|
+Artikolu 9 2. |
Artikolu 9 2.Sad-29 ta’ Mejju 2026, kull Stat Membru għandu jistabbilixxi trajettorja nazzjonali għar-rinnovazzjoni progressiva tal-istokk tal-bini residenzjali f’konformità mal-pjan direzzjonali nazzjonali u l-miri għall-2030, l-2040 u l-2050 li jinsabu fil-pjan nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini tal-Istat Membru u bil-għan li l-istokk tal-bini nazzjonali jiġi trasformat fi stokk ta’ bini b’emissjonijiet żero sal-2050. It-trajettorja nazzjonali għar-rinnovazzjoni progressiva tal-istokk tal-bini residenzjali għandha tiġi espressa bħala tnaqqis fl-użu medju ta’ enerġija primarja f’kWh/(m2.y) tal-istokk tal-bini residenzjali kollu matul il-perjodu 2020 sa 2050, u għandha tidentifika l-għadd ta’ bini residenzjali u unitajiet residenzjali f’bini jew erja tal-art li għandha tiġi rinnovata kull sena, inkluż l-għadd jew l-erja ta’ art tat-43 % tal-bini residenzjali u tal-unitajiet residenzjali f’bini bl-agħar rendiment L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-użu medju tal-enerġija primarja f’kWh/(m2.y) tal-istokk kollu tal-bini residenzjali:
(a)
jonqos b’mill-inqas 16 % sal-2030 meta mqabbel mal-2020;
(b)
jonqos b’mill-inqas 20-22 % sal-2035 meta mqabbel mal-2020;
(c)
sal-2040, u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem, ikun ekwivalenti għal, jew inqas mill-valur iddeterminat fil-livell nazzjonali derivat minn tnaqqis progressiv tal-użu medju tal-enerġija primarja mill-2030 sal-2050 f’konformità mat-trasformazzjoni tal-istokk tal-bini residenzjali fi stokk tal-bini b’emissjonijiet żero. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li mill-inqas 55 % tat-tnaqqis tal-użu medju tal-enerġija primarja msemmi fit-tielet subparagrafu jinkiseb permezz tar-rinnovazzjoni tat-43 % tal-bini residenzjali bl-agħar rendiment. L-Istati Membri jistgħu jgħoddu t-tnaqqis fl-użu medju tal-enerġija primarja miksub mir-rinnovazzjoni tal-bini residenzjali affettwat minn diżastri naturali bħat-terremoti u l-għargħar mas-sehem miksub permezz tar-rinnovazzjoni tat-43 % tal-bini residenzjali bl-agħar rendiment. Fl-isforzi ta’ rinnovazzjoni tagħhom biex jiksbu t-tnaqqis meħtieġ fl-użu medju tal-enerġija primarja tal-istokk kollu tal-bini residenzjali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu miżuri bħal standards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija, assistenza teknika u miżuri ta’ appoġġ finanzjarju. Fl-isforzi ta’ rinnovazzjoni tagħhom, l-Istati Membri ma għandhomx jeżentaw b’mod sproporzjonat bini jew unitajiet ta’ bini residenzjali għall-kiri.. Fil-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw il-metodoloġija użata u d-data miġbura għall-istima tal-valuri msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi. Bħala parti mill-valutazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini, il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-kisba tal-valuri msemmija fit-tieni u t-tielet subparagrafi, inkluż l-għadd ta’ bini u unitajiet tal-bini jew l-erja tal-art tat-43 % tal-bini residenzjali bl-agħar rendiment, u tagħmel rakkomandazzjonijiet fejn meħtieġ. Dawk ir-rakkomandazzjonijiet jistgħu jinkludu użu aktar estensiv tal-istandards minimi tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. It-trajettorja nazzjonali għar-rinnovazzjoni progressiva tal-istokk tal-bini residenzjali għandha tirreferi għal data dwar l-istokk nazzjonali ta’ bini residenzjali, abbażi, kif xieraq, ta’ kampjuni statistiċi u ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija. Jekk is-sehem medju ta’ fjuwils fossili tal-użu tal-enerġija f’bini residenzjali jkun inqas minn 15 %, l-Istati Membri jistgħu jaġġustaw il-livelli stabbiliti fil-punti (a) u (b) tat-tielet subparagrafu, biex jiżguraw li l-użu medju tal-enerġija primarja f’kWh/(m2.y) tal-istokk kollu tal-bini residenzjali sal-2030, u kull ħames snin minn hemm ’il quddiem, ikun ekwivalenti għal, jew inqas minn valur iddeterminat fil-livell nazzjonali derivat minn tnaqqis lineari tal-użu medju tal-enerġija primarja mill-2020 sal-2050 f’konformità mat-trasformazzjoni tal-istokk tal-bini residenzjali fi stokk tal-bini b’emissjonijiet żero. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|