+Artikolu 8 Servizzi ta’ aċċess għal partijiet terzi li jikkonċernaw faċilitajiet tal-ħażna tal-gass naturali, terminals tal-idroġenu, faċilitajiet tal-LNG u faċilitajiet tal-ħażna tal-idroġenu
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4
---+Artikolu 8 5
---+Artikolu 8 6
---+Artikolu 8 7

Artikolu 8 Servizzi ta’ aċċess għal partijiet terzi li jikkonċernaw faċilitajiet tal-ħażna tal-gass naturali, terminals tal-idroġenu, faċilitajiet tal-LNG u faċilitajiet tal-ħażna tal-idroġenu

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1

1.   L-operaturi tas-sistemi tal-LNG, l-operaturi tat-terminals tal-idroġenu, l-operaturi tal-ħażna tal-idroġenu u l-operaturi tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali għandhom:

(a)

joffru servizzi fuq bażi mhux diskriminatorja lill-utenti kollha tan-network li jilqgħu d-domanda tas-suq; b’mod partikolari, meta operatur tas-sistemi tal-LNG, operatur tat-terminals tal-idroġenu, operatur tal-ħażna tal-idroġenu jew operatur tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali joffri l-istess servizz lil klijenti differenti, għandu jagħmel dan taħt termini u kondizzjonijiet kuntrattwali ekwivalenti;

(b)

joffru servizzi li huma kompatibbli mal-użu tas-sistemi interkonnessi ta’ trasportazzjoni tal-gass naturali u tal-idroġenu u jiffaċilitaw l-aċċess b’kooperazzjoni mal-operatur tas-sistemi ta’ trażmissjoni jew mal-operatur tan-networks tal-idroġenu; u

(c)

jagħmlu pubbliku l-informazzjoni rilevanti, b’mod partikolari data dwar l-użu u d-disponibbiltà tas-servizzi, fi żmien kompatibbli mal-bżonnijiet kummerċjali raġonevoli tal-utenti tal-faċilitajiet tal-LNG, tal-faċilitajiet tal-ħażna tal-gass naturali, tat-terminals tal-idroġenu jew tal-faċilitajiet tal-ħażna tal-idroġenu, soġġett għall-monitoraġġ ta' tali pubblikazzjoni mill-awtorità regolatorja.

Artikolu 8 2

2.   Kull operatur tas-sistemi tal-ħażna tal-gass naturali u kull operatur tal-ħażna tal-idroġenu għandu:

(a)

jipprovdi servizzi ta’ aċċess għal partijiet terzi li jkunu kostanti u interruttibbli; il-prezz tal-kapaċità interruttibbli għandu jirrifletti l-probabbiltà ta’ interruzzjoni;

(b)

joffri lill-utenti tal-faċilità tal-ħażna servizzi għal perijodu fit-tul u għal perijodu qasir;

(c)

joffri lill-utenti tal-faċilità tal-ħażna servizzi ta’ kapaċità ta’ ħżin, kemm raggruppati kif ukoll separati.

Artikolu 8 3

3.   Kull operatur tas-sistemi tal-LNG għandu joffri servizzi raggruppati u separati lill-utenti tal-faċilità tal-LNG fi ħdan il-faċilità tal-LNG skont il-ħtiġijiet espressi mill-utenti tal-faċilità tal-LNG.

Artikolu 8 4

4.   Il-kuntratti tal-faċilitajiet tal-ħażna tal-LNG u tal-gass naturali u l-kuntratti tal-faċilitajiet tal-ħażna tal-idroġenu u tat-terminals tal-idroġenu ma għandhomx iwasslu għal tariffi li jkunu ogħla arbitrarjament meta jiġu ffirmati:

(a)

barra minn sena tal-gass b’dati inizjali mhux standard; jew

(b)

ta’ tul iqsar minn dak ta’ kuntratt standard fuq bażi annwali.

Artikolu 8 5

5.   Meta xieraq, jistgħu jingħataw servizzi ta’ aċċess għal partijiet terzi soġġetti għal garanziji adegwati mingħand l-utenti tan-network b’rabta mal-affidabbiltà kreditizja ta’ dawn l-utenti. Tali garanziji ma għandhomx jikkostitwixxu ostakli mhux ġustifikati għad-dħul fis-suq u għandhom ikunu nondiskriminatorji, trasparenti u proporzjonati.

Artikolu 8 6

6.   Il-limiti kuntrattwali fuq id-daqs minimu obbligatorju tal-kapaċità tal-faċilità tal-LNG jew tat-terminal tal-idroġenu u tal-kapaċità ta’ ħżin tal-gass naturali jew tal-idroġenu għandhom ikunu ġġustifikati abbażi ta’ restrizzjonijiet tekniċi, u għandhom jippermettu lill-utenti iżgħar tal-ħażna li jiksbu aċċess għas-servizzi ta’ ħażna.

Artikolu 8 7

7.   Il-paragrafi 1 sa 6 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jieħdu miżuri proporzjonati biex jirrestrinġu temporanjament il-provvisti ta’ LNG mill-Federazzjoni Russa u mill-Belarussja, għal perijodu ta’ żmien fiss, li jista’ jiġġedded jekk ikun ġustifikat, billi jillimitaw l-offerti bil-quddiem minn kwalunkwe utent tan-network wieħed l jew il-provvista għall-kapaċità ta’ faċilità tal-LNG lil kwalunkwe utent tan-network wieħed għal konsenji mill-Federazzjoni Russa jew mill-Belarussja, meta dak ikun meħtieġ biex jiġu protetti l-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom u dawk tal-Unjoni, dment li tali miżuri:

(a)

ma jfixklux bla bżonn il-funzjonament tajjeb tas-suq intern għall-gass naturali, u l-flussi transfruntieri tal-gass naturali bejn l-Istati Membri, u ma jdgħajfux is-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni jew ta’ Stat Membru;

(b)

jirrispettaw il-prinċipju ta’ solidarjetà enerġetika;

(c)

jittieħdu f’konformità mad-drittijiet u l-obbligi tal-Unjoni u tal-Istati Membri fir-rigward tal-pajjiżi terzi.

Filwaqt li titqies il-ħtieġa li tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni, il-miżuri meħuda mill-Istati Membri skont l-ewwel subparagrafu jistgħu jkollhom l-għan li jiddiversifikaw il-provvisti tal-LNG bil-ħsieb li titneħħa gradwalment id-dipendenza fuq il-gass naturali Russu, meta jista’ jintwera li tali miżuri huma meħtieġa biex jiġu protetti l-interessi essenzjali tas-sigurtà tagħhom u dawk tal-Unjoni.

Qabel ma jieħu deċiżjoni b’rabta ma’ miżura kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonsulta lill-Kummissjoni u, f’każ li x’aktarx jiġu affettwati mill-miżura kkonċernata, lil Stati Membri oħra, il-Partijiet Kontraenti tal-Komunità tal-Enerġija, pajjiżi terzi li jkunu Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq. L-Istat Membru kkonċernat għandu jqis b’mod sħiħ is-sitwazzjoni f’dawk l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, u kwalunkwe tħassib imqajjem f’dak ir-rigward minn dawk l-Istati Membri, il-pajjiżi terzi jew il-Kummissjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 15.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R1789
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.