+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (1)
---+Artikolu 2 (2)
---+Artikolu 2 (3)
---+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 2 (5)
---+Artikolu 2 (6)
---+Artikolu 2 (7)
---+Artikolu 2 (8)
---+Artikolu 2 (9)
---+Artikolu 2 (10)
---+Artikolu 2 (11)
---+Artikolu 2 (12)
---+Artikolu 2 (13)
---+Artikolu 2 (14)
---+Artikolu 2 (15)
---+Artikolu 2 (16)
---+Artikolu 2 (17)
---+Artikolu 2 (18)
---+Artikolu 2 (19)
---+Artikolu 2 (20)
---+Artikolu 2 (21)
---+Artikolu 2 (22)
---+Artikolu 2 (23)
---+Artikolu 2 (24)
---+Artikolu 2 (25)
---+Artikolu 2 (26)
---+Artikolu 2 (27)
---+Artikolu 2 (28)
---+Artikolu 2 (29)
---+Artikolu 2 (30)
---+Artikolu 2 (31)
---+Artikolu 2 (32)
---+Artikolu 2 (33)
---+Artikolu 2 (34)
---+Artikolu 2 (35)
---+Artikolu 2 (36)
---+Artikolu 2 (37)
---+Artikolu 2 (38)
---+Artikolu 2 (39)
---+Artikolu 2 (40)
---+Artikolu 2 (41)
---+Artikolu 2 (42)
---+Artikolu 2 (43)
---+Artikolu 2 (44)
---+Artikolu 2 (45)
---+Artikolu 2 (46)
---+Artikolu 2 (47)
---+Artikolu 2 (48)
---+Artikolu 2 (49)
---+Artikolu 2 (50)
---+Artikolu 2 (51)
---+Artikolu 2 (52)
---+Artikolu 2 (53)
---+Artikolu 2 (54)
---+Artikolu 2 (55)
---+Artikolu 2 (56)
---+Artikolu 2 (57)
---+Artikolu 2 (58)
---+Artikolu 2 (59)
---+Artikolu 2 (60)
---+Artikolu 2 (61)
---+Artikolu 2 (62)
---+Artikolu 2 (63)
---+Artikolu 2 (64)
---+Artikolu 2 (65)
---+Artikolu 2 (66)
---+Artikolu 2 (67)
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 (1)
|
“servizz ta’ kontroll tal-ajrudrom” tfisser servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru (ATC) għat-traffiku tal-ajrudrom;
|
|
Artikolu 2 (2)
|
“servizz ta’ informazzjoni ajrunawtika” jew “AIS” tfisser servizz, stabbilit f’żona definita ta’ kopertura, responsabbli għall-forniment ta’ informazzjoni ajrunawtika u data meħtieġa għas-sikurezza, ir-regolarità u l-effiċjenza tan-navigazzjoni bl-ajru;
|
|
Artikolu 2 (3)
|
“Aġenzija” tfisser l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea stabbilita permezz tar-Regolament (UE) 2018/1139;
|
|
Artikolu 2 (4)
|
“fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru” tfisser entità pubblika jew privata li tipprovdi servizz wieħed jew aktar tan-navigazzjoni bl-ajru għat-traffiku tal-ajru ġenerali;
|
|
Artikolu 2 (5)
|
“servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru” jew “ANS” tfisser servizzi tat-traffiku tal-ajru; servizzi tal-komunikazzjoni, tan-navigazzjoni u tas-sorveljanza (CNS) inkluż servizzi li jsaħħu s-sinjali emessi mis-satelliti tal-kostellazzjonijiet ewlenin tal-GNSS għall-finijiet tan-navigazzjoni bl-ajru; servizzi meteoroloġiċi għan-navigazzjoni bl-ajru (MET); servizzi ta’ informazzjoni ajrunawtika (AIS); u servizzi tad-data dwar it-traffiku tal-ajru (ADS);
|
|
Artikolu 2 (6)
|
“servizz ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru” jew “servizz ta’ ATC” tfisser servizz ipprovdut bil-għan li:
|
(a)
|
li jimpedixxi kolliżjonijiet:
|
(i)
|
bejn inġenji tal-ajru;
|
|
(ii)
|
fiż-żona tal-immanuvrar bejn l-inġenji tal-ajru u l-ostakli;
|
|
|
(b)
|
li jħaffef u jżomm fluss ordnat ta’ traffiku tal-ajru;
|
|
|
Artikolu 2 (7)
|
