+Artikolu 19 2

Artikolu 19 2

2.   Meta f’unitajiet territorjali, il-livelli ta’ sustanzi niġġiesa fl-arja ambjentali jaqbżu kwalunkwe valur fil-mira għall-ożonu, stabbilit fit-Taqsima 2 tal-Anness I, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja għal dawk l-unitajiet territorjali li jistabbilixxu miżuri xierqa sabiex jinkiseb il-valur fil-mira għall-ożonu u biex il-perjodu ta’ qbiż jinżamm qasir kemm jista’ jkun. Dawk il-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja għandhom jiġu stabbiliti malajr kemm jista’ jkun u mhux iktar tard minn sentejn wara s-sena kalendarja li matulha jkun ġie rreġistrat il-qbiż tal-valur fil-mira għall-ożonu.

Meta f’unità territorjali partikolari qabża ta’ valur fil-mira għall-ożonu tkun diġà koperta minn pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri stabbiliti f’dak il-pjan direzzjonali jkunu xierqa biex il-perjodu ta’ qbiż jinżamm qasir kemm jista’ jkun u, meta jkun rilevanti, isegwu l-proċedura għall-aġġornament ta’ pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja kif stabbilit fil-paragrafu 5.

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu joqogħdu lura milli jistabbilixxu tali pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja jew pjanijiet direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja biex jindirizzaw il-qbiż tal-ożonu meta ma jkun hemm l-ebda potenzjal sinifikanti li jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet tal-ożonu, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet ġeografiċi u meteoroloġiċi, u meta l-miżuri jkunu jinvolvu kostijiet sproporzjonati.

Meta ma jiġix stabbilit pjan dwar il-kwalità tal-arja jew pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja, l-Istati Membri għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni dettaljata lill-pubbliku u lill-Kummissjoni dwar ir-raġuni għalfejn ma hemm l-ebda potenzjal sinifikanti li jitnaqqas il-qbiż li tirriżulta f’deċiżjoni li ma jiġix stabbilit pjan dwar il-kwalità tal-arja jew pjan direzzjonali dwar il-kwalità tal-arja.

Mill-inqas kull 5 snin, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw mill-ġdid il-potenzjal li jitnaqqsu l-konċentrazzjonijiet tal-ożonu.

Għall-unitajiet territorjali fejn il-valur fil-mira għall-ożonu jinqabeż, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programm nazzjonali rilevanti għall-kontroll tat-tniġġis tal-arja mħejji skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva (UE) 2016/2284 jinkludi miżuri li jindirizzaw il-prekursuri tal-ożonu koperti minn dik id-Direttiva.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L2881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.