+ANNESS X Struzzjonijiet għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar riżervi ta’ kapital kontroċikliċi

ANNESS X Struzzjonijiet għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar riżervi ta’ kapital kontroċikliċi

ANNESS X

Struzzjonijiet għad-divulgazzjoni ta’ informazzjoni dwar riżervi ta’ kapital kontroċikliċi

Mudell EU CCyB1 - Distribuzzjoni ġeografika tal-iskoperturi ta’ kreditu rilevanti għall-kalkolu tar-riżerva ta’ kapital kontroċiklika. Format fiss għall-kolonni, format flessibbli għar-ringieli.

1. L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 440 tar-Regolament (UE) 575/2013 ( 10 ) (“CRR”) billi jsegwu l-istruzzjonijiet ipprovduti hawn taħt f’dan l-Anness sabiex jimlew il-Mudell EU CCyB1 li huwa ppreżentat fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

2. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Mudell EU CCyB1 huwa limitat għall-iskoperturi ta’ kreditu rilevanti għall-kalkolu tas-CCyB f’konformità mal-Artikolu 140(4) tad-Direttiva (UE) 2013/36 ( 11 ) (“CRD”).


Referenzi legali u struzzjonijiet

Numru tar-ringiela

Spjegazzjoni

010-01X

Diżaggregazzjoni skont il-pajjiż

Lista ta’ pajjiżi li fihom l-istituzzjoni għandha skoperturi ta’ kreditu rilevanti għall-kalkolu tar-riżerva kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni f’konformità mar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 1152/2014 (1)

In-numru ta’ ringieli jista’ jvarja skont in-numru ta’ pajjiżi fejn l-istituzzjoni jkollha l-iskoperturi ta’ kreditu tagħha rilevanti għall-kalkolu tar-riżerva kontroċiklika. L-istituzzjonijiet għandhom jenumeraw ir-ringieli għal kull pajjiż b’mod konsekuttiv, billi jibdew minn 010.

F’konformità mar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 1152/2014, jekk l-iskoperturi fil-portafoll tan-negozjar jew l-iskoperturi ta’ kreditu barranin ta’ istituzzjoni jirrappreżentaw anqas minn 2 % mill-iskoperturi aggregati tagħha ponderati għar-riskju, l-istituzzjoni tista’ tagħżel li talloka dawn l-iskoperturi lill-post tal-istituzzjoni (jiġifieri l-Istat Membru ta’ domiċilju tal-istituzzjoni). Jekk l-iskoperturi għall-post tal-istituzzjoni jinkludu skoperturi minn pajjiżi oħra, dawn għandhom ikunu identifikati b’mod ċar f’nota f’qiegħ il-paġna għall-mudell ta’ divulgazzjoni.

020

Total

Il-valur kif deskritt f’konformità mal-ispjegazzjoni għall-kolonni minn a sa m tal-mudell kurrenti.

(1)   

IR-REGOLAMENT TA’ DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) 1152/2014 tal-4 ta’ Ġunju 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar l-identifikazzjoni tal-pożizzjoni ġeografika tal-iskoperturi ta' kreditu rilevanti biex jiġu kkalkulati r-rati speċifiċi għall-istituzzjoni tal-bafer tal-kapital kontroċikliku (ĠU L 309, 30.10.2014, p. 5).


Referenzi legali u struzzjonijiet

Numru tal-kolonna

Spjegazzjoni

a

Il-valur tal-iskoperturi ta’ kreditu ġenerali skont l-approċċ standardizzat

Il-valur tal-iskoperturi ta’ kreditu rilevanti ddeterminat f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 140(4) CRD, u mal-Artikolu 111 CRR

Il-valur tal-iskoperturi ta’ kreditu rilevanti ddeterminat f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 140(4) CRD u mal-punti (a) u (c) tal-Artikolu 248 CRR ma għandux jiġi inkluż hawnhekk iżda f’e ta’ dan il-mudell.

Id-diżagregazzjoni ġeografika għandha ssir f’konformità mar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 1152/2014.

Ringiela 020 (Total): Is-somma tal-iskoperturi ta’ kreditu rilevanti kollha għandha tiġi ddeterminata f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 140(4) CRD, u mal-Artikolu 111 CRR.

b

Valur tal-iskoperturi ta’ kreditu ġenerali skont l-approċċ IRB

Il-valur tal-iskoperturi ta’ kreditu rilevanti ddeterminat f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 140(4) CRD, mal-Artikolu 166, mal-Artikolu 167 u mal-Artikolu 168 CRR

Il-valur tal-iskoperturi ta’ kreditu rilevanti ddeterminat f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 140(4) CRD u mal-punti (a) u (c) tal-Artikolu 248 CRR ma għandux jiġi inkluż hawnhekk iżda fil-kolonna e ta’ dan il-mudell.

Id-diżagregazzjoni ġeografika għandha ssir f’konformità mar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 1152/2014.

