+Artikolu 30 Obbligi tal-manifatturi ta’ sistemi ta’ EHR
---+Artikolu 30 1
---+Artikolu 30 2
---+Artikolu 30 3
---+Artikolu 30 4
---+Artikolu 30 5
|
Artikolu 30 Obbligi tal-manifatturi ta’ sistemi ta’ EHR
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 1
|
1. Il-manifatturi ta’ sistemi ta’ EHR għandhom:
|
(a)
|
jiżguraw li l-komponenti tas-software armonizzati tas-sistemi ta’ EHR tagħhom u s-sistemi ta’ EHR innifishom, sa fejn dan il-Kapitolu jistabbilixxi rekwiżiti għalihom, ikunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II u mal-ispeċifikazzjonijiet komuni f’konformità mal-Artikolu 36;
|
|
(b)
|
jiżguraw li l-komponenti tas-software armonizzati tas-sistemi ta’ EHR tagħhom ma jiġux affettwati b’mod avvers minn komponenti tas-software oħra tal-istess sistema ta’ EHR;
|
|
(c)
|
ifasslu d-dokumentazzjoni teknika tas-sistemi ta’ EHR tagħhom f’konformità mal-Artikolu 37 qabel ma jintroduċu dawk is-sistemi tagħhom fis-suq u konsegwentement iżommuha aġġornata;
|
|
(d)
|
jiżguraw li s-sistemi ta’ EHR tagħhom ikunu akkumpanjati, mingħajr ħlas għall-utent, mill-iskeda ta’ informazzjoni prevista fl-Artikolu 38 u minn struzzjonijiet ċari u kompluti għall-użu;
|
|
(e)
|
ifasslu d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE f’konformità mal-Artikolu 39;
|
|
(f)
|
iwaħħlu l-markatura CE tal-konformità mal-Artikolu 41;
|
|
(g)
|
jindikaw isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata tagħhom, l-indirizz postali u s-sit web, l-indirizz tal-posta elettronika jew dettalji oħra ta’ kuntatt diġitali li permezz tagħhom jistgħu jiġu kkuntattjati fis-sistema ta’ EHR; jindikaw id-dettalji ta’ kuntatt punt uniku fejn jista’ jiġi kkuntattjat il-manifattur; id-dettalji ta’ kuntatt għandhom ikunu b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-utenti u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;
|
|
(h)
|
jikkonformaw mal-obbligi ta’ reġistrazzjoni msemmija fl-Artikolu 49;
|
|
(i)
|
jieħdu kwalunkwe azzjoni korrettiva meħtieġa mingħajr dewmien żejjed fir-rigward tas-sistemi ta’ EHR tagħhom, meta jqisu jew għandhom raġuni biex jemmnu li tali sistemi mhumiex jew m’għadhomx konformi mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II, jew isejħu lura jew jirtiraw tali sistemi; il-manifatturi tas-sistemi ta’ EHR għandhom jinfurmaw sussegwentement lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri li fihom huma jkunu qiegħdu għad-dispożizzjoni fis-suq jew fis-servizz is-sistemi ta’ EHR tagħhom dwar in-nuqqas ta’ konformità u dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda, inkluża l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni, u dwar id-data meta l-komponenti tas-software armonizzati tas-sistemi ta’ EHR tagħhom ikunu nġiebu f’konformità jew imsejħa lura jew ġew irtirati;
|
|
(j)
|
jinfurmaw lid-distributuri tas-sistemi ta’ EHR tagħhom u, fejn applikabbli, lir-rappreżentant awtorizzat, lill-importaturi u lil utenti tan-nuqqas ta’ konformità u bi kwalunkwe azzjoni korrettiva, sejħa lura jew irtirar ta’ dawk is-sistemi ta’ EHR;
|
|
(k)
|
jinfurmaw lid-distributuri tas-sistemi ta’ EHR tagħhom u, fejn applikabbli, lir-rappreżentant awtorizzat, lill-importaturi u lil utenti, ta’ kwalunkwe azzjoni korrettiva mandatorja tas-sistemi ta’ EHR u l-frekwenza tagħha;
|
|
(l)
|
fuq talba, pprovduta, f’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat, minn awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq f’dak l-Istat Membru, bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