta minn din id-delega;
|
|
2.3
|
Dikjarazzjoni li tgħid li informazzjoni aġġornata dwar il-punti 2.1 u 2.2 ssir disponibbli għall-investituri, kull meta tintalab.
|
|
▼B
|
3.
|
Informazzjoni li tikkonċerna d-ditti konsultattivi jew konsulenti esterni ta’ investimenti li jagħtu parir skont il-kuntratt li jkun imħallas mill-assi tal-UCITS:
|
3.1.
|
L-isem u l-istil tad-ditta jew isem il-konsulent;
|
|
3.2.
|
Dispożizzjonijiet materjali tal-kuntratt mal-kumpanija tal-maniġment jew mal-kumpanija ta’ investiment li jistgħu jkunu relevanti għat-titolari tal-unitajiet, esklużi dawk li jirrelataw mar-remunerazzjoni;
|
|
3.3.
|
Attivitajiet oħrajn sinifikanti.
|
|
|
4.
|
Informazzjoni li tikkonċerna l-arranġamenti biex isiru pagamenti lil titolari tal-unitajiet, xiri mill-ġdid, jew it-tifdija ta’ unitajiet u biex issir disponibbli l-informazzjoni li tikkonċerna l-UCITS. Din l-informazzjoni għandha, fi kwalunkwe każ, tingħata fl-Istat Membru li fih l-UCITS tkun stabbilita. Barra minn dan, fejn l-unitajiet ikunu mqiegħda fis-suq fi Stat Membru ieħor, din l-informazzjoni għandha tingħata fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru, fil-prospett ippubblikat hemm.
|
|
5.
|
Informazzjoni oħra dwar l-investiment:
|
5.1.
|
il-prestazzjoni storika tal-UCITS (fejn applikabbli) - din l-informazzjoni tista’ jew tiġi inkluża fil-prospett jew tiġi annessa miegħu;
|
|
5.2.
|
Il-profil tal-investitur tipiku li għalih il-UCITS hija maħsuba.
|
|
|
6.
|
Informazzjoni ekonomika:
|
6.1.
|
Spejjeż jew piżijiet possibbli, barra mill-piżijiet imsemmija fil- punt 1.17, li jiddistingwu bejn dawk li għandhom jitħallsu mit-titolari tal-unità u dawk li għandhom jitħallsu mill-assi tal- UCITS.
|
|
SKEDA B
Informazzjoni li għandha tkun inkluża fir-rapporti perijodiċi
I. Dikjarazzjoni ta’ assi u responsabbiltajiet
|
II.
|
In-numru ta’ unitajiet fiċ-ċirkolazzjoni
|
|
III.
|
Il-valur nett tal-assi għal kull unità
|
|
IV.
|
Il-portafoll, b’distinzjoni bejn:
(a)
titoli trasferibbli ammessi fl-elenkar uffiċjali tal-Borża;
(b)
titoli trasferibbli trattati f’suq irregolat ieħor;
(c)
titoli trasferibbli maħruġa riċentement tat-tip imsemmi fl-Artikolu 50(1)(d);
(d)
titoli trasferibbli oħrajn tat-tip imsemmi fl-Artikolu 50(2)(a);
u analizzati skont l-aktar kriterji approprjati fid-dawl tal-politika ta’ investiment tal-UCITS (eż. skont il-kriterji ekonomiċi, ġeografiċi jew tal-munita) bħala perċentwal tal-assi netti; għal kull wieħed mill-investimenti ta’ hawn fuq, il-proporzjon li jirrappreżenta tat-total tal-assi tal-UCITS.
Dikjarazzjoni ta’ bidliet fil-kompożizzjoni tal-portafoll matul il-perijodu ta’ referenza.
|
|
V.
|
Dikjarazzjoni tal-iżviluppi li jikkonċernaw l-assi ta l-UCITS matul il-perijodu ta’ referenza inklużi li ġejjin:
—
introjru minn investimenti,
—
distribuzzjoni u introjtu rinvestit,
—
bidliet fil-kont kapitali,
—
apprezzament u diprezzament tal-investimenti,
—
kull bidla oħra li taffetwa l-assi u r-responsabbiltajiet ta l-UCITS,
—
l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet, li huma l-ispejjeż ta’ UCITS relatati ma’ tranżazzjonijiet fil-portafoll tagħha.
|
|
VI.
|
Tabella komparattiva li tkopri l-aħħar tliet snin finanzjarji u tinkludi, għal kull sena finanzjarja, fit-tmiem tas-sena finanzjarja:
—
il-valur total nett tal-assi,
—
il-valur nett tal-assi għal kull unità.
|
|
VII.
|
Dettalji, skont il-kategorija ta’ operazzjoni fis-sens tal-Artikolu 51, imwettqa mill-UCITS matul il-perijodu ta’ referenza, tal-ammont riżultanti tal-impenji.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32009L0065
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|