Ringiela 020 (Total): Is-somma tal-iskoperturi ta’ kreditu rilevanti kollha għandha tiġi ddeterminata f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 140(4) CRD u mal-Artikoli 166, 167 u 168 CRR.

c

Somma tal-pożizzjonijiet twal u qosra tal-iskoperturi fil-portafoll tan-negozjar għall-approċċ standardizzat

Is-somma tal-pożizzjonijiet twal u qosra tal-iskoperturi ta’ kreditu rilevanti ddeterminata f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 140(4) CRD, ikkalkolata bħala s-somma ta’ pożizzjonijiet twal u qosra ddeterminati f’konformità mal-Artikolu 327 CRR

Id-diżagregazzjoni ġeografika għandha ssir f’konformità mar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 1152/2014.

Ringiela 020 (Total): Is-somma tal-pożizzjonijiet twal u qosra kollha tal-iskoperturi ta’ kreditu rilevanti għandha tiġi ddeterminata f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 140(4) CRD, ikkalkolata bħala s-somma ta’ pożizzjonijiet twal u qosra ddeterminati f’konformità mal-Artikolu 327 CRR.

d

Valur tal-iskoperturi fil-portafoll tan-negozjar għal mudelli interni

Somma ta’ dawn li ġejjin:

— Il-valur ġust tal-pożizzjonijiet fi flus li jirrappreżentaw l-iskoperturi ta’ kreditu rilevanti kif iddeterminat f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 140(4) CRD u mal-Artikolu 104 CRR;

— Il-valur nozzjonali tad-derivattivi li jirrappreżentaw l-iskoperturi ta’ kreditu rilevanti kif iddeterminat f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 140(4) CRD.

Id-diżagregazzjoni ġeografika għandha ssir f’konformità mar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 1152/2014.

Ringiela 020 (Total): Is-somma tal-valur ġust tal-pożizzjonijiet kollha fi flus li jirrappreżentaw l-iskoperturi ta’ kreditu rilevanti għandha tiġi ddeterminata f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 140(4) CRD, u mal-Artikolu 104 CRR, u l-valur nozzjonali tad-derivattivi kollha li jirrappreżentaw l-iskoperturi ta’ kreditu rilevanti għandu jiġi ddeterminat f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 140(4) CRD.

e

Valur tal-iskopertura tal-iskoperturi ta’ titolizzazzjoni għall-portafoll mhux tan-negozjar

Il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi ta’ kreditu rilevanti ddeterminat f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 140(4) CRD, u mal-punti (a) u (c) tal-Artikolu 248 CRR

Id-diżaggregazzjoni ġeografika għandha ssir f’konformità mar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 1152/2014.

Ringiela 020 (Total): Is-somma tal-iskoperturi ta’ kreditu rilevanti kollha għandha tiġi ddeterminata f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 140(4) CRD, u mal-punti (a) u (c) tal-Artikolu 248 CRR.

f

Valur tal-iskopertura totali

Is-somma tal-ammonti fil-kolonni a, b, c, d u e ta’ dan il-mudell

Ringiela 020 (Total): Is-somma tal-iskoperturi ta’ kreditu rilevanti kollha għandha tiġi ddeterminata f’konformità mal-Artikolu 140(4) CRD.

g

Rekwiżiti ta’ fondi proprji - Skoperturi rilevanti għar-riskju ta’ kreditu – Riskju ta’ Kreditu

Ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal skoperturi ta’ kreditu rilevanti fil-pajjiż inkwistjoni, iddeterminati f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 140(4) CRD, u mat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR, u filwaqt li jitqiesu r-rekwiżiti ta’ fondi proprji marbuta ma’ kwalunkwe aġġustament speċifiku għall-pajjiż għall-piżijiet tar-riskju stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 458 CRR

Ringiela 020 (Total): Is-somma tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji kollha għall-iskoperturi ta’ kreditu rilevanti għandha tiġi ddeterminata f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 140(4) CRD u mat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR.

h

Rekwiżiti ta’ fondi proprji - Skoperturi ta’ kreditu rilevanti – Riskju tas-suq

Rekwiżiti ta’ fondi proprji għall-iskoperturi ta’ kreditu rilevanti fil-pajjiż inkwistjoni, iddeterminati f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 140(4) CRD, u mal-Kapitolu 2 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR għal riskju speċifiku, jew f’konformità mal-Kapitolu 5 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR għal riskju inkrimentali ta’ inadempjenza u ta’ migrazzjoni

Ringiela 020 (Total): Is-somma tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji kollha għall-iskoperturi ta’ kreditu rilevanti għandha tiġi ddeterminata f’konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 140(4) CRD, u mal-Kapitolu 2 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR għal riskju speċifiku jew mal-Kapitolu 5 tat-Titolu IV tal-Parti Tlieta tas-CRR għal riskju inkrimentali ta’ inadempjenza u ta’ migrazzjoni.

i

Rekwiżiti ta’ fondi proprji - Skoperturi ta’ kreditu rilevanti – Pożizzjonijiet ta’ titolizzazzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar

Ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji għal skoperturi ta’ kreditu rilevanti fil-pajjiż inkwistjoni, iddeterminati f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 140(4) CRD u mal-Kapitolu 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR

Ringiela 020 (Total): Is-somma tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji kollha għall-iskoperturi ta’ kreditu rilevanti kollha għandha tiġi ddeterminata f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 140(4) CRD u mal-Kapitolu 5 tat-Titolu II tal-Parti Tlieta tas-CRR.

j

Rekwiżiti ta’ fondi proprji - Total

Is-somma tal-ammonti fil-kolonni g, h u i ta’ dan il-mudell

Ringiela 020 (Total): Is-somma tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji kollha għall-iskoperturi ta’ kreditu rilevanti għandha tiġi ddeterminata f’konformità mal-Artikolu 140(4) CRD.

