+Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“Marpol 73/78” tfisser il-Konvenzjoni Internazzjonali tal-1973 għall-prevenzjoni tat-tniġġis mill-Vapuri, inklużi l-Protokolli tagħha tal-1978 u l-1997, fil-verżjoni aġġornata tagħha;

(2) 

“sustanzi niġġiesa” tfisser sustanzi soġġetti għar-regolamentazzjoni mill-Anness I (żejt), l-Anness II (sustanzi likwidi noċivi bl-ingrossa), l-Anness III (sustanzi ta’ ħsara li jinġarru bil-baħar f’forma imballata), l-Anness IV (drenaġġ mill-vapuri) u l-Anness V (żibel mill-vapuri) mill-Marpol 73/78 u residwu tas-Sistema ta’ Tindif tal-Gass tal-Egżost;

(3) 

“residwu tas-Sistema ta’ Tindif tal-Gass tal-Egżost” tfisser kwalunkwe materjal li jitneħħa mill-ilma tal-ħasil jew mill-ilma tal-iskariki permezz ta’ sistema ta’ trattament jew ilma skarikat li ma jissodisfax il-kriterju tal-iskariku, jew materjal ieħor ta’ residwu li jitneħħa mis-sistemi tat-tindif tal-gass tal-egżost (EGCS) b’riżultat tat-tħaddim ta’ metodu ta’ konformità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, definit fir-Regolament 4 tal-Anness VI tal-Marpol 73/78, użat bħala alternattiva, f’termini ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet, għall-istandards stabbiliti fir-Regolament 14 tal-Anness VI tal-Marpol 73/78, filwaqt li jitqiesu l-linji gwida żviluppati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO);

(4) 

“skariku” tfisser kwalunkwe skariku kkawżat bi kwalunkwe mod minn vapur, kif imsemmi fl-Artikolu 2 tal-Marpol 73/78;

(5) 

“vapur” tfisser bastiment marittimu, irrispettivament mill-bandiera tiegħu, ta’ kwalunkwe xorta, li jopera fl-ambjent tal-baħar u għandu jinkludi aliskafi, vetturi bl-imħadda tal-arja, sommerġibbli u opri tal-baħar li jżommu fil-wiċċ;

(6) 

“persuna ġuridika” tfisser kwalunkwe entità legali li għandha tali status skont il-liġi nazzjonali applikabbli, barra minn Stati nnifishom, korpi pubbliċi fl-eżerċizzju tal-awtorità tal-Istat jew organizzazzjonijiet internazzjonali pubbliċi;

(7) 

“kumpanija” tfisser is-sid ta’ vapur jew kwalunkwe organizzazzjoni jew persuna oħra, bħall-maniġer jew il-bareboat charterer, li jkunu assumu r-responsabbiltà għall-operat tal-vapur minn sid il-vapur.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32005L0035
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.