|
Referenzi legali u struzzjonijiet
|
|
Numru tar-ringiela
|
Spjegazzjoni
|
|
1
|
Strumenti kapitali u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati
L-istrumenti kapitali u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati f’konformità mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 26(1) u mal-Artikoli 27, 28, 29 CRR u l-lista tal-EBA kif imsemmija fl-Artikolu 26(3) CRR, u d-diżaggregazzjoni tagħhom skont it-tip ta’ strument.
|
|
2
|
Qligħ imfaddal
Il-qligħ imfaddal qabel l-aġġustamenti regolatorji kollha f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 26(1) CRR (qabel l-inklużjoni ta’ xi profitt jew telf nett interim)
|
|
3
|
Introjtu komprensiv ieħor akkumulat (u riżervi oħrajn)
L-ammont ta’ introjtu komprensiv ieħor akkumulat u ta’ riżervi oħrajn f’konformità mal-punti (d) u (e) tal-Artikolu 26(1) CRR
|
|
EU-3a
|
Fondi għar-riskju bankarju ġenerali
L-ammont ta’ fondi għar-riskju bankarju ġenerali f’konformità mal-punt (f) tal-Artikolu 26(1) CRR
|
|
4
|
L-ammont ta’ entrati kwalifikanti msemmija fl-Artikolu 484(3) CRR u tal-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati soġġetti għall-eliminazzjoni gradwali mis-CET1
L-ammont ta’ entrati kwalifikanti msemmija fl-Artikolu 484(3) CRR u tal-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati soġġetti għall-eliminazzjoni gradwali mis-CET1 kif deskritt fl-Artikolu 486(2) CRR
|
|
5
|
Interessi minoritarji (ammont permess fis-CET1 konsolidat)
L-interessi minoritarji (ammont permess fis-CET1 konsolidat) skont l-Artikolu 84 CRR
|
|
EU-5a
|
Profitti interim rieżaminati b’mod indipendenti netti minn kwalunkwe imposta jew dividend prevedibbli
Il-profitti interim rieżaminati b’mod indipendenti netti minn kwalunkwe imposta jew dividend prevedibbli skont l-Artikolu 26(2) CRR
|
|
6
|
Kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni (CET1) qabel aġġustamenti regolatorji
Is-somma tal-ammonti fir-ringieli minn 1 sa EU-5a ta’ dan il-mudell
|
|
7
|
Aġġustamenti fil-valur addizzjonali (ammont negattiv)
L-aġġustamenti tal-valur addizzjonali f’konformità mal-Artikoli 34 u 105 CRR (ammont negattiv)
|
|
8
|
Assi intanġibbli (netti mill-obbligazzjoni ta’ taxxa relatata) (ammont negattiv)
L-assi intanġibbli (netti mill-obbligazzjoni ta’ taxxa relatata) f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 36(1) u mal-Artikolu 37 CRR (ammont negattiv)
|
|
9
|
Mhux applikabbli
|
|
10
|
Assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabilità futura minbarra dawk li jirriżultaw minn differenzi temporanji (netti mill-obbligazzjoni ta’ taxxa relatata meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 38(3) CRR) (ammont negattiv)
L-assi ta’ taxxa differita li jiddependu fuq il-profittabilità futura minbarra dawk li jirriżultaw minn differenzi temporanji (netti mill-obbligazzjoni ta’ taxxa relatata meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 38(3) CRR) f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 36(1) u mal-Artikolu 38 CRR (ammont negattiv)
|
|
11
|
Riżervi ta’ valur ġust relatati mal-qligħ jew mat-telf fuq il-hedges tal-flussi tal-flus ta’ strumenti finanzjarji li mhumiex valwati b’valur ġust
Ir-riżervi ta’ valur ġust relatati mal-qligħ jew mat-telf fuq il-hedges tal-flussi tal-flus ta’ strumenti finanzjarji li mhumiex valwati b’valur ġust f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 33(1) CRR
|
|
12
|
Ammonti negattivi li jirriżultaw mill-kalkolu tal-ammonti ta’ telf mistennija
L-ammonti negattivi li jirriżultaw mill-kalkolu tal-ammonti ta’ telf mistennija f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 36(1) u mal-Artikolu 40 CRR
|
|
13
|
Kull żieda fl-ekwità li tirriżulta minn assi titolizzati (ammont negattiv)
Kwalunkwe żieda fl-ekwità li tirriżulta minn assi titolizzati f’konformità mal-Artikolu 32(1) CRR (ammont negattiv)
|
|
14
|
Qligħ jew telf fuq l-obbligazzjonijiet valwati fuq il-bażi tal-valur ġust li jirriżulta minn tibdiliet fl-affidabbiltà kreditizja proprja
