+Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta' din id-Direttiva d-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw:

1.

“ilma tal-wiċċ” : ifisser ilmijiet interni, barra ilma ta' taħt l-art; ilmijiet temporanji u ilmijiet tal-kosta, minbarra fejn jirrigwarda stat kimiku li għali għandhom ikunu inklużi ukoll ilmijiet territorjali.

2.

“ilma ta' taħt l-art” : ifisser l-ilma kollu li huwa taħt il-wiċċ ta' l-art fiż-żona ta' saturazzjoni u f'kuntatt dirett mal-ħamrija tal-qiegħ jew ta' taħt.

3.

“ilma intern” : ifisser kull ilma qiegħed jew li jnixxi fuq wiċċ l-art, u kull ilma ta' taħt l-art madwar l-art tal-linja ta' bażi minfejn il-wisa' tal-ilmijiet territorjali huwa mkejjel.

4.

“Xmara” : tfisser korp ta' ilma intern li jnixxi bil-parti l-kbira fuq wiċċ l-art imma li jista' jnixxi taħt l-art f'parti mill-kors tiegħu.

5.

“Lag” : ifisser korp ta' l-ilma tal-wiċċ intern qiegħed.

6.

“Ilmijiet temporanji” : huma korpi ta' l-ilma tal-wiċċ fil-viċinanza ta' bokki tax-xmara li huma parzjalment salini naturali bħala riżultat tal-prossimità tagħhom għal ilmijiet tal-kosta imma li huma sostanzjalment influenzati minn tnixxija ta' ilma ħelu.

7.

“ilma tal-kosta” : ifisser ilma tal-wiċċ fuq il-ġenb tal-linja viċin ta' l-art, li kull punt tiegħu huwa f'distanza ta' mil nawtiku fin-naħa ta' barra tal-baħar mill-aktar punt viċin tal-linja ta' bażi minn fejn il-wisa' tal-ilmijiet territorjali jiġu mkejla, estiż fejn xieraq sal-limitu ta' barra ta' l-ilmijiet transizzjonali.

8.

“Korp artifiċjali ta' l-ilma” : ifisser korp ta' l-ilma tal-wiċċ magħmul minn attività tal-bniedem.

9.

“Korpta' l-ilma modifikat ħafna” : ifisser korp ta' l-ilma tal-wiċċ fejn bħala riżultat ta' alterazzjonijiet fiżiċi minn attività umana huwa mibdul sostanzjalment naturali, kif nominat minn l-Istati Membri bi qbil mad-disposizzjonijiet ta' l-Anness II.

10.

“Korp ta' ilma tal-wiċċ” : ifisser element diskret u sinifikanti ta' ilma tal-wiċċ bħal lag, reservoir, ilma kurrenti, xmara jew kanal, parti minn ilma kurrenti, xmara jew kanal, ilma transizzjonali jew tul ta' ilma kostali.

11.

“Akwifikatur” : ifisser saff jew saffi ta' blat taħt il-wiċċ jew ta' saffi ġeoloġiċi fuq xulxin ta' porożità suffiċenti u permeabilità biex jitħalla jew tnixxija sinifikanti ta' l-ilma ta' taħt l-art jew li jkunu mtella' kwantitajiet sinifikanti ta' ilma ta' taħt l-art.

12.

“Korp ta' ilma ta' taħt l-art” : ifisser volum distint ta' ilma ta' taħt l-art b'akwifikatur jew akwifikaturi.

13.

“Baċin tax-xmara” : ifisser żona ta' art minn fejn kull ilma ġieri tal-wiċċ inixxi minn sekwenza ta' ilma kurrenti, xmajjar u, possibilment, lagi għal ġo l-baħar minn bokka waħda ta' xmara, estwarju jew delta.

14.

“Sotto-baċin” : ifisser iż-żona ta' art minn fejn l-uċuħ kollha jiġru minn ġo serje ta' kurrenti ta' l-ilma, xmajjar u, possibilment, lagi għal punt partikolari f'kors ta' l-ilma (normalment lag jew konfluenzi ta' xmara).

