+ANNESS III

ANNESS III




ANNESS III

Rekwiżiti ewlenin għas-sistema ta’ kontroll intern tal-Istat Membru

1. L-Istat Membru għandu jipprovdi sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti, f’konformità mal-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tiegħu, li tinkludi s-separazzjoni tal-funzjonijiet u l-arranġamenti ta’ rapportar, superviżjoni u monitoraġġ.

Dan jinkludi:

(a) 

il-ħatra tal-awtoritajiet fdati bl-implimentazzjoni tal-Pjan Soċjali għall-Klima u l-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet u tal-funzjonijiet relatati;

(b) 

il-ħatra tal-awtorità jew awtoritajiet responsabbli għall-iffirmar tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni li takkumpanja t-talbiet għal ħlas;

(c) 

proċeduri li jiżguraw li din l-awtorità jew dawn l-awtoritajiet ser jingħataw garanzija dwar l-ilħuq tal-objettivi intermedji u l-miri stabbiliti fil-Pjan, u li l-fondi ġew ġestiti f’konformità mar-regoli applikabbli kollha, b’mod partikolari r-regoli dwar l-evitar ta’ kunflitti ta’ interess, il-prevenzjoni ta’ frodi, korruzzjoni u finanzjament doppju;

(d) 

separazzjoni xierqa bejn il-funzjonijiet ta’ ġestjoni u ta’ awditjar.

2. L-Istat Membru għandu jwettaq implimentazzjoni effettiva ta’ miżuri proporzjonati kontra l-frodi u l-korruzzjoni, kif ukoll kwalunkwe miżura meħtieġa biex jiġu evitati b’mod effettiv il-kunflitti ta’ interess.

Dan jinkludi:

(a) 

miżuri xierqa relatati mal-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-korrezzjoni ta’ frodi, korruzzjoni u kunflitti ta’ interess, kif ukoll mal-evitar ta’ finanzjament doppju u biex tittieħed azzjoni legali biex jiġu rkuprati l-fondi li ġew miżapproprjati;

(b) 

valutazzjoni tar-riskju tal-frodi u d-definizzjoni ta’ miżuri xierqa ta’ mitigazzjoni kontra l-frodi.

3. L-Istat Membru għandu jżomm proċeduri xierqa għat-tfassil tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni u tat-taqsira tal-awditi mwettqa fil-livell nazzjonali.

Dawn jinkludu:

(a) 

proċedura effettiva għat-tfassil tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni, li tiddokumenta t-taqsira tal-awditi u ż-żamma tal-informazzjoni sottostanti għar-rekord tal-awditjar;

(b) 

proċeduri effettivi biex jiġi żgurat li l-każijiet kollha ta’ frodi, korruzzjoni u kunflitt ta’ interessi jiġu rrappurtati u kkoreġuti kif xieraq permezz ta’ rkupri.

4. Sabiex jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa, l-Istat Membru għandu jiżgura verifiki ta’ ġestjoni xierqa, inkluż il-proċeduri għall-verifika tal-kisba tal-objettivi intermedji u l-miri u tal-konformità mal-prinċipji orizzontali ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

Dawn jinkludu:

(a) 

verifiki ta’ ġestjoni xierqa li permezz tagħhom l-awtoritajiet ta’ implimentazzjoni ser jivverifikaw l-kisba tal-objettivi intermedji u l-miri tal-fond (eż. eżamijiet dokumentarji, verifiki fuq il-post);

(b) 

verifiki ta’ ġestjoni xierqa li permezz tagħhom l-awtoritajiet ta’ implimentazzjoni ser jivverifikaw in-nuqqas ta’ irregolaritajiet serji, jiġifieri frodi, korruzzjoni u kunflitt ta’ interessi, u finanzjament doppju (eż. eżamijiet dokumentarji, verifiki fuq il-post).

5. L-Istati Membri għandhom iwettqu awditi adegwati u indipendenti tas-sistemi u tal-operazzjonijiet f’konformità mal-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment.

Dawn jinkludu:

(a) 

il-ħatra tal-korp jew korpi li ser iwettqu l-awditi tas-sistemi u tal-operazzjonijiet u kif tiġi żgurata l-indipendenza funzjonali tagħhom;

(b) 

l-allokazzjoni ta’ riżorsi suffiċjenti lil dan il-korp jew dawn il-korpi għall-fini tal-Fond;

(c) 

l-indirizzar effettiv mill-korp jew korpi tar-riskju ta’ frodi, korruzzjoni, kunflitt ta’ interessi u finanzjament doppju kemm permezz ta’ awditi tas-sistema kif ukoll permezz ta’ awditi tal-operazzjonijiet.

6. L-Istat Membru għandu jżomm sistema effettiva biex jiżgura li jinżammu l-informazzjoni u d-dokumenti kollha meħtieġa għall-finijiet tar-rekord tal-awditjar.

Dawn jinkludu:

(a) 

il-ġbir, ir-reġistrazzjoni u l-ħażna effettivi f’sistema elettronika ta’ data dwar ir-riċevituri finali tal-miżuri jew l-investimenti meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi intermedji u l-miri;

(b) 

aċċess lill-Kummissjoni, l-OLAF, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-UPPE, għad-data tar-riċevituri finali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.06.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0955
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.