5. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-forniment ta’ servizzi tat-traffiku tal-ajru en route jirrispetta r-rekwiżit li jikkonċerna s-separazzjoni tal-kontijiet imsemmija fl-Artikolu 36(3).
Barra minn hekk, fejn il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jkun beħsiebu jipparteċipa fi proċeduri ta’ akkwist għall-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru f’konformità mal-paragrafi 1 u 2, l-Istat Membru rilevanti għandu jieħu l-miżuri xierqa biex jevita s-sussidjar inkroċjat ma’ servizzi oħra tan-navigazzjoni bl-ajru.