+ANNESS II

ANNESS II

ANNESS II

Spejjeż u imposti

Spejjeż identifikati li għandhom jiffurmaw parti mill-ispejjeż li jridu jiġu żvelati lill-klijenti ( 16 )


Tabella 1 — L-ispejjeż u l-imposti assoċjati kollha mitluba għas-servizz(i) ta' investiment u/jew servizzi anċillari pprovduti lill-klijent li għandhom jiffurmaw parti mill-ammont li għandu jiġi żvelat

Oġġetti ta' kost li għandhom jiġu żvelati

Eżempji:

Miżati ta' darba relatati mal-forniment ta' servizz ta' investiment

L-ispejjeż u l-imposti kollha mħallsa lid-ditta ta' investiment fil-bidu jew fit-tmiem tas-servizz(i) ta' investiment ipprovdut(i).

Ħlasijiet ta' depożitu, ħlasijiet ta' terminazzjoni u ħlasijiet ta' trasferiment (1).

Imposti kurrenti konnessi mal-għoti ta' servizz ta' investiment

L-ispejjeż u l-imposti kurrenti mħallsa lil ditti ta' investiment għas-servizzi tagħhom ipprovduti lill-klijent.

Ħlasijiet tal-immaniġġjar, ħlasijiet ta' konsultazzjoni, miżati għal kustodja.

L-ispejjeż kollha relatati ma' tranżazzjonijiet mibdija matul il-forniment ta' servizz ta' investiment

L-ispejjeż u l-imposti kollha li huma relatati mat-tranżazzjonijiet imwettqa minn ditta ta' investiment jew minn partijiet oħra.

Kummissjonijiet tas-sensara (2), tariffi tad-dħul u tal-ħruġ imħallsa lill-maniġer tal-fond, ħlasijiet tal-pjattaforma, awmenti (inkorporati fil-prezz tat-tranżazzjoni), taxxa tal-boll, taxxa fuq tranżazzjonijiet u spejjeż tal-kambju barrani.

L-ispejjeż marbuta ma' servizzi anċillari

L-ispejjeż u imposti kollha li huma relatati ma' servizzi anċillari li mhumiex inklużi fl-ispejjeż imsemmija hawn fuq.

L-ispejjeż tar-riċerka

L-ispejjeż tal-kustodja.

Spejjeż inċidentali

 

miżati fuq il-prestazzjoni

(1)   

L-ispejjeż tal-bdil għandhom jinftehmu bħala spejjeż (jekk hemm) li jiġu mġarrba mill-investituri meta jaqilbu minn ditta ta' investiment għal oħra.

(2)   

Il-kummissjonijiet tas-sensara għandhom jinftiehmu bħala spejjeż li huma mitluba mill-kumpaniji ta' investiment għat-twettiq tal-ordnijiet.


Tabella 2 — L-ispejjeż u l-imposti assoċjati kollha marbuta mal-istrument finanzjarju li għandu jifforma parti mill-ammont li jrid jiġi żvelat

Spejjeż biex jiġu żvelati

Eżempji:

Imposti ta' darba

L-ispejjeż u l-imposti kollha (inklużi fil-prezz jew minbarra l-prezz tal-istrument finanzjarju) imħallsa lil fornituri tal-prodott fil-bidu jew fit-tmiem tal-perjodu ta' investiment fl-istrument finanzjarju.

It-tariffa tal-ġestjoni bil-quddiem, tariffa ta' strutturazzjoni (1), tariffa ta' distribuzzjoni.

Ħlasijiet kurrenti

L-ispejjeż u l-imposti kollha kurrenti relatati mal-ġestjoni tal-prodott finanzjarju li huma mnaqqsa mill-valur tal-istrument finanzjarju matul il-perjodu ta' investiment fl-istrument finanzjarju.

It-miżati tal-immaniġġjar, l-ispejjeż tas-servizz, it-miżati minħabba bidla, spejjeż u taxxi minħabba self ta' titoli, l-ispejjeż ta' finanzjament.

L-ispejjeż kollha relatati mat-tranżazzjonijiet

L-ispejjeż u l-imposti kollha li jsiru bħala riżultat tal-akkwist u t-trasferiment ta' investimenti.

Il-kummissjonijiet tas-sensara, miżati tad-dħul u tal-ħruġ mħallsa mill-fond, l-awmenti inkorporati fil-prezz tat-tranżazzjoni, taxxa tal-boll, taxxa fuq tranżazzjonijiet u l-ispejjeż tal-kambju barrani.

Spejjeż inċidentali

 

miżati fuq il-prestazzjoni

(1)   

It-miżati ta' strutturazzjoni għandhom jinftiehmu bħala miżati imposti mill-manifatturi ta' prodotti tal-investiment strutturati għall-istrutturar tal-prodotti. Dawn jistgħu jkopru firxa usa' ta' servizzi pprovduti mill-manifattur.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.