+Artikolu 29 Prinċipji għall-iskema ta’ imposti
---+Artikolu 29 1
---+Artikolu 29 2
---+Artikolu 29 3
---+Artikolu 29 4
---+Artikolu 29 5
---+Artikolu 29 6
|
Artikolu 29 Prinċipji għall-iskema ta’ imposti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 29 1
|
1. Mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri jiffinanzjaw il-forniment ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru koperti f’dan l-Artikolu permezz ta’ fondi pubbliċi, sa fejn dan ikun konformi mar-regoli tat-Trattat dwar il-kompetizzjoni fejn applikabbli, l-imposti għas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru għandhom jiġu ddeterminati, imposti u infurzati fuq l-utenti tal-ispazju tal-ajru.
L-iskema ta’ imposti stabbilita skont dan l-Artikolu u l-Artikoli 30 sa 32 għandha tkun konsistenti mal-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni ta’ Chicago. Għall-imposti en route, l-iskema ta’ imposti stabbilita skont dan ir-Regolament u l-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 33 u s-sistema ta’ imposti tal-EUROCONTROL għall-imposti en route għandhom ikunu konsistenti.
|
|
Artikolu 29 2
|
2. L-Artikoli 29 sa 36 ma għandhomx japplikaw għal servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal ipprovduti f’ajruporti, li jinsabu fit-territorju tal-Istati Membri li għalihom japplika t-Trattat, b’inqas minn 80 000 movimenti tat-trasport bl-ajru IFR fis-sena. Madankollu, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li tali servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru fit-terminal ikunu soġġetti għal dawk l-Artikoli.
|
|
Artikolu 29 3
|
3. L-imposti għandhom ikunu bbażati fuq il-kostijiet tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru deżinjati skont l-Artikolu 8 u 10 mġarrba fir-rigward ta’ servizzi u funzjonijiet għall-benefiċċju tal-utenti tal-ispazju tal-ajru tul perjodi referenzjarji fissi kif definit fl-Artikolu 21(3). Dawk il-kostijiet jistgħu jinkludu redditu raġonevoli fuq l-assi.
|
|
Artikolu 29 4
|
4. L-imposti għandhom iħeġġu l-forniment sikur, effiċjenti, effettiv u sostenibbli ta’ servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru biex jinkiseb livell għoli ta’ sikurezza u kosteffiċjenza filwaqt li jnaqqsu l-impatt ambjentali tal-avjazzjoni.
|
|
Artikolu 29 5
|
5. Id-dħul riċevut minn fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru deżinjat skont l-Artikoli 8 u 10 minn imposti li jġarrbu l-utenti tal-ispazju tal-ajru f’konformità ma’ dan l-Artikolu ma għandux jintuża biex jiffinanzja servizzi li dak il-fornitur tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru jipprovdi bil-kundizzjonijiet tas-suq f’konformità mal-Artikolu 11 jew biex tiġi ffinanzjata kwalunkwe attività kummerċjali oħra minn dak il-fornitur.
|
|
Artikolu 29 6
|
6. Id-data finanzjarja dwar il-kostijiet iddeterminati, il-kostijiet reali u d-dħul relatat tal-fornituri tas-servizzi tan-navigazzjoni bl-ajru deżinjati għandha tiġi rrapportata lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Għall-fini li l-Kummissjoni tkun tista’ twettaq il-kompiti tagħha skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom jirrapportaw dik id-data lill-Kummissjoni f’konformità mal-modalitajiet definiti fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 33. Id-data finanzjarja dwar il-kostijiet iddeterminati, il-kostijiet reali u d-dħul relatat għandha tkun disponibbli għall-utenti tal-ispazju tal-ajru, u għandha tiġi ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 52(3).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 11.11.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32024R2803
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|