15.

“Distrett ta' baċin tax-xmara” : ifisser iż-żona ta' art u baħar, magħmula minn wieħed jew aktar baċini tax-xmara fil-qrib flimkien ma' l-ilmijiet assoċjati tagħhom u ilmijiet tal-kosta, li huwa identifikat taħt l-Artikolu 3(1) bħala l-unità prinċipali għall-immaniġġjar ta' baċini ta' l-ilma.

16.

“Awtorità kompetenti” : tfisser awtorità jew awtoritajiet identifikati taħt l-Artikolu 3(2) jew 3(3).

17.

“Stat ta' l-ilma tal-wiċċ” : hija l-espressjoni ġenerali ta' stat ta' korp ta' l-ilma tal-wiċċ, stabbilit mill-ifqar stat ekoloġiku u tal-istat kimiku tiegħu.

18.

“Stat tajjeb ta' ilma tal-wiċċ” : ifisser l-istat milħuq mill-korp ta' l-ilma tal-wiċċ meta l-istat ekoloġiku u l-istat kimiku tiegħu huma għall-inqas “tajbin”.

19.

“Stat ta' l-ilma ta' taħt l-art” : hija l-espressjoni ġenerali ta' stat ta' korp ta' l-ilma ta' taħt l-art, stabbilit mill-ifqar stat kwantitattiv u tal-istat kimiku tiegħu.

20.

“Stat tajjeb ta' ilma ta' taħt l-art” : ifisser l-istat milħuq mill-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art meta l-istat kwantitattiv u l-istat kimiku tagħhom huma għall-inqas “tajbin”.

21.

“Stat ekoloġiku” : hija espressjoni tal-kwalità ta' struttura u funzjoni ta' ekosistemi akkwatiċi assoċjati ma' l-ilma tal-wiċċ, klassifikati skond l-Anness V.

22.

“Stat ekoloġiku tajjeb” : huwa l-istat ta' korp tal l-ilma tal-wiċċ, kif klassifikat skond l-Anness V.

23.

“Potenzjal ekoloġiku tajjeb” : huwa l-istat ta' korp ta' l-ilma modifikat ħafna jew artifiċjali, kif klassifikat bi qbil mad-disposizzjonijiet relevanti ta' l-Anness V.

▼M8

24.

“Stat kimiku tajjeb tal-ilma tal-wiċċ” : tfisser l-istat kimiku meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi ambjentali għall-ilmijiet tal-wiċċ stabbiliti fl-Artikolu 4(1), il-punt (a), ta' din id-Direttiva, jiġifieri l-istat kimiku miksub minn korp tal-ilma tal-wiċċ li fih il-konċentrazzjonijiet ta' kontaminanti la jaqbżu l-istandards ta' kwalità ambjentali għas-sustanzi prijoritarji elenkati fil-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ) u lanqas l-istandards ta' kwalità ambjentali għall-kontaminanti speċifiċi għall-baċini tax-xmara stabbiliti u applikati skont l-Artikolu 8d ta' dik id-Direttiva, u li fih lanqas ma jinqabżu l-valuri ta' skattar ibbażati fuq l-effett, jekk ikunu disponibbli.

▼B

25.

“Stat kimiku tajjeb ta' ilma ta' taħt l-art” : huwa l-istat kimiku ta' korp ta' l-ilma ta' taħt l-art, li jilħaq il-kundizzjonijiet kollha maħruġa fit-tabella 2.3.2 ta' l-Anness V.

26.

“Stat kwantitattiv” : hija espressjoni tal-grad ta' fejn korp ta' l-ilma ta' taħt l-art huwa affetwat b'estrazzjonijiet diretti u indiretti.

27.