Il-qligħ jew it-telf fuq l-obbligazzjonijiet valwati fuq il-bażi tal-valur ġust li jirriżulta minn tibdiliet fl-affidabbiltà kreditizja proprja f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 33(1) CRR
|
|
15
|
Assi ta’ fond providenti b’benefiċċju definit (ammont negattiv)
L-assi ta’ fond providenti b’benefiċċju definit f’konformità mal-punt (e) tal-Artikolu 36(1) u mal-Artikolu 41 CRR (ammont negattiv)
|
|
16
|
Parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi minn istituzzjoni ta’ strumenti tas-CET1 proprji (ammont negattiv)
Il-parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi minn istituzzjoni ta’ strumenti tas-CET1 proprji kif deskritti fil-punt (f) tal-Artikolu 36(1) u fl-Artikolu 42 CRR (ammont negattiv)
|
|
17
|
Parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi tal-istrumenti tas-CET 1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta dawk l-entitajiet ikollhom parteċipazzjonijiet inkroċjati reċiproċi mal-istituzzjoni mfassla sabiex ikabbru b’mod artifiċjali l-fondi proprji tal-istituzzjoni (ammont negattiv)
Il-parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi tal-istrumenti tas-CET1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta dawk l-entitajiet ikollhom parteċipazzjonijiet inkroċjati reċiproċi mal-istituzzjoni mfassla sabiex ikabbru b’mod artifiċjali l-fondi proprji tal-istituzzjoni kif deskritti fil-punt (g) tal-Artikolu 36(1) u fl-Artikolu 44 CRR (ammont negattiv)
|
|
18
|
Parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti tas-CET1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet (ammont ogħla mil-livell limitu ta’ 10 % u nett mill-pożizzjonijiet qosra eliġibbli) (ammont negattiv)
Il-parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi tal-istrumenti tas-CET1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet (ammont ogħla mil-livell limitu ta’ 10 % u nett mill-pożizzjonijiet qosra eliġibbli) kif deskritti fil-punt (h) tal-Artikolu 36(1) u fl-Artikoli 43, 45, 46, 49(2) u (3) u 79 CRR (ammont negattiv)
|
|
19
|
Parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti tas-CET1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet (ammont ogħla mil-livell limitu ta’ 10 % u nett mill-pożizzjonijiet qosra eliġibbli) (ammont negattiv)
Il-parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti tas-CET1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet (ammont ogħla mil-livell limitu ta’ 10 % u nett mill-pożizzjonijiet qosra eliġibbli) kif deskritti fil-punt (i) tal-Artikolu 36(1), fl-Artikoli 43, 45, 47, fil-punt (b) tal-Artikolu 48(1), u fl-Artikolu 49 minn (1) sa (3) CRR (ammont negattiv)
|
|
20
|
Mhux applikabbli
|
|
EU-20a
|
Ammont tal-iskopertura tal-entrati li ġejjin li jikkwalifikaw għal RW ta’ 1 250 %, meta l-istituzzjoni tagħżel l-alternattiva tat-tnaqqis
L-ammont tal-iskopertura tal-entrati li ġejjin li jikkwalifikaw għal RW ta’ 1 250 %, meta l-istituzzjoni tagħżel l-alternattiva tat-tnaqqis, kif deskritt fil-punt (k) tal-Artikolu 36(1) CRR
|
|
EU-20b
|
li minnhom: parteċipazzjonijiet kwalifikanti barra mis-settur finanzjarju (ammont negattiv)
Mill-ammont fl-EU-20a, l-ammont relatat ma’ parteċipazzjoni kwalifikanti barra mis-settur finanzjarju f’konformità mal-punt (k)(i) tal-Artikolu 36(1) u mal-Artikoli minn 89 sa 91 CRR (ammont negattiv)
|
|
EU-20c
|
li minnhom: pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni (ammont negattiv)
Mill-ammont fl-EU-20a ta’ dan il-mudell, l-ammont relatat mal-pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni, f’konformità mal-punt (k)(ii) tal-Artikolu 36(1), mal-punt (b) tal-Artikolu 243(1), mal-punt (b) tal-Artikolu 244(1) u mal-Artikolu 258 CRR (ammont negattiv)
|
|
EU-20d
|
li minnhom: konsenji bla ħlas (ammont negattiv)
Mill-ammont fl-EU-20a ta’ dan il-mudell, l-ammont relatat mal-konsenji bla ħlas f’konformità mal-punt (k)(iii) tal-Artikolu 36(1) u mal-Artikolu 379(3) CRR (ammont negattiv)
|
|
21
|