“servizzi tad-data dwar it-traffiku tal-ajru” jew “ADS” tfisser servizzi li jikkonsistu fil-ġbir, l-aggregazzjoni u l-integrazzjoni ta’ data operazzjonali mingħand fornituri ta’ servizzi ta’ sorveljanza, mingħand fornituri ta’ servizzi tal-MET u tal-AIS u funzjonijiet tan-network, u mingħand entitajiet rilevanti oħra li jiġġeneraw data operazzjonali, u l-forniment ta’ data pproċessata għall-finijiet ta’ kontroll tat-traffiku tal-ajru u ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru;
|
|
Artikolu 2 (8)
|
“ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru” jew “ATFM” tfisser funzjoni stabbilita bil-għan li tikkontribwixxi għal fluss sikur, ordnat u veloċi tat-traffiku tal-ajru li jkopri t-trajettorja kollha billi tiżgura li l-kapaċità tal-ATC tiġi sfruttata bl-aħjar mod possibbli, u li l-volum tat-traffiku jkun kompatibbli mal-kapaċitajiet iddikjarati mill-fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru;
|
|
Artikolu 2 (9)
|
“ġestjoni tat-traffiku tal-ajru” jew “ATM” tfisser l-aggregazzjoni tal-funzjonijiet u s-servizzi fl-ajru u dawk ibbażati fl-art, jiġifieri servizzi tat-traffiku tal-ajru, ġestjoni tal-ispazju tal-ajru u ġestjoni tal-fluss tat-traffiku tal-ajru, inkluż it-tfassil tal-proċeduri tat-titjir, meħtieġ biex ikun żgurat il-moviment sikur u effiċjenti tal-inġenju tal-ajru matul il-fażijiet kollha tal-operazzjonijiet;
|
|
Artikolu 2 (10)
|
“servizzi tat-traffiku tal-ajru” tfisser is-servizzi varji ta’ informazzjoni dwar it-titjir, servizzi ta’ twissija u servizzi ta’ avviżi dwar it-traffiku tal-ajru, kif ukoll servizzi ta’ ATC, jiġifieri servizzi taż-żona, ta’ avviċinament u ta’ kontroll tal-ajrudrom;
|
|
Artikolu 2 (11)
|
“blokk tal-ispazju tal-ajru” tfisser spazju tal-ajru ta’ dimensjonijiet definiti, fl-ispazju u fil-ħin, li jikkonsisti fi struttura tal-ispazju tal-ajru waħda jew aktar, li fi ħdanu jingħataw servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru;
|
|
Artikolu 2 (12)
|
“ġestjoni tal-ispazju tal-ajru” tfisser funzjoni ta’ ppjanar u monitoraġġ bl-għan primarju li tottimizza l-użu tal-ispazju tal-ajru disponibbli permezz ta’ kondiviżjoni dinamika tal-ħin u, xi drabi, permezz tas-segregazzjoni tal-ispazju tal-ajru fost il-kategoriji varji tal-utenti tal-ispazju tal-ajru abbażi tal-ħtiġijiet fuq perjodu qasir;
|
|
Artikolu 2 (13)
|
“struttura tal-ispazju tal-ajru” tfisser volum speċifiku ta’ spazju tal-ajru definit bil-ħsieb li ikun żgurat it-tħaddim sikur u ottimali ta’ inġenju tal-ajru;
|
|
Artikolu 2 (14)
|
“utenti tal-ispazju tal-ajru” tfisser l-operaturi tal-inġenji tal-ajru kollha operati f’konformità mar-regoli dwar it-traffiku tal-ajru ġenerali;
|
|
Artikolu 2 (15)
|
“servizz ta’ twissija” tfisser servizz ipprovdut biex jinnotifika lill-organizzazzjonijiet rilevanti dwar ajruplani fi bżonn ta’ għajnuna ta’ tiftix u salvataġġ, u biex jgħin tali organizzazzjonijiet skont il-ħtieġa;
|
|
Artikolu 2 (16)
|
“servizz ta’ kontroll tal-avviċinament” tfisser servizz ta’ ATC għat-titjiriet ikkontrollati li ser jaslu jew jitilqu;
|
|
Artikolu 2 (17)
|
“servizz ta’ kontroll taż-żona” tfisser servizz ta’ ATC għal titjiriet ikkontrollati f’żoni ta’ kontroll;
|
|
Artikolu 2 (18)
|
“valur ta’ bażi” tfisser valur definit għall-fini tal-istabbiliment ta’ miri ta’ prestazzjoni u stmat permezz tal-użu tal-kostijiet reali jew kostijiet unitarji reali tul is-sena ta’ qabel il-bidu tal-perjodu referenzjarju rilevanti;