“Riżorsi disponibbli ta' l-ilma ta' taħt l-art” : ifissru ir-rata ta' bejn wieħed u ieħor annwali ta' żmien twil ta' mili mill-ġdid ġenerali tal-korp ta' l-ilma ta' taħt l-art li minnu tnaqqas ir-rata ta' bejn wieħed u ieħor annwali ta' żmien twil ta' tnixxija meħtieġa biex jintlaħqu l-għanijiet ta' kwalità ekoloġika għall-ilma tal-wiċċ speċifikat taħt l-Artikolu 4, biex jiġu evitati kull tnaqqis sinifikanti fl-istat ekoloġiku ta' dawn l-ilmijiet u biex tiġi evitata kull ħsara sinifikanti għal ekosistemi sinifikanti terrestri.

28.

“Stat tajjeb kwantitattiv” : huwa l-istat defenit fit-tabelli 2.1.2 ta' l-Anness V.

29.

“Sustanzi perikolużi” : ifissru sustanzi jew gruppi ta' sustanzi li huma tossiċi, persistenti u responsabbli għal bio-akkumulazzjoni, u sustanzi oħra jew gruppi ta' sustanzi li joħolqu l-istess livell ta' tħassib.

▼M8

30.

“Sustanzi prijoritarji” : tfisser is-sustanzi elenkati fil-Parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE, jiġifieri sustanzi li jippreżentaw riskju sinifikanti għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu u jingħataw prijorità skont l-Artikolu 16(2) ta' din id-Direttiva.

▼M8

30a.

“Sustanzi prijoritarji perikolużi” : tfisser sustanzi prijoritarji li huma identifikati bħala “perikolużi” skont il-leġiżlazzjoni msemmija fl-Artikolu 16(3).

30b.

“Kontaminanti speċifiċi għall-baċini tax-xmajjar” : tfisser kontaminanti li mhumiex jew ma għadhomx identifikati bħala sustanzi prijoritarji, iżda li l-Istati Membri identifikaw, abbażi tal-valutazzjoni tal-pressjonijiet u l-impatti fuq il-korpi tal-ilma tal-wiċċ imwettqa f'konformità mal-Anness II, bħala li joħorġu jew li jiġu ddepożitati fi kwantitajiet sinifikanti f'baċin ta' xmara jew f'sottobaċin u b'hekk joħolqu riskju sinifikanti għall-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu fit-territorju tagħhom.

▼B

31.

“Kontaminant” : ifisser kull sustanza li possibilment tikkawża tniġġiż, partikolarment dawk elenkati fl-Anness VIII.

32.

“Ħruġ dirett għal ġo ilma ta' taħt l-art” : ifisser ħruġ ta' kontaminanti ġo l-ilma ta' taħt l-art mingħajr tnixxija minn ġo ħamrija jew ħamrija tal-qiegħ.

33.

“Tniġġiż” : ifisser l-introduzzjoni diretta jew indiretta, bħala riżultat ta' attività umana, ta' sustanzi jew sħana fl-arja, fl-ilma jew fl-art li tista' tkun ta' ħsara għas-saħħa umana jew il-kwalità ta' ekosistemi akkwatiċi jew ekosistemi terrestri li jiddependu direttament fuq ekosistemi akkwatiċi, li jirriżultaw fi ħsara għal propjetà materjali, jew li titfixkel jew titħawwad ma' amenitajiet u użi leġittimi oħra ta' l-ambjent.

34.

“Għanijiet ambjentali” : ifissru l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 4.

▼M8

35.

“Standards ta' kwalità ambjentali” : tfisser il-konċentrazzjoni ta' kontaminant partikolari jew grupp ta' kontaminanti fl-ilma, sediment jew bijota li ma jridux jinqabżu sabiex tiġi protetta s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent.

▼M8

35a.

“Valur ta' skattar ibbażat fuq l-effetti” : tfisser livell limitu għall-effetti ta' kontaminanti jew grupp ta' kontaminanti fl-ilma, fis-sediment jew fil-bijota, fejn dawk l-effetti jitkejlu b'metodu ta' monitoraġġ xieraq u vvalidat xjentifikament ibbażat fuq l-effetti, li jekk jinqabeż jista' jkun hemm effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent minn dak il-kontaminant jew grupp ta' kontaminanti fl-ilma, fis-sediment jew fil-bijota.

▼B

36.