Assi ta’ taxxa differita li jirriżultaw minn differenzi temporanji (ammont ogħla mil-livell limitu ta’ 10 %, nett mill-obbligazzjoni ta’ taxxa relatata meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 38(3) CRR) (ammont negattiv)
L-assi ta’ taxxa differita li jirriżultaw minn differenzi temporanji (ammont ogħla mil-livell limitu ta’ 10 %, nett mill-obbligazzjoni ta’ taxxa relatata meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 38(3) CRR) kif deskritti fil-punt (c) tal-Artikolu 36(1), fl-Artikolu 38 u fil-punt (a) tal-Artikolu 48(1) CRR (ammont negattiv)
|
|
22
|
Ammont li jaqbeż il-livell limitu ta’ 17,65 % (ammont negattiv)
L-ammont li jaqbeż il-limitu ta’ 17,65 % f’konformità mal-Artikolu 48(1) CRR (ammont negattiv)
|
|
23
|
li minnhom: parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti tas-CET1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet
Mill-ammont fir-ringiela 22 ta’ dan il-mudell, l-ammont ta’ parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti tas-CET1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet kif deskritt fil-punt (i) tal-Artikolu 36(1) u fil-punt (b) tal-Artikolu 48(1) CRR
|
|
24
|
Mhux applikabbli
|
|
25
|
li minnhom: assi ta’ taxxa differita li jirriżultaw minn differenzi temporanji
Mill-ammont fir-ringiela 22 ta’ dan il-mudell, l-ammont ta’ assi ta’ taxxa differita li jirriżultaw minn differenzi temporanji kif deskritti fil-punt (c) tal-Artikolu 36(1) fl-Artikolu 38 u fil-punt (a) tal-Artikolu 48(1) CRR
|
|
EU-25a
|
Telf għas-sena finanzjarja kurrenti (ammont negattiv)
It-telf għas-sena finanzjarja f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 36(1) CRR (ammont negattiv)
|
|
EU-25b
|
Imposti tat-taxxa prevedibbli relatati mal-entrati tas-CET1 ħlief meta l-istituzzjoni taġġusta b’mod xieraq l-ammont ta’ entrati tas-CET1 sa fejn tali imposti tat-taxxa jnaqqsu l-ammont sa livell li fih l-entrati jistgħu jintużaw sabiex ikopru r-riskji jew it-telf (ammont negattiv)
L-ammont ta’ imposti tat-taxxa prevedibbli relatati mal-entrati tas-CET1 prevedibbli fil-mument tal-kalkolu tagħhom, ħlief meta l-istituzzjoni taġġusta b’mod xieraq l-ammont ta’ entrati tas-CET1 sa fejn tali imposti tat-taxxa jnaqqsu l-ammont sa livell li fih l-entrati jistgħu jiġu applikati sabiex ikopru r-riskji jew it-telf, f’konformità mal-punt (l) tal-Artikolu 36(1) CRR (ammont negattiv)
|
|
26
|
Mhux applikabbli
|
|
27
|
Tnaqqis tal-AT1 kwalifikanti li jaqbeż l-entrati tal-AT1 tal-istituzzjoni (ammont negattiv)
It-tnaqqis tal-AT1 kwalifikanti li jaqbeż l-entrati tal-AT1 tal-istituzzjoni kif deskritt fil-punt (j) tal-Artikolu 36(1) CRR (ammont negattiv)
|
|
EU-27a
|
Aġġustamenti regolatorji oħrajn
L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw f’din ir-ringiela kull aġġustament regolatorju applikabbli, irrapportat bħala parti mir-rapportar superviżorju u mhux inkluż f’xi ringiela oħra ta’ dan il-mudell, inkluż l-ammont ta’ arranġamenti tranżizzjonali tal-IFRS 9, meta rilevanti u sa tmiem il-perjodu tranżitorju
|
|
28
|
Aġġustamenti regolatorji totali għall-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni CET1
Għandhom jiġu kkalkolati bħala s-somma tal-ammonti fir-ringieli minn 7 sa EU-20a, 21, 22 u minn EU-25a sa EU-27a ta’ dan il-mudell
|
|
29
|
Kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni (CET1)
Għandu jiġi kkalkolat bħala r-ringiela 6 li minnha titnaqqas ir-ringiela 28 ta’ dan il-mudell
|
|
30
|
Strumenti kapitali u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati
L-istrumenti kapitali u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati skont l-Artikoli 51 u 52 CRR
|
|
31
|
li minnhom: ikklassifikati bħala ekwità skont l-istandards tal-kontabilità applikabbli
L-ammont fir-ringiela 30 ta’ dan il-mudell ikklassifikat bħala ekwità skont l-istandards tal-kontabilità applikabbli
|
|
32
|
li minnhom: ikklassifikati bħala obbligazzjonijiet skont l-istandards tal-kontabilità applikabbli