|
|
Artikolu 2 (19)
|
“grupp ta’ parametri referenzjarji” tfisser grupp ta’ fornituri tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru b’ambjent operazzjonali u ekonomiku simili;
|
|
Artikolu 2 (20)
|
“valur diżaggregat” tfisser il-valur miksub, għal fornitur partikolari ta’ servizz tat-traffiku tal-ajru, meta mira ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha tinqasam għal-livell ta’ fornitur wieħed jew aktar tas-servizzi tat-traffiku tal-ajru, u li jservi bħala referenza għall-valutazzjoni tal-konsistenza tal-mira ta’ prestazzjoni stabbilita fl-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni mal-mira ta’ prestazzjoni għall-Unjoni kollha;
|
|
Artikolu 2 (21)
|
“ċertifikat” tfisser “ċertifikat” kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (12), tar-Regolament (UE) 2018/1139;
|
|
Artikolu 2 (22)
|
“servizz ta’ informazzjoni komuni” jew “CIS” tfisser servizz li jikkonsisti fid-disseminazzjoni ta’ data statika u dinamika li jippermetti l-forniment ta’ servizzi tal-U-space għall-ġestjoni tat-traffiku ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord;
|
|
Artikolu 2 (23)
|
“spazju tal-ajru tal-U-space” tfisser żona ġeografika għall-UAS iddeżinjata mill-Istati Membri, fejn l-operazzjonijiet tal-UAS jitħallew isiru biss bl-appoġġ ta’ servizzi tal-U-space;
|
|
Artikolu 2 (24)
|
“servizz tal-U-space” tfisser servizz li jiddependi fuq is-servizzi diġitali u l-awtomatizzazzjoni tal-funzjonijiet imfassla biex jappoġġaw l-aċċess sikur, effiċjenti u sigur għall-ispazju tal-ajru tal-U-space għal għadd kbir ta’ UAS;
|
|
Artikolu 2 (25)
|
“fornitur tas-servizz tal-U-space” tfisser kwalunkwe persuna ġuridika li tipprovdi servizzi tal-U-space;
|
|
Artikolu 2 (26)
|
“servizzi ta’ komunikazzjoni” tfisser servizzi ajrunawtiċi fissi jew mobbli li jagħmlu possibbli l-komunikazzjonijiet mill-art għall-art, mill-ajru għall-art u mill-ajru għall-ajru għall-finijiet ta’ ATC;
|
|
Artikolu 2 (27)
|
“kostitwenti” tfisser oġġetti tanġibbli, bħal hardware, u oġġetti intanġibbli, bħal software, li fuqhom tiddependi l-interoperabbiltà tan-network Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (EATMN);
|
|
Artikolu 2 (28)
|
“żona ta’ kontroll” tfisser spazju tal-ajru kkontrollat li jestendi ’l fuq minn limitu speċifiku ’l fuq minn wiċċ id-dinja;
|
|
Artikolu 2 (29)
|
“teħid tad-deċiżjonijiet kooperattiv” tfisser proċess li fih id-deċiżjonijiet jittieħdu abbażi ta’ interazzjoni u konsultazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru, ma’ partijiet ikkonċernati operazzjonali u ma’ atturi oħra, kif adatt, u li għandu l-għan li jintlaħaq kunsens;
|
|
Artikolu 2 (30)
|
“servizzi transfruntieri” tfisser servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru provduti fi Stat Membru wieħed minn fornitur ta’ servizzi li jkollu l-post tan-negozju prinċipali tiegħu fi Stat Membru ieħor;
|
|
Artikolu 2 (31)
|
“dikjarazzjoni” tfisser, għall-finijiet tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, “dikjarazzjoni” kif definita fl-Artikolu 3, il-punt (10), tar-Regolament (UE) 2018/1139;
|
|
Artikolu 2 (32)
|
