+Artikolu 58 Proċedura għall-indirizzar tal-imballaġġ li jippreżenta riskju fil-livell nazzjonali
---+Artikolu 58 1
---+Artikolu 58 2
---+Artikolu 58 3
---+Artikolu 58 4
---+Artikolu 58 5
---+Artikolu 58 6
---+Artikolu 58 7
---+Artikolu 58 8
---+Artikolu 58 9
|
Artikolu 58 Proċedura għall-indirizzar tal-imballaġġ li jippreżenta riskju fil-livell nazzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 58 1
|
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2019/1020, meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru partikolari jkollhom raġuni suffiċjenti biex jemmnu li l-imballaġġ kopert minn dan ir-Regolament jippreżenta riskju għall-ambjent jew għas-saħħa tal-bniedem, huma għandhom, mingħajr dewmien żejjed, iwettqu evalwazzjoni fir-rigward tal-imballaġġ ikkonċernat li tkopri r-rekwiżiti kollha stabbiliti f'dan ir-Regolament li huma rilevanti għal dak ir-riskju. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw kif meħtieġ mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet responsabbli għall-infurzar ta' dan ir-Regolament għandhom isegwu l-ilmenti jew ir-rapporti relatati mal-allegat nuqqas ta' konformità tal-imballaġġ ma' dan ir-Regolament, u jivverifikaw li tkun ittieħdet l-azzjoni korrettiva xierqa.
Meta, matul l-evalwazzjoni mwettqa skont l-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-imballaġġ ma jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, dawn għandhom, mingħajr dewmien, jirrikjedu lill-operatur ekonomiku rilevanti jieħu azzjoni korrettiva xierqa u proporzjonata, f'perjodu preskritt mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq li jkun raġonevoli u proporzjonat man-natura u, meta rilevanti, il-grad tan-nuqqas ta' konformità, biex l-imballaġġ isir konformi ma' dawk ir-rekwiżiti.
|
|
Artikolu 58 2
|
2. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1, meta jkun hemm riskju għas-saħħa tal-bniedem relatat mal-imballaġġ sensittiv għall-kuntatt li jkun soġġett għal liġi speċifika li għandha l-għan li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u dak ir-riskju jiġi ttrasferit għall-kontenut fl-imballaġġ tal-materjal tal-imballaġġ, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ma għandhomx iwettqu evalwazzjoni fir-rigward tar-riskju għas-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali li joriġina mill-materjal tal-imballaġġ. Minflok, għandhom javvertu l-awtoritajiet kompetenti għall-evalwazzjoni ta' tali riskji, b'mod partikolari l-awtoritajiet kompetenti msemmija fir-Regolamenti (UE) 2017/625, (UE) 2017/745, (UE) 2017/746, jew (UE) 2019/6 jew fid-Direttiva 2001/83/KE.
|
|
Artikolu 58 3
|
3. Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq iqisu li n-nuqqas ta' konformità ma jkunx limitat għat-territorju tagħhom, huma għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra bir-riżultati tal-evalwazzjoni u bl-azzjonijiet li talbu lill-operatur ekonomiku jieħu.
|
|
Artikolu 58 4
|
4. L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-miżuri korrettivi kollha xierqa fir-rigward tal-imballaġġ mhux konformi kollu li l-operatur ekonomiku jkun qiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq fl-Unjoni kollha.
|
|
Artikolu 58 5
|
5. Meta l-operatur ekonomiku ma jiħux miżuri korrettivi xierqa fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, it-tielet subparagrafu, jew jekk jippersisti n-nuqqas ta' konformità, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu l-miżuri proviżorji xierqa kollha biex jipprojbixxu t-tqegħid għad-dispożizzjoni tal-imballaġġ fit-territorju tagħhom, jirtirawh jew isejħuh lura.
L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra b'dawk il-miżuri mingħajr dewmien.
|
|
Artikolu 58 6
|
6. L-informazzjoni li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra f’konformità mal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu għandha tiġi kkomunikata permezz tas-sistema ta' informazzjoni u komunikazzjoni msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2019/1020 u għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b'mod partikolari d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-imballaġġ mhux konformi, l-oriġini tal-imballaġġ, in-natura tal-allegat nuqqas ta' konformità u r-riskju involut, in-natura u d-durata tal-miżuri nazzjonali meħuda u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku u, meta jkun applikabbli, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 61(1) ta' dan ir-Regolament. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jindikaw ukoll jekk in-nuqqas ta' konformità huwiex minħabba waħda minn dawn li ġejjin:
|
(a)
|
l-imballaġġ jonqos milli jissodisfa r-rekwiżiti tas-sostenibbiltà fi jew skont dan ir-Regolament;
|
|
(b)
|
hemm nuqqasijiet fl-istandards armonizzati jew fl-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikoli 36 u 37 ta' dan ir-Regolament.
|
|
|
Artikolu 58 7
|
7. L-Istati Membri, barra mill-Istat Membru li jkun qed jieħu l-miżuri skont il-paragrafu 5, għandhom, mingħajr dewmien, jinformaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kwalunkwe miżura adottata u dwar kwalunkwe informazzjoni addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom dwar in-nuqqas ta' konformità tal-imballaġġ ikkonċernat, u, jekk l-Istati Membri joġġezzjonaw għall-miżuri meħuda skont il-paragrafu 5, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.
|
|
Artikolu 58 8
|
8. Meta, fi żmien 3 xhur minn meta tasal l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 jew 7, ma tkun tqajmet ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ miżuri proviżorji meħuda minn Stat Membru, dawk il-miżuri għandhom jitqiesu li jkunu ġustifikati.
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal perjodu ta’ applikazzjoni itwal jew iqsar għall-miżuri proviżorji minn 3 xhur biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tar-rekwiżiti kkonċernati.
|
|
Artikolu 58 9
|
9. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-imballaġġ jiġi rtirat mis-suq tagħhom jew li jittieħdu miżuri restrittivi xierqa oħra mingħajr dewmien fir-rigward tal-imballaġġ jew tal-manifattur ikkonċernat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.01.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0040
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|