9. Id-distributuri finali kif imsemmija fil-paragrafu 6 għandhom jieħdu lura, mingħajr ħlas, l-imballaġġ riutilizzabbli kollu tal-istess tip, forma u daqs bħall-imballaġġ li jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq, f'dik is-sistema speċifika għall-użu mill-ġdid fil-punt tal-bejgħ, filwaqt li jiżguraw l-irkupru u r-ritorn ta' tali imballaġġ tul il-katina tad-distribuzzjoni kollha. Id-distributuri finali għandhom jiżguraw li l-utenti finali jkunu jistgħu jirritornaw l-imballaġġ fil-post fejn isir it-trasferiment fiżiku ta' dan l-imballaġġ jew fil-viċinanza immedjata tiegħu. Id-distributur finali għandu jirrimborża d-depożiti assoċjati kollha jew jinnotifika r-ritorn tal-imballaġġ skont ir-regoli ta' governanza tas-sistema speċifika għall-użu mill-ġdid, sabiex kwalunkwe depożitu assoċjat jiġi rimborżat, skont il-każ.