+Artikolu 12 Kooperazzjoni transkonfinali
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.

Artikolu 12 Kooperazzjoni transkonfinali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.
Mingħajr preġudizzju għall-ftehimiet jew arranġamenti internazzjonali eżistenti rilevanti dwar kwistjonijiet relatati mal-ilma ambjentali, fejn l-ilmijiet fiż-żona ta' ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru jkunu affettwati b'mod negattiv minn skariki ta' ilma mormi urban minn Stat Membru ieħor jew minn pajjiż terz, l-Istat Membru li l-ilmijiet tiegħu jkunu affettwati għandu jinnotifika lill-Istat Membru l-ieħor jew lill-pajjiż terz u lill-Kummissjoni bil-fatti rilevanti.

Dik in-notifika għandha tkun immedjata fil-każ ta' tniġġis li jista' jaffettwa b'mod sinifikanti l-korpi tal-ilma 'l isfel minnhom. Fil-każ ta' kwalunkwe skariku li jaffettwa s-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent fi Stat Membru ieħor, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun seħħ l-iskariku għandu jiżgura li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor u l-Kummissjoni jiġu infurmati minnufih.

Artikolu 12 2.
L-Istati Membri għandhom iwieġbu lil xulxin b'mod f'waqtu, skont it-tip, l-importanza u l-konsegwenzi possibbli tal-inċident, wara n-notifika minn Stat Membru ieħor f'konformità mal-paragrafu 1.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw biex jidentifikaw l-iskariki inkwistjoni u l-miżuri li għandhom jittieħdu fis-sors biex jiġu protetti l-ilmijiet li jkunu affettwati sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' din id-Direttiva.

Artikolu 12 3.
L-Istati Membri kkonċernati għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tipparteċipa f'tali kooperazzjoni fuq talba tal-Istati Membri kkonċernati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024L3019
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.