“Metodu kombinat” : ifisser il-kontroll ta' ħruġ u emmissjonijiet fl-ilma tal-wiċċ skond il-metodu stabbilit fl-Artikolu 10.

▼M8

37.

“ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem” : tfisser ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (1), tad-Direttiva (UE) 2020/2184 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ).

▼B

38.

“Servizzi ta' l-ilma” :

ifisser is-servizzi kollha li jipprovdu, għad-djar, istituzzjonijiet pubbliċi jew kull attività ekonomika:

(a) 

estrazzjoni, teħid, ħażna, trattament u distribuzzjoni ta' ilma tal-wiċċ jew tal-qiegħ,

(b) 

kollezzjoni ta' skart ta' l-ilma u faċilitajiet ta' trattament li sussegwentement joħorġu fl-ilma tal-wiċċ.

39.

“Użu ta' l-ilma” :

ifisser servizzi ta' l-ilma flimkien ma' kull attività oħra identifikata taħt l-Artikolu 5 u l-Anness II li jkollhom impatt sinifikanti fuq l-istat ta' l-ilma.

Dan il-kunċett japplika għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 1 u ta' l-analiżi ekonomiċi magħmula skond l-Artikolu 5 u l-Anness III, punt (b).

40.

“Valuri limiti ta' emmissjoni” :

ifissru il-massa, espressa f'termini ta' ċerta parametri speċifiċi, konċentrazzjoni u/jew livell ta' emmissjoni, li ma' jridux jiġu maqbuża waqt kull perjodu jew perjodi ta' ħin. Valuri limiti ta' emmissjoni jistgħu ukoll jitniżżlu għal ċerta gruppi, familji jew kategoriji ta' sustazni, partikolarment għal dawk identifikati taħt l-Artikolu 16.

Il-valuri limiti ta' emmissijoni għal sustanzi jridu normalment japplikaw fil-punt fejn l-emmissjonijiet iħallu l-istallazzjoni, maħlul, li jkun ta' indifferenza għal meta jiġu stabbiliti. Bil-konsiderazzjoni għal ħruġ indirett fl-ilma, l-effett ta' trattament minn impjant ta' skart ta' l-ilma jista' jiġi kunsidrat waqt li jkunu qed jiġu stabbiliti l-valuri limiti ta' emmissjoni ta' stallazzjoni involuti, fejn livell ekwivalenti huwa garantit għal protezzjoni ta' l-ambjent bis-sħiħ u provdut li dan ma' jwassalx għal livelli għolja ta' tniġġiż fl-ambjent.

41.

“Kontrolli ta' emmissjoni” : huma kontrolli li jeħtieġu limitazzjoni speċifika ta' emmissjoni, għal istanza ta' valur limitu ta' emmissjoni, jew inkella limiti ta' speċifikazzjoni jew kundizzjonijiet fuq l-effetti, natura jew karatteristiċi oħra ta' emissjoni jew kundizzjonijiet operattivi li jaffetwaw l-emmissjonijiet. L-użu tat-terminu “kontroll ta' emmissjoni” f'din id-Direttiva fir-rigward tad-disposizzjonijiet ta' kull Direttiva oħra ma' jridx jiġi kunsidrat bħala interpretazzjoni mill-ġdid ta' dawk id-disposizzjonijiet f'kull rispett.

▼M8

42.

“Deterjorament tal-istat ta' korp tal-ilma” : tfisser it-tnaqqis fil-kwalità tal-istat ta' mill-inqas wieħed mill-elementi ta' kwalità, skont it-tifsira tal-Anness V, bi klassi waħda, anke jekk dak it-tnaqqis ma jirriżultax fi tnaqqis fil-klassifikazzjoni tal-korp tal-ilma kollu kemm hu; madankollu, jekk element ta' kwalità jkun diġà fil-klassi l-aktar baxxa, kwalunkwe deterjorament ulterjuri ta' dak l-element jikkostitwixxi deterjorazzjoni tal-istat tal-korp tal-ilma.

▼B

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.05.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32000L0060
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.