1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fornitur ta’ servizzi tal-ħlas iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-konsumaturi l-informazzjoni li ġejja dwar is-servizz tal-bdil:
|
(a)
|
ir-rwoli tal-fornitur tas-servizzi li jittrasferixxi u dak destinatarju għal kull pass tal-proċess ta’ bdil, kif indikat fl-Artikolu 10;
|
|
(b)
|
il-perijodu ta’ żmien għat-tlestija tal-passi rispettivi;
|
|
(c)
|
it-tariffi, jekk ikun hemm, imposti għall-proċess ta’ bdil;
|
|
(d)
|
kwalunkwe informazzjoni li l-konsumaturi jintalbu jipprovdu; u
|
|
(e)
|
il-proċeduri alternattivi ta’ riżoluzzjoni tat-tilwim msemmija fl-Artikolu 24
|
L-Istati Membri jistgħu jitolbu li l-fornituri tas-servizzi tal-ħlas, jagħmlu wkoll disponibbli informazzjoni oħra, inkluż, fejn ikun applikabbli, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti fl-Unjoni li l-fornitur tas-servizzi tal-ħlas ikun membru fiha.