(k)

Ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju

L-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju għall-iskoperturi ta’ kreditu rilevanti, iddeterminati f’konformità mal-Artikolu 140(4) CRD, diżaggregati skont il-pajjiż u b’kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe aġġustament speċifiku għall-pajjiż għall-piżijiet tar-riskju stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 458 CRR

Ringiela 020 (Total): Is-somma tal-ammonti tal-iskopertura ponderati għar-riskju kollha għall-iskoperturi ta’ kreditu rilevanti għandha tiġi ddeterminata f’konformità mal-Artikolu 140(4) CRD.

(l)

Piżijiet tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji (%)

Il-piż applikat għar-rata ta’ riżerva kontroċiklika f’kull pajjiż, ikkalkolat bħala r-rekwiżiti totali ta’ fondi proprji relatati mal-iskoperturi ta’ kreditu rilevanti fil-pajjiż inkwistjoni (ringiela 01X, kolonna j ta’ dan il-mudell), diviż bir-rekwiżiti ta’ fondi proprji totali relatati mal-iskoperturi ta’ kreditu kollha rilevanti għall-kalkolu tar-riżerva kontroċiklika f’konformità mal-Artikolu 140(4) CRD (ringiela 020, kolonna j ta’ dan il-mudell)

Dan il-valur għandu jiġi ddikjarat bħala perċentwal b’2 punti deċimali.

m

Rata tar-riżerva ta’ kapital kontroċiklika (%)

Ir-rata tar-riżerva ta’ kapital kontroċiklika applikabbli fil-pajjiż inkwistjoni, u stabbilita f’konformità mal-Artikoli 136, 137, 138 u 139 CRD

Din il-kolonna ma għandhiex tinkludi r-rati tar-riżerva ta’ kapital kontroċiklika li ġew stabbiliti iżda li jkunu għadhom mhux applikabbli fiż-żmien tal-komputazzjoni tar-riżerva ta’ kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni li magħha tkun relatata d-divulgazzjoni.

Dan il-valur jiġi ddikjarat bħala perċentwal bl-istess numru ta’ punti deċimali kif stabbilit f’konformità mal-Artikoli 136, 137, 138 u 139 CRD.

Mudell EU CCyB2 - Ammont ta’ riżerva ta’ kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni

3. L-istituzzjonijiet għandhom jiddikjaraw l-informazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 440 CRR billi jsegwu l-istruzzjonijiet ipprovduti hawn taħt f’dan l-Anness sabiex jimlew il-Mudell EU CCyB2 li huwa ppreżentat fl-Anness IX ta’ dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni.


Referenzi legali u struzzjonijiet

Numru tar-ringiela

Spjegazzjoni

1

Ammont totali tal-iskopertura għar-riskju

L-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kkalkolat f’konformità mal-Artikolu 92(3) CRR

2

Rata tar-riżerva ta’ kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni

Ir-rata tar-riżerva ta’ kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni, iddeterminata f’konformità mal-Artikolu 140(1) CRD

Ir-rata tar-rata tar-riżerva ta’ kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni hija kkalkolata bħala l-medja ponderata tar-rati tar-riżerva kontroċiklika li japplikaw fil-pajjiżi fejn l-iskoperturi ta’ kreditu rilevanti tal-istituzzjoni jinsabu fir-ringieli minn 010.1 sa 010.X tal-kolonna m tal-Mudell EU CCyB1.

Il-piż applikat għar-rata ta’ riżerva kontroċiklika f’kull pajjiż huwa s-sehem tar-rekwiżiti ta’ fondi fir-rekwiżiti ta’ fondi proprji totali, u jinsab fil-kolonna l tal-Mudell EU CCyB1.

Dan il-valur jiġi ddikjarat bħala perċentwal b’2 punti deċimali.

3

Rekwiżit tar-riżerva ta’ kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni

Rekwiżit tar-riżerva ta’ kapital kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni, ikkalkolat bħala r-rata tar-riżerva kontroċiklika speċifika għall-istituzzjoni, kif dikjarata fir-ringiela 2 ta’ dan il-mudell, applikat għall-ammont totali tal-iskopertura għar-riskju kif iddikjarat fir-ringiela 1 ta’ dan il-mudell.


Referenzi legali u struzzjonijiet

Numru tal-kolonna

Spjegazzjoni

a

Il-valur kif deskritt f’konformità mal-ispjegazzjoni għar-ringieli minn 1 sa 3 tal-mudell kurrenti.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0637
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.