+Artikolu 10 Eżekuzzjoni ta’ EPOC
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.
---+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 10 4.
---+Artikolu 10 5.
---+Artikolu 10 6.
---+Artikolu 10 7.
---+Artikolu 10 8.
---+Artikolu 10 9.

Artikolu 10 Eżekuzzjoni ta’ EPOC

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.
Malli jirċievi EPOC, id-destinatarju għandu jaġixxi b’ħeffa biex jippreserva d-data mitluba.
Artikolu 10 2.
Meta tkun meħtieġa notifika lill-awtorità tal-infurzar skont l-Artikolu 8 u dik l-awtorità ma tkun qajmet l-ebda raġuni għal rifjut f’konformità mal-Artikolu 12 fi żmien 10 ijiem wara li tirċievi l-EPOC, id-destinatarju għandu jiżgura li d-data mitluba tiġi trażmessa direttament lill-awtorità emittenti jew lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, kif indikat fl-EPOC, sa tmiem ta’ dak il-perjodu ta’ 10 ijiem. Meta l-awtorità tal-infurzar diġà qabel it-tmiem ta’ dak il-perjodu ta’ 10 ijiem tikkonferma lill-awtorità emittenti u lid-destinatarju li mhi se tqajjem ebda raġuni għal rifjut, id-destinatarju għandu jaġixxi malajr kemm jista’ jkun fuq tali konferma u mhux aktar tard minn tmiem dak il-perjodu ta’ 10 ijiem.
Artikolu 10 3.
Meta ma tkunx meħtieġa notifika lill-awtorità tal-infurzar skont l-Artikolu 8, id-destinatarju għandu jiżgura, malli jirċievi EPOC, li d-data mitluba tiġi trażmessa direttament lill-awtorità emittenti jew lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, kif indikat fl-EPOC, sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara li jkun irċieva l-EPOC.
Artikolu 10 4.
F’każijiet ta’ emerġenza, id-destinatarju għandu jittrażmetti d-data mitluba mingħajr dewmien żejjed, sa mhux aktar tard minn tmien sigħat wara li jirċievi l-EPOC. Meta tkun meħtieġa notifika lill-awtorità tal-infurzar skont l-Artikolu 8, l-awtorità tal-infurzar tista’, jekk tiddeċiedi li tqajjem raġuni għal rifjut skont l-Artikolu 12(1), mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn 96 siegħa wara li tirċievi n-notifika, tinnotifika lill-awtorità emittenti u lid-destinatarju li hija toġġezzjona għall-użu tad-data jew li d-data tista’ tintuża biss taħt kondizzjonijiet li hija għandha tispeċifika. Meta l-awtorità tal-infurzar tqajjem raġuni għal rifjut, jekk id-data tkun diġà ġiet trażmessa mid-destinatarju lill-awtorità emittenti, l-awtorità emittenti għandha tħassar jew inkella tirrestrinġi l-użu tad-data jew, fil-każ li l-awtorità tal-infurzar ikollha kondizzjonijiet speċifikati, l-awtorità emittenti għandha tikkonforma ma’ dawk il-kondizzjonijiet meta tuża d-data.
Artikolu 10 5.
Meta d-destinatarju jqis, abbażi biss tal-informazzjoni li tinsab fl-EPOC, li l-eżekuzzjoni tal-EPOC tista’ tinterferixxi mal-immunitajiet jew mal-privileġġi, jew mar-regoli dwar id-determinazzjoni jew il-limitazzjoni tar-responsabbiltà kriminali li jirrigwardaw il-libertà tal-istampa jew il-libertà tal-espressjoni f’media oħra, skont il-liġi tal-Istat tal-infurzar, id-destinatarju għandu jinforma lill-awtorità emittenti u lill-awtorità tal-infurzar billi juża l-formola stabbilita fl-Anness III.

Meta ma tkun saret l-ebda notifika lill-awtorità tal-infurzar skont l-Artikolu 8, l-awtorità emittenti għandha tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u għandha tiddeċiedi, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba tal-awtorità tal-infurzar, jekk tirtirax, tadattax jew iżżommx l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea.

Meta tkun saret notifika lill-awtorità tal-infurzar skont l-Artikolu 8, l-awtorità emittenti għandha tqis l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, u għandha tiddeċiedi jekk tirtirax, tadattax jew iżżommx l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea. L-awtorità tal-infurzar tista’ tiddeċiedi li tqajjem ir-raġunijiet għal rifjut stabbiliti fl-Artikolu 12.