“disinn tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru” tfisser proċess li jiżgura l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ kapaċitajiet u ta’ tekniki avvanzati ta’ navigazzjoni, ta’ networks ta’ rotot imtejba u s-settorizzazzjoni assoċjata, ta’ strutturi ottimizzati tal-ispazju tal-ajru, u ta’ proċeduri ta’ ATM li jsaħħu l-kapaċità;
|
|
Artikolu 2 (33)
|
“żona ta’ imposti en route” tfisser volum ta’ spazju tal-ajru li jestendi mill-art ’il fuq sal-ispazju tal-ajru ta’ fuq, b’dan inkluż, fejn jingħataw servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru en route u li għalihom jiġu stabbiliti bażi tal-kost unika;
|
|
Artikolu 2 (34)
|
“EUROCONTROL” hija l-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni bl-Ajru stabbilita bil-Konvenzjoni Internazzjonali tat-13 ta’ Diċembru 1960 dwar il-Kooperazzjoni għas-Sikurezza tan-Navigazzjoni bl-Ajru;
|
|
Artikolu 2 (35)
|
“network Ewropew għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru” jew “EATMN” tfisser il-ġabra ta’ sistemi, imsemmija fil-punt 3.1 tal-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2018/1139, li tippermetti li jingħataw servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fl-Unjoni, inkluż l-interfaċċi fil-fruntieri ma’ pajjiżi terzi;
|
|
Artikolu 2 (36)
|
“Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM” tfisser il-pjan approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/320/KE (18), kif emendat sussegwentement;
|
|
Artikolu 2 (37)
|
“użu flessibbli tal-ispazju tal-ajru” tfisser kunċett tal-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru, kif deskritt mill-ICAO, ibbażat fuq il-prinċipju fundamentali li l-ispazju tal-ajru ma għandux jiġix deżinjat bħala spazju tal-ajru purament ċivili jew militari, iżda għandu pjuttost jitqies bħala continuum li fih, sa fejn ikun possibbli, ir-rekwiżiti kollha tal-utenti jridu jiġu akkomodati;
|
|
Artikolu 2 (38)
|
“servizz ta’ informazzjoni dwar it-titjir” tfisser servizz provdut għall-fini li jingħataw pariri u informazzjoni utli għat-twettiq sikur u effiċjenti tat-titjiriet;
|
|
Artikolu 2 (39)
|
“tfassil ta’ proċeduri tat-titjir” tfisser il-kompiti kollha rilevanti għat-tfassil ta’ proċedura tat-titjira bl-istrumenti;
|
|
Artikolu 2 (40)
|
“traffiku tal-ajru ġenerali” tfisser il-movimenti kollha tal-inġenji tal-ajru ċivili, kif ukoll il-movimenti kollha tal-inġenji tal-ajru tal-Istat (inkluż inġenji tal-ajru militari, doganali u tal-pulizija) meta dawk il-movimenti jitwettqu f’konformità mal-proċeduri tal-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO), kif stabbilita mill-Konvenzjoni ta’ Chicago;
|
|
Artikolu 2 (41)
|
“regoli tat-titjir bl-istrumenti” jew “IFR - instrument flight rules” huma regoli li jippermettu li inġenju tal-ajru li huwa mgħammar b’tagħmir tan-navigazzjoni xieraq adattat għar-rotta jittajjar f’konformità mar-rekwiżiti applikabbli fuq l-operazzjonijiet tal-ajru;
|
|
Artikolu 2 (42)
|
“movimenti tat-trasport bl-ajru IFR fis-sena” tfisser is-somma ta’ qtugħ mill-art u nżul l-art imwettqa skont l-IFR, ikkalkulata bħala l-medja annwali matul it-tliet snin kalendarji ta’ qabel is-sena li fiha għandu jiġi ppreżentat l-abbozz tal-pjan ta’ prestazzjoni;
|
|
Artikolu 2 (43)
|
“interoperabbiltà” tfisser sett ta’ proprjetajiet funzjonali, tekniċi u operazzjonali meħtieġa mis-sistemi u kostitwenti tal-EATMN u tal-proċeduri għat-tħaddim tiegħu, biex tkun jista’ jitwettaq it-tħaddim sikur, bla xkiel u effiċjenti tiegħu;