L-ammont fir-ringiela 30 ta’ dan il-mudell ikklassifikat bħala obbligazzjonijiet skont l-istandards tal-kontabilità applikabbli
|
|
33
|
L-ammont ta’ entrati kwalifikanti msemmija fl-Artikolu 484(4) CRR u tal-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati soġġetti għall-eliminazzjoni gradwali mis-AT1
L-ammont ta’ entrati kwalifikanti msemmija fl-Artikolu 484(4) CRR u tal-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati soġġetti għall-eliminazzjoni gradwali mill-AT1 f’konformità mal-Artikolu 486(3) CRR
|
|
EU-33a
|
L-ammont ta’ entrati kwalifikanti msemmija fl-Artikolu 494a(1) CRR soġġetti għall-eliminazzjoni gradwali mill-AT1
|
|
EU-33b
|
L-ammont ta’ entrati kwalifikanti msemmija fl-Artikolu 494b(1) CRR soġġetti għall-eliminazzjoni gradwali mill-AT1
|
|
34
|
Kapital kwalifikanti tal-Grad 1 inkluż fil-kapital konsolidat tal-AT1 (inklużi l-interessi minoritarji mhux inklużi fir-ringiela 5) maħruġ minn sussidjarji u miżmum minn terzi persuni
Kapital kwalifikanti tat-T1 inkluż fil-kapital konsolidat tal-AT1 (inklużi l-interessi minoritarji mhux inklużi fir-ringiela 5 ta’ dan mudell) maħruġ minn sussidjarji u miżmum minn terzi persuni kif deskritt fl-Artikoli 85 u 86 CRR
|
|
35
|
li minnhom: strumenti maħruġa minn sussidjarji soġġetti għal eliminazzjoni gradwali
L-ammont fir-ringiela 34 ta’ dan il-mudell li huwa relatat mal-istrumenti maħruġa minn sussidjarji soġġetti għall-eliminazzjoni gradwali kif deskritt fl-Artikolu 486(3) CRR
|
|
36
|
Kapital tal-Grad 1 addizzjonali (AT1) qabel l-aġġustamenti regolatorji
Is-somma tal-ammonti fir-ringieli 30, 33, EU-33a, EU-33b u 34 ta’ dan il-mudell
|
|
37
|
Parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi minn istituzzjoni ta’ strumenti tas-AT1 proprji (ammont negattiv)
Il-parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi minn istituzzjoni ta’ strumenti tal-AT1 proprji kif deskritti fil-punt (b) tal-Artikolu 52(1), fil-punt (a) tal-Artikolu 56 u fl-Artikolu 57 CRR (ammont negattiv)
|
|
38
|
Parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi tal-istrumenti tal-AT1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta dawk l-entitajiet ikollhom parteċipazzjonijiet inkroċjati reċiproċi mal-istituzzjoni mfassla sabiex ikabbru b’mod artifiċjali l-fondi proprji tal-istituzzjoni (ammont negattiv)
Il-parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi tal-istrumenti tas-AT1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta dawk l-entitajiet ikollhom parteċipazzjonijiet inkroċjati reċiproċi mal-istituzzjoni mfassla sabiex ikabbru b’mod artifiċjali l-fondi proprji tal-istituzzjoni kif deskritti fil-punt (b) tal-Artikolu 56 u fl-Artikolu 58 CRR (ammont negattiv)
|
|
39
|
Parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi tal-istrumenti tal-AT1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet (ammont ogħla mil-livell limitu ta’ 10 % u nett mill-pożizzjonijiet qosra eliġibbli) (ammont negattiv)
Il-parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi tal-istrumenti tas-AT1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet (ammont ogħla mil-livell limitu ta’ 10 % u nett mill-pożizzjonijiet qosra eliġibbli) kif deskritti fil-punt (c) tal-Artikolu 56 u fl-Artikoli 59, 60 u 79 CRR (ammont negattiv)
|
|
40
|
Parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti tas-AT1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet (netti mill-pożizzjonijiet qosra eliġibbli) (ammont negattiv)
Il-parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti tas-AT1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet (netti mill-pożizzjonijiet qosra eliġibbli) kif deskritti fil-punt (d) tal-Artikolu 56 u fl-Artikoli 59 u 79 CRR (ammont negattiv)
|
|
41
|
Mhux applikabbli
|
|
42
|
Tnaqqis tal-T2 kwalifikanti li jaqbeż l-entrati tal-T2 tal-istituzzjoni (ammont negattiv)
It-tnaqqis tal-T2 kwalifikanti li jaqbeż l-entrati tal-T2 tal-istituzzjoni kif deskritt fil-punt (e) tal-Artikolu 56 CRR (ammont negattiv)
