5. Manifatturi ta’ sistemi ta’ EHR għandhom, fuq talba motivata ta’ awtorità tas-sorveljanza tas-suq, jipprovdulha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha, f’forma stampata jew elettronika, meħtieġa sabiex tintwera l-konformità ta’ sistema ta’ EHR mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II u l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 36, f’lingwaġġ li jkun jista’ jinftiehem faċilment minn dik l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq; Il-manifatturi tas-sistemi ta’ EHR għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq, fuq talba tagħha, dwar kwalunkwe miżura meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ta’ sistema ta’ EHR li jkunu introduċew fis-suq jew qiegħdu fis-servizz.