|
|
Artikolu 2 (44)
|
“servizzi meteoroloġiċi għan-navigazzjoni bl-ajru” jew “MET” tfisser il-faċilitajiet u s-servizzi li jipprovdu tbassir meteoroloġiku, twissijiet, tagħrif u osservazzjonijiet għall-finijiet tan-navigazzjoni bl-ajru, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni u data meteoroloġika oħra mogħtija mill-Istati għal użu ajrunawtiku;
|
|
Artikolu 2 (45)
|
“awtorità kompetenti nazzjonali” tfisser awtorità kompetenti nazzjonali kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (34), tar-Regolament (UE) 2018/1139;
|
|
Artikolu 2 (46)
|
“awtorità superviżorja nazzjonali” tfisser il-korp jew il-korpi nazzjonali fdati minn Stat Membru bil-kompiti skont dan ir-Regolament;
|
|
Artikolu 2 (47)
|
“servizzi tan-navigazzjoni” tfisser il-faċilitajiet u s-servizzi li jipprovdu lill-inġenji tal-ajru b’informazzjoni dwar il-pożizzjoni u l-ħin;
|
|
Artikolu 2 (48)
|
“kriżi tan-network” tfisser stat ta’ inkapaċità li jiġu pprovduti servizzi ta’ ġestjoni tat-traffiku tal-ajru jew tan-navigazzjoni bl-ajru fil-livell meħtieġ, li jirriżulta f’telf kbir tal-kapaċità tan-network; żbilanċ kbir bejn il-kapaċità tan-network u d-domanda; jew falliment kbir fil-fluss tal-informazzjoni f’parti waħda jew f’diversi partijiet tan-network, jew fl-integrità tagħhom, wara sitwazzjoni mhux tas-soltu jew imprevista;
|
|
Artikolu 2 (49)
|
“Maniġer tan-Network” tfisser l-entità fdata bil-kompiti meħtieġa biex tikkontribwixxi għat-twettiq, f’konformità mal-Artikolu 38, tal-funzjonijiet tan-network imsemmija fl-Artikolu 37;
|
|
Artikolu 2 (50)
|
“Pjan Operattiv għan-Network” jew “NOP” tfisser pjan stabbilit permezz ta’ proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet kooperattiv għall-implimentazzjoni fil-livell operazzjonali tal-objettivi tal-funzjonijiet tan-network, u biex jingħata kontribut lejn l-objettivi tal-prestazzjoni;
|
|
Artikolu 2 (51)
|
“Pjan Strateġiku għan-Network” jew “NSP” tfisser pjan stabbilit permezz ta’ proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet kooperattiv li jiggwida l-iżvilupp fit-tul tan-network;
|
|
Artikolu 2 (52)
|
“traffiku tal-ajru operazzjonali” tfisser it-titjiriet kollha, li ma jikkonformawx mad-dispożizzjonijiet iddikjarati għat-traffiku tal-ajru ġenerali u li għalihom ikunu ġew speċifikati regoli u proċeduri mill-awtoritajiet nazzjonali xierqa;
|
|
Artikolu 2 (53)
|
“data operazzjonali” tfisser informazzjoni dwar il-fażijiet kollha tat-titjir li hija meħtieġa għal finijiet operazzjonali minn fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru, utenti tal-ispazju tal-ajru, operaturi tal-ajruporti u atturi oħra involuti;
|
|
Artikolu 2 (54)
|
“partijiet ikkonċernati operazzjonali” tfisser l-utenti ċivili u militari tal-ispazju tal-ajru, il-fornituri ta’ servizzi ċivili u militari tan-navigazzjoni bl-ajru u l-operaturi tal-ajruporti;
|
|
Artikolu 2 (55)
|
“pjan ta’ prestazzjoni” tfisser pjan li jkollu l-għan li jtejjeb il-prestazzjoni tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru u tal-funzjonijiet tan-network;
|
|
Artikolu 2 (56)
|
“tqegħid fis-servizz” tfisser l-ewwel użu operazzjonali wara l-installazzjoni inizjali jew l-aġġornament ta’ sistema;