|
|
Eu-42a
|
Aġġustamenti regolatorji oħrajn għall-kapital tal-AT1
L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw f’din ir-ringiela kwalunkwe aġġustament regolatorju applikabbli, irrapportat bħala parti mir-rapportar superviżorju u mhux inkluż fi kwalunkwe ringiela oħra ta’ dan il-mudell
|
|
43
|
Aġġustamenti regolatorji totali għall-kapital tal-Grad 1 Addizzjonali (AT1)
Is-somma tal-ammonti fir-ringieli minn 37 sa EU-42a ta’ dan il-mudell
|
|
44
|
Kapital tal-Grad 1 (AT1) addizzjonali
Il-kapital tal-Grad 1 (AT1) addizzjonali li għandu jiġi kkalkolat bħala r-ringiela 36 li minnha titnaqqas ir-ringiela 43 ta’ dan il-mudell
|
|
45
|
Kapital tal-Grad 1 (T1 = CET1 + AT1)
Il-kapital tal-Grad 1 li għandu jiġi kkalkolat bħala r-ringiela 29 li magħha tiżdied ir-ringiela 44 ta’ dan il-mudell
|
|
46
|
Strumenti kapitali u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati
L-istrumenti kapitali u l-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati kif deskritti fl-Artikoli 62 u 63 CRR
|
|
47
|
L-ammont ta’ entrati kwalifikanti msemmija fl-Artikolu 484(5) CRR u tal-kontijiet tal-primjum azzjonarju relatati soġġetti għall-eliminazzjoni gradwali mit-T2 kif deskritt fl-Artikolu 486(4) CRR
|
|
EU-47a
|
L-ammont ta’ entrati kwalifikanti msemmija fl-Artikolu 494a(2) CRR soġġetti għall-eliminazzjoni gradwali mit-T2
|
|
EU-47b
|
L-ammont ta’ entrati kwalifikanti msemmija fl-Artikolu 494b(2) CRR soġġetti għall-eliminazzjoni gradwali mit-T2
|
|
48
|
Strumenti ta’ fondi proprji kwalifikanti inklużi fil-kapital konsolidat tat-T2 (inklużi l-interessi minoritarji u l-istrumenti tal-AT1 mhux inklużi fir-ringieli 5 u 34) maħruġa minn sussidjarji u miżmuma minn terzi persuni
L-istrumenti ta’ fondi proprji kwalifikanti inklużi fil-kapital konsolidat tat-T2 (inklużi l-interessi minoritarji u l-istrumenti tal-AT1 mhux inklużi fir-ringiela 5 jew 34 ta’ dan mudell) maħruġa minn sussidjarji u miżmuma minn terzi persuni kif deskritti fl-Artikoli 87 u 88 CRR
|
|
49
|
li minnhom: strumenti maħruġa minn sussidjarji soġġetti għal eliminazzjoni gradwali
Mill-ammont fir-ringiela 48, l-ammont relatat mal-istrumenti maħruġa minn sussidjarji soġġetti għal eliminazzjoni gradwali, kif deskritt fl-Artikolu 486(4) CRR
|
|
50
|
Aġġustamenti għar-riskju ta’ kreditu
L-aġġustamenti għar-riskju ta’ kreditu f’konformità mal-punti (c) u (d) tal-Artikolu 62 CRR
|
|
51
|
Kapital tal-Grad 2 (T2) qabel l-aġġustamenti regolatorji
Is-somma tal-ammonti fir-ringieli minn 46 sa 48 u fir-ringiela 50 ta’ dan il-mudell
|
|
52
|
Parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi minn istituzzjoni ta’ strumenti tat-T2 proprji u ta’ self subordinat (ammont negattiv)
Il-parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi minn istituzzjoni ta’ strumenti tat-T2 proprji u ta’ self subordinat kif deskritti fis-subpunt (i) tal-punt (b) tal-Artikolu 63, fil-punt (a) tal-Artikolu 66 u fl-Artikolu 67 CRR (ammont negattiv)
|
|
53
|
Parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi tal-istrumenti tat-T2 u tas-self subordinat ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta dawk l-entitajiet ikollhom parteċipazzjonijiet inkroċjati reċiproċi mal-istituzzjoni mfassla sabiex ikabbru b’mod artifiċjali l-fondi proprji tal-istituzzjoni (ammont negattiv)
Il-parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi tal-istrumenti tat-T2 u tas-self subordinat ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta dawk l-entitajiet ikollhom parteċipazzjonijiet inkroċjati reċiproċi mal-istituzzjoni mfassla sabiex ikabbru b’mod artifiċjali l-fondi proprji tal-istituzzjoni kif deskritti fil-punt (b) tal-Artikolu 66 u fl-Artikolu 68 CRR (ammont negattiv)
|
|
54
|
Parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi tal-istrumenti tat-T2 u tas-self subordinat ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet (ammont ogħla mil-livell limitu ta’ 10 % u nett mill-pożizzjonijiet qosra eliġibbli) (ammont negattiv)