Artikolu 10 6.
Meta d-destinatarju ma jkunx jista’ jikkonforma mal-obbligu tiegħu li jipproduċi d-data mitluba minħabba li l-EPOC ikun inkomplet, ikun fih żbalji manifesti jew ma jkunx fih informazzjoni suffiċjenti għall-eżekuzzjoni tal-EPOC, id-destinatarju għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinforma lill-awtorità emittenti u, meta tkun saret notifika skont l-Artikolu 8, lill-awtorità tal-infurzar imsemmija fl-EPOC, u jfittex kjarifika, billi juża l-formola stabbilita fl-Anness III. Fl-istess ħin, id-destinatarju għandu jinforma lill-awtorità emittenti dwar jekk l-identifikazzjoni tad-data mitluba u l-preservazzjoni ta’ dik id-data kif stabbilit fil-paragrafu 9 ta’ dan l-Artikolu kinitx possibbli.

L-awtorità emittenti għandha tirreaġixxi b’ħeffa u sa mhux aktar tard minn ħamest ijiem wara li tirċievi l-formola. Id-destinatarju għandu jiżgura li jkun jista’ jirċievi l-kjarifika meħtieġa jew kwalunkwe korrezzjoni pprovduta mill-awtorità emittenti, sabiex id-destinatarju jissodisfa l-obbligi tiegħu stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4. L-obbligi stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw sakemm tiġi pprovduta tali kjarifika jew korrezzjoni mill-awtorità emittenti jew mill-awtorità tal-infurzar.

Artikolu 10 7.
Meta d-destinatarju ma jkunx jista’ jikkonforma mal-obbligu tiegħu li jipproduċi d-data mitluba minħabba impossibbiltà de facto minħabba ċirkostanzi mhux attribwibbli lid-destinatarju, id-destinatarju għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinforma lill-awtorità emittenti u, meta tkun saret notifika lill-awtorità tal-infurzar skont l-Artikolu 8, lill-awtorità tal-infurzar imsemmija fl-EPOC, sabiex jispjega r-raġunijiet għal tali impossibbiltà de facto, billi juża l-formola stabbilita fl-Anness III. Meta l-awtorità emittenti tikkonkludi li hemm tali impossibbiltà de facto, hija għandha tinforma lid-destinatarju, u, fejn tkun saret notifika lill-awtorità tal-infurzar skont l-Artikolu 8, lill-awtorità tal-infurzar, li l-EPOC ma għadx hemm bżonn li jiġi eżegwit.
Artikolu 10 8.
Fil-każijiet kollha fejn id-destinatarju ma jipprovdix id-data mitluba, ma jipprovdix id-data mitluba b’mod eżawrjenti jew ma jipprovdix id-data mitluba sal-iskadenza speċifikata, għal raġunijiet għajr dawk imsemmija fil-paragrafi 5, 6 u 7 ta’ dan l-Artikolu, id-destinatarju għandu, mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard mill-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, jinforma lill-awtorità emittenti u, meta tkun saret notifika lill-awtorità tal-infurzar skont l-Artikolu 8, lill-awtorità tal-infurzar imsemmija fl-EPOC, b’dawk ir-raġunijiet billi juża l-formola stabbilita fl-Anness III. L-awtorità emittenti għandha tirrieżamina l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mid-destinatarju u, jekk ikun meħtieġ, tistabbilixxi skadenza ġdida għad-destinatarju sabiex jipproduċi d-data.
Artikolu 10 9.
Id-data għandha tiġi ppreservata, sa fejn ikun possibbli, sakemm tiġi prodotta, irrispettivament minn jekk il-produzzjoni fl-aħħar mill-aħħar tintalabx abbażi ta’ Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea kjarifikata u l-EPOC tagħha jew permezz ta’ kanali oħra, bħall-assistenza legali reċiproka, jew sakemm tiġi rtirata l-Ordni ta’ Produzzjoni Ewropea.

Meta l-produzzjoni tad-data u l-preservazzjoni tagħha ma jkunux għadhom neċessarji, l-awtorità emittenti u, fejn applikabbli skont l-Artikolu 16 (8), l-awtorità tal-infurzar għandha tinforma lid-destinatarju mingħajr dewmien żejjed.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1543
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.