|
|
Artikolu 2 (57)
|
“network ta’ rotot” tfisser network ta’ rotot speċifiċi biex il-fluss tat-traffiku tal-ajru ġenerali jkun direzzjonat skont ma jkun meħtieġ għall-forniment ta’ servizzi ta’ ATC;
|
|
Artikolu 2 (58)
|
“fażi tad-definizzjoni ta’ SESAR” tfisser il-fażi li tinkludi l-istabbiliment u l-aġġornament tal-viżjoni fit-tul tal-proġett SESAR, tal-kunċett relatat tal-operazzjonijiet li jippermettu titjib f’kull stadju tat-titjira, tal-bidliet operazzjonali essenzjali meħtieġa fi ħdan l-EATMN u tal-prijoritajiet tal-iżvilupp u tal-użu meħtieġa;
|
|
Artikolu 2 (59)
|
“fażi tal-mobilizzazzjoni ta’ SESAR” tfisser il-fażijiet suċċessivi tal-industrijalizzazzjoni u l-implimentazzjoni, li matulhom jitwettqu l-attivitajiet li ġejjin: l-istandardizzazzjoni, il-produzzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ tagħmir u proċessi fuq l-art u fl-ajru meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-soluzzjonijiet tas-SESAR (industrijalizzazzjoni); u l-akkwist, l-installazzjoni u t-tqegħid fis-servizz ta’ tagħmir u sistemi bbażati fuq soluzzjonijiet SESAR, inkluż proċeduri operazzjonali assoċjati (implimentazzjoni);
|
|
Artikolu 2 (60)
|
“fażi tal-iżvilupp ta’ SESAR” tfisser il-fażi li matulha jitwettqu attivitajiet ta’ riċerka, żvilupp u validazzjoni bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet SESAR maturi;
|
|
Artikolu 2 (61)
|
“proġett SESAR” tfisser il-proġett għall-immodernizzar tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fl-Ewropa bl-għan li l-Unjoni jkollha infrastruttura tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru bi prestazzjoni għolja, standardizzata u interoperabbli, u li jikkonsisti f’ċiklu ta’ innovazzjoni li jinkludi l-fażi tad-definizzjoni ta’ SESAR, il-fażi tal-iżvilupp ta’ SESAR u l-fażi tal-mobilizzazzjoni ta’ SESAR;
|
|
Artikolu 2 (62)
|
“soluzzjoni SESAR” tfisser eżitu li jista’ jiġi applikat tal-fażi tal-iżvilupp ta’ SESAR li jintroduċi proċeduri operazzjonali jew teknoloġiji ġodda jew imtejba standardizzati u interoperabbli;
|
|
Artikolu 2 (63)
|
“servizzi ta’ sorveljanza” tfisser il-faċilitajiet u s-servizzi użati biex jiġu ddeterminati l-pożizzjonijiet rispettivi ta’ inġenju tal-ajru biex jippermettu separazzjoni sikura;
|
|
Artikolu 2 (64)
|
“sistema” tfisser l-aggregazzjoni ta’ kostitwenti fl-ajru u dawk ibbażati fl-art, kif ukoll tagħmir ibbażat fl-ispazju, li tipprovdi appoġġ għal servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għall-fażijiet kollha tat-titjir;
|
|
Artikolu 2 (65)
|
“żona ta’ imposti fit-terminal” tfisser ajruport jew grupp ta’ ajruporti, li jinsabu fit-territorji ta’ Stat Membru jew Stati Membri, fejn jiġu pprovduti servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal u li għalihom tiġi stabbilita bażi tal-kost unika;
|
|
Artikolu 2 (66)
|
“aġġornament” tfisser kull modifikazzjoni li tbiddel il-karatteristiċi operazzjonali ta’ sistema;
|
|
Artikolu 2 (67)
|
“utilizzazzjoni tal-istrutturi tal-ispazju tal-ajru” tfisser il-mod kif l-istrutturi tal-ispazju tal-ajru jintużaw operazzjonalment, li għandu jinftiehem bħala differenti mill-ġestjoni tal-ispazju tal-ajru kif definita fil-punt 12.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|