Il-parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi tal-istrumenti tat-T2 u tas-self subordinat ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet (ammont ogħla mil-livell limitu ta’ 10 % u nett mill-pożizzjonijiet qosra eliġibbli) kif deskritti fil-punt (c) tal-Artikolu 66 u fl-Artikoli 69, 70 u 79 CRR (ammont negattiv)
|
|
54a
|
Mhux applikabbli
|
|
55
|
Parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti tas-T2 u tas-self subordinat ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet (netti mill-pożizzjonijiet qosra eliġibbli) (ammont negattiv)
Il-parteċipazzjonijiet diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti tas-T2 u tas-self subordinat ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet (netti mill-pożizzjonijiet qosra eliġibbli) f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 66 u fl-Artikoli 69 u 79 CRR (ammont negattiv)
|
|
56
|
Mhux applikabbli
|
|
EU-56a
|
Tnaqqis tal-obbligazzjonijiet eliġibbli kwalifikanti li jaqbeż l-elementi ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni (ammont negattiv)
It-tnaqqis tal-obbligazzjonijiet eliġibbli kwalifikanti li jaqbeż l-elementi ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli tal-istituzzjoni f’konformità mal-punt (e) tal-Artikolu 66 CRR (ammont negattiv)
|
|
Eu-56b
|
Aġġustamenti regolatorji oħrajn għall-kapital tal-T2
L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw f’din ir-ringiela kwalunkwe aġġustament regolatorju applikabbli, irrapportat bħala parti mir-rapportar superviżorju u mhux inkluż f’xi ringiela oħra ta’ dan il-mudell.
|
|
57
|
Aġġustamenti regolatorji totali għall-kapital tal-Grad 2 (T2)
Is-somma tal-ammonti fir-ringieli minn 52 sa EU-56b ta’ dan il-mudell
|
|
58
|
Kapital tal-Grad 2 (T2)
Il-kapital tal-Grad 2 (T2) li għandu jiġi kkalkolat bħala r-ringiela 51 li minnha titnaqqas ir-ringiela 57 ta’ dan il-mudell
|
|
59
|
Kapital totali (TC = T1 + T2)
Il-kapital totali li għandu jiġi kkalkolat bħala r-ringiela 45 li magħha tiżdied ir-ringiela 58 ta’ dan il-mudell
|
|
60
|
Ammont totali tal-Iskopertura għar-riskju
L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju tal-grupp
|
|
61
|
Kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni
Il-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni (bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju) li għandu jiġi kkalkolat bħala r-ringiela 29 diviża bir-ringiela 60 (espressa bħala perċentwal) ta’ dan il-mudell f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 92(2) CRR
|
|
62
|
Kapital tal-Grad 1
Il-Grad 1 (bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju) li għandu jiġi kkalkolat bħala r-ringiela 45 diviża bir-ringiela 60 (espressa bħala perċentwal) ta’ dan il-mudell f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 92(2) CRR
|
|
63
|
Kapital totali
Il-kapital totali (bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju) li għandu jiġi kkalkolat bħala r-ringiela 59 diviża bir-ringiela 60 (espressa bħala perċentwal) ta’ dan il-mudell f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 92(2) CRR
|
|
64
|
Rekwiżiti kapitali ġenerali tas-CET1 tal-istituzzjoni
Ir-rekwiżiti kapitali ġenerali tas-CET1 tal-istituzzjoni għandhom jiġu kkalkolati bħala r-rekwiżit tas-CET1 f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 92(1) CRR, li miegħu jiżdiedu r-rekwiżit tas-CET1 addizzjonali li l-istituzzjonijiet huma meħtieġa jżommu f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva (UE) 2013/36 (“CRD”), flimkien mar-rekwiżit ta’ riżerva kombinat f’konformità mal-Artikolu 128(6) CRD) espress bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura għar-riskju.
Għandu jiġi kkalkolat bħala 4,5 % flimkien mar-rekwiżiti addizzjonali tal-Pilastru 2 li l-istituzzjonijiet huma meħtieġa jżommu f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 104(1) CRD flimkien mar-rekwiżit ta’ riżerva kombinat ikkalkolat f’konformità mal-Artikoli 128, 129, 130, 131 u 133 CRD.
