+Artikolu 39
---+Artikolu 39 1.
---+Artikolu 39 2.
---+Artikolu 39 3.
---+Artikolu 39 4.
---+Artikolu 39 5.
---+Artikolu 39 6.
---+Artikolu 39 7.
---+Artikolu 39 8.
---+Artikolu 39 9.

Artikolu 39

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 39 1.
Sabiex tappoġġa l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u abbażi tal-informazzjoni statistika msemmija fil-paragrafi 5 u 6, l-eu-LISA għandha tippubblika, kull tliet xhur, statistika dwar il-funzjonament tar-router, u dwar il-konformità tat-trasportaturi bl-ajru mal-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament. Dik l-istatistika ma għandhiex tagħti lok għall-identifikazzjoni ta’ individwi.
Artikolu 39 2.
Għall-finijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, ir-router għandu jittrażmetti b’mod awtomatiku d-data elenkata fil-paragrafi 5 u 6 lis-CRRS.
Artikolu 39 3.
Sabiex tappoġġa l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, kull sena, l-eu-LISA għandha tiġbor id-data statistika f’rapport annwali għas-sena preċedenti. Għandha tippubblika dak ir-rapport annwali u tibagħtu lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni tal-API msemmijin fl-Artikolu 37. Ir-rapport annwali ma għandux jiżvela metodi ta’ ħidma kunfidenzjali jew jipperikola investigazzjonijiet li jkunu għaddejjin tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.
Artikolu 39 4.
Fuq talba tal-Kummissjoni, l-eu-LISA għandha tipprovdilha statistika dwar aspetti speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament kif ukoll l-istatistika skont il-paragrafu 3.
Artikolu 39 5.

Is-CRRS għandu jipprovdi lill-eu-LISA bl-informazzjoni statistika meħtieġa li ġejja għar-rapportar imsemmi fl-Artikolu 44 u għall-ġenerazzjoni tal-istatistika f’konformità ma’ dan l-Artikolu, mingħajr ma statistika bħal din dwar id-data tal-API tippermetti l-identifikazzjoni tal-passiġġieri kkonċernati:

(a) 

jekk id-data tikkonċernax passiġġier jew membru tal-ekwipaġġ;

(b) 

in-nazzjonalità, is-sess u s-sena tat-twelid tal-passiġġier jew tal-membru tal-ekwipaġġ;

(c) 

id-data u l-punt inizjali tal-imbark, id-data u l-ajruport tat-tluq, u d-data u l-ajruport tal-wasla;

(d) 

it-tip tad-dokument tal-ivvjaġġar, il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti u d-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar;

(e) 

l-għadd ta’ passiġġieri li jkunu għamlu ċ-check-in fuq l-istess titjira;

(f) 

il-kodiċi tat-trasportatur bl-ajru li jopera t-titjira;

(g) 

jekk it-titjira hijiex titjira skedata jew titjira mhux skedata;

(h) 

jekk id-data tal-API ġietx ittrasferita immedjatament wara l-għeluq tat-titjira;

(i) 

jekk id-data personali tal-passiġġier hijiex preċiża, kompluta u aġġornata.

(j) 

il-mezzi tekniċi użati biex tinġabar id-data tal-API.

Artikolu 39 6.

Is-CRRS għandu jipprovdi lill-eu-LISA bl-informazzjoni statistika meħtieġa li ġejja għar-rapportar imsemmi fl-Artikolu 44 u għall-ġenerazzjoni tal-istatistika f’konformità ma’ dan l-Artikolu, mingħajr ma statistika bħal din dwar data oħra tal-PNR tippermetti l-identifikazzjoni tal-passiġġieri kkonċernati:

(a) 

id-data u l-ħin meta r-router ikun irċieva l-messaġġ tal-PNR;

(b) 

informazzjoni dwar it-titjira inkluża fl-itinerarju tal-vjaġġ fil-messaġġ tal-PNR speċifiku;

(c) 

informazzjoni dwar il-kondiviżjoni tal-kodiċi inkluża fil-messaġġ speċifiku tal-PNR.

Artikolu 39 7.
Għall-finijiet tar-rapportar imsemmi fl-Artikolu 44 u għall-ġenerazzjoni tal-istatistika f’konformità ma’ dan l-Artikolu, l-eu-LISA għandha taħżen id-data msemmija fil-paragrafi 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu fis-CRRS. Għandha taħżen dik id-data għal perjodu ta’ ħames snin f’konformità mal-paragrafu 2, filwaqt li tiżgura li d-data ma tippermettix l-identifikazzjoni tal-passiġġieri kkonċernati. Is-CRRS għandu jipprovdi lill-persunal debitament awtorizzat tal-PIUs u awtoritajiet rilevanti oħra tal-Istati Membri b’rapporti u statistika adattabbli skont il-ħtieġa dwar id-data tal-API kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u data oħra tal-PNR kif imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għall-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 39 8.
L-użu tad-data msemmija fil-paragrafi 5 u 6 ta’ dan l-Artikolu ma għandux jirriżulta fit-tfassil ta’ profili ta’ individwi kif imsemmi fl-Artikolu 11(3) tad-Direttiva (UE) 2016/680 jew f’diskriminazzjoni kontra persuni għar-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 21 tal-Karta. Id-data msemmija fil-paragrafu 5 u fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu ma għandhiex tintuża biex tiġi paragunata jew titqabbel ma’ data personali jew biex tiġi kkombinata ma’ data personali.
Artikolu 39 9.
Il-proċeduri stabbiliti mill-eu-LISA biex timmonitorja l-iżvilupp u l-funzjonament tar-router imsemmi fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (UE) 2019/818 għandhom jinkludu l-possibbiltà li jiġu prodotti statistiki regolari biex jiġi żgurat dak il-monitoraġġ.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0013
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.