|
+ANNESS I |
ANNESS I
ANNESS I Inġenji tal-ajru msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 2(3) 1. Il-kategoriji ta' inġenji tal-ajru bi bdot abbord li għalihom ma japplikaw dan ir-Regolament:
(a)
inġenji tal-ajru storiċi li jikkonformaw mal-kriterji li ġejjin:
(i)
inġenji tal-ajru li:
—
id-disinn inizjali tagħhom ġie stabbilit qabel l-1 ta' Jannar 1955, u
—
li ma baqgħux jiġu mmanifatturati wara l-1 ta' Jannar 1975;
jew
(ii)
inġenji tal-ajru li għandhom rilevanza storika ċara, marbuta ma':
—
parteċipazzjoni f'avveniment storiku notevoli,
—
pass ewlieni fl-iżvilupp tal-avjazzjoni, jew
—
rwol prinċipali fil-forzi armati ta' Stat Membru;
jew
(b)
inġenji tal-ajru speċifikament iddisinjati jew immodifikati għal skopijiet sperimentali, xjentifiċi jew ta' riċerka, u x'aktarx prodotti f'numri limitati ħafna;
(c)
inġenji tal-ajru, inkluż dawk fornuti f'forma ta' kit, fejn mill-inqas 51 % tal-kompiti ta' fabbrikazzjoni u assemblaġġ jitwettqu minn dilettant, jew assoċjazzjoni ta' dilettanti mingħajr skop ta' profitt, għall-finijiet tagħhom stess u mingħajr ebda għan kummerċjali;
(d)
inġenji tal-ajru li kienu fis-servizz tal-forzi militari, ħlief jekk l-inġenju tal-ajru huwa ta' tip li għalih l-Aġenzija tkun adottat standard tad-disinn;
(e)
ajruplani li jkollhom veloċità minima ta' titjir li tista' titkejjel jew veloċità kostanti ta' titjir fil-konfigurazzjoni tal-inżul li ma taqbiżx il-35 mil nawtiku fis-siegħa bħala veloċità kalibrata fl-ajru (CAS), ħelikopters, paraxuts bil-mutur, gliders u gliders bil-mutur, li ma jkollhomx aktar minn żewġ sits u massa massima ta' tluq (MTOM), kif irreġistrata mill-Istati Membri, ta' mhux aktar minn:
(f)
ġiroplani b'sit wieħed jew b'żewġ sits b'MTOM li ma teċċedix is-600 kg;
(g)
repliki ta' inġenji tal-ajru li jissodisfaw il-kriterji tal-punti (a) jew (d), li d-disinn strutturali tagħhom huwasimili għal dak tal-inġenji tal-ajru oriġinali;
(h)
blalen tal-arja u iġfna tal-ajru li għandhom post għal wieħed jew tnejn u volum massimu ta' disinn ta' mhux aktar minn 1 200 m3, u fil-każ ta' gassijiet reffejja oħra mhux aktar minn 400 m3;
(i)
kwalunkwe inġenju tal-ajru ieħor bi bdot abbord b'massa vojta massima, inkluż il-fjuwil, ta' mhux aktar minn 70 kg. 2. Barra minn hekk, dan ir-Regolament ma japplikax għal:
(a)
inġenji tal-ajru marbuta mingħajr ebda sistema ta' propulsjoni, fejn it-tul massimu tal-irbit huwa ta' 50 m, u fejn:
(i)
il-MTOM tal-inġenju tal-ajru, inkluż it-tagħbija tiegħu, hija ta' inqas minn 25 kg, jew
(ii)
fil-każ ta' inġenji tal-ajru eħfef mill-arja, il-volum tad-disinn massimu tal-inġenju tal-ajru huwa ta' inqas minn 40 m3;
(b)
inġenji tal-ajru marbuta b'MTOM ta' mhux aktar minn 1 kg. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|
||||||||||||||||||||||||||