Din ir-ringiela se turi l-proporzjon tas-CET1 rilevanti għall-valutazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq id-distribuzzjonijiet.
|
|
65
|
li minnhom: rekwiżit ta’ riżerva kombinat ta’ kapital
L-ammont fir-ringiela 64 (espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju) ta’ dan il-mudell li jirrigwarda r-rekwiżit ta’ riżerva kombinat ta’ kapital f’konformità mal-Artikolu 129 CRD
|
|
66
|
li minnhom: rekwiżit tar-riżerva ta’ kapital kontroċiklika
L-ammont fir-ringiela 64 (espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju) ta’ dan il-mudell li jirrigwarda r-rekwiżit ta’ riżerva kontroċiklika f’konformità mal-Artikolu 130 CRD
|
|
67
|
li minnhom: rekwiżit tar-riżerva ta’ riskju sistemika
L-ammont fir-ringiela 64 (espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju) ta’ dan il-mudell li jirrigwarda r-rekwiżit ta’ riżerva ta’ riskju sistemika f’konformità mal-Artikolu 133 CRD
|
|
EU-67a
|
li minnhom: Rekwiżit ta’ riżerva ta’ għall-Istituzzjonijiet Globali Sistemikament Importanti (G-SII) jew għall-Istituzzjonijiet Oħra Sistemikament Importanti (O-SII)
L-ammont fir-ringiela 64 (espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju) ta’ dan il-mudell li jirrigwarda r-rekwiżit ta’ riżerva għall-G-SII jew għall-O-SII f’konformità mal-Artikolu 131 CRD
|
|
EU-67b
|
li minnhom: rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali sabiex jiġu indirizzati riskji għajr ir-riskju ta’ ingranaġġ eċċessiv
L-ammont fir-ringiela 64 (espress bħala perċentwal tal-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju) ta’ dan il-mudell li jirrigwarda rekwiżiti ta’ fondi proprji addizzjonali li jirriżultaw mill-proċess ta’ rieżami superviżorju, li jridu jiġu ssodisfati mill-kapital tas-CET1, kif imsemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 104(1) tad-Direttiva 2013/36/UE
|
|
68
|
Grad 1 ta’ Ekwità Komuni (bħala perċentwal tal-ammont tal-iskopertura għar-riskju) disponibbli wara li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kapitali minimi
Għandu jiġi kkalkolat bħala r-ringiela 61 li minnha jitnaqqsu 4,5 (punti perċentwali), EU-67b, u l-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni użat mill-istituzzjoni sabiex tissodisfa r-rekwiżiti kapitali tal-Grad 1 u tal-Grad 2 Addizzjonali tagħha.
|
|
69
|
Mhux applikabbli
|
|
70
|
Mhux applikabbli
|
|
71
|
Mhux applikabbli
|
|
72
|
Parteċipazzjonijiet diretti u indiretti ta’ fondi proprji u ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet (ammont anqas mil-livell limitu ta’ 10 % u nett mill-pożizzjonijiet qosra eliġibbli)
Il-parteċipazzjonijiet diretti u indiretti ta’ fondi proprji u ta’ obbligazzjonijiet eliġibbli ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni ma jkollhiex investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet (ammont anqas mil-livell limitu ta’ 10 % u nett mill-pożizzjonijiet qosra eliġibbli) f’konformità mal-punt (h) tal-Artikolu 36(1) u mal-Artikoli 45, 46, mal-punt (c) tal-Artikoli 56, 59, 60, mal-punt (c) tal-Artikoli 66, 69, 70 u 72i CRR
|
|
73
|
Parteċipazzjonijiet diretti u indiretti mill-istituzzjoni tal-istrumenti tas-CET1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet (ammont anqas mil-livell limitu ta’ 17,65 % u nett mill-pożizzjonijiet qosra eliġibbli)
Il-parteċipazzjonijiet diretti u indiretti mill-istituzzjoni tal-istrumenti tas-CET1 ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju meta l-istituzzjoni jkollha investiment sinifikanti f’dawk l-entitajiet (ammont anqas mil-livell limitu ta’ 17,65 % u nett mill-pożizzjonijiet qosra eliġibbli) f’konformità mal-punt (i) tal-Artikolu 36(1), mal-Artikoli 43, 45, 47, mal-punt (b) tal-Artikolu 48(1) u mal-Artikolu 49 minn (1) sa (3) CRR (l-ammont totali ta’ tali investimenti li ma jkunux dikjarati fir-ringiela 19 u fir-ringiela 23 ta’ dan il-mudell)
|
|
74
|
Mhux applikabbli
|
|
75
|
Assi ta’ taxxa differita li jirriżultaw minn differenzi temporanji (ammont anqas mil-livell limitu ta’ 17.65 %, nett mill-obbligazzjoni ta’ taxxa relatata meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 38(3) CRR)
L-assi ta’ taxxa differita li jirriżultaw minn differenzi temporanji (ammont anqas mil-livell limitu ta’ 17,65 % f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 48(2) tas-CRR, netti mill-obbligazzjoni ta’ taxxa relatata meta jkunu ssodisfati l-kundizzjonijiet fl-Artikolu 38(3) CRR) f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 36(1), u mal-Artikoli 38 u 48 CRR (l-ammont totali ta’ tali assi ta’ taxxa differita li ma jkunux dikjarati fir-ringiela 21 u fir-ringiela 25 ta’ dan il-mudell)
|
|
76
|
Aġġustamenti għar-riskju ta’ kreditu inklużi fit-T2 fir-rigward tal-iskoperturi soġġetti għall-approċċ standardizzat (qabel l-applikazzjoni tal-limitu massimu)
L-Aġġustamenti għar-Riskju ta’ Kreditu inklużi fit-T2 fir-rigward tal-iskoperturi soġġetti għall-approċċ standardizzat f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 62 CRR
|
|
77
|
Limitu massimu fuq l-inklużjoni ta’ aġġustamenti għar-riskju ta’ kreditu fit-T2 skont l-approċċ standardizzat
Il-limitu massimu fuq l-inklużjoni ta’ aġġustamenti għar-riskju ta’ kreditu fit-T2 skont l-approċċ standardizzat f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 62 CRR
|
|
78
|
Aġġustamenti għar-riskju ta’ kreditu inklużi fit-T2 fir-rigward tal-iskoperturi soġġetti għall-approċċ ta’ bażi ta’ klassifikazzjoni interna (qabel l-applikazzjoni tal-limitu massimu)
L-aġġustamenti għar-riskju ta’ kreditu inklużi fit-T2 fir-rigward tal-iskoperturi soġġetti għall-approċċ ta’ bażi ta’ klassifikazzjoni interna f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 62 CRR
|
|
79
|
Limitu massimu għall-inklużjoni tal-aġġustamenti għar-riskju ta’ kreditu fit-T2 skont l-approċċ ta’ bażi ta’ klassifikazzjoni interna
Il-limitu massimu għall-inklużjoni ta’ aġġustamenti għar-riskju ta’ kreditu fit-T2 skont l-approċċ ta’ bażi ta’ klassifikazzjoni interna f’konformità mal-punt (d) tal-Artikolu 62 CRR
|
|
80
|
Limitu massimu kurrenti fuq l-istrumenti tas-CET1 soġġetti għal arranġamenti ta’ eliminazzjoni gradwali
Il-limitu massimu kurrenti fuq l-istrumenti tas-CET1 soġġetti għal arranġamenti ta’ eliminazzjoni gradwali f’konformità mal-Artikolu 484(3) u mal-Artikolu 486(2) u (5) CRR
|
|
81
|
Ammont eskluż mis-CET1 minħabba l-limitu massimu (eċċess fuq il-limitu massimu wara t-tifdijiet u l-maturitajiet)
L-ammont eskluż mis-CET1 minħabba l-limitu massimu (eċċess fuq il-limitu massimu wara t-tifdijiet u l-maturitajiet) f’konformità mal-Artikolu 484(3) u mal-Artikolu 486(2) u (5) CRR
|
|
82
|
Limitu massimu kurrenti fuq l-istrumenti tas-AT1 soġġetti għal arranġamenti ta’ eliminazzjoni gradwali
Il-limitu massimu kurrenti fuq l-istrumenti tas-AT1 soġġetti għal arranġamenti ta’ eliminazzjoni gradwali f’konformità mal-Artikoli 484(4), 486(3) u (5) CRR
|
|
83
|
Ammont eskluż mis-AT1 minħabba l-limitu massimu (eċċess fuq il-limitu massimu wara t-tifdijiet u l-maturitajiet)
L-ammont eskluż mis-AT1 minħabba l-limitu massimu (eċċess fuq il-limitu massimu wara t-tifdijiet u l-maturitajiet) f’konformità mal-Artikoli 484(4), 486(3) u (5) CRR
|
|
84
|
Limitu massimu kurrenti fuq l-istrumenti tas-T2 soġġetti għal arranġamenti ta’ eliminazzjoni gradwali
Il-limitu massimu kurrenti fuq l-istrumenti tas-T2 soġġetti għal arranġamenti ta’ eliminazzjoni gradwali f’konformità mal-Artikoli 484(5), 486(4) u (5) CRR
|
|
85
|
Ammont eskluż mit-T2 minħabba l-limitu massimu (eċċess fuq il-limitu massimu wara t-tifdijiet u l-maturitajiet)
L-ammont eskluż mit-T2 minħabba l-limitu massimu (eċċess fuq il-limitu massimu wara t-tifdijiet u l-maturitajiet) f’konformità mal-Artikoli 484(5), 486(4) u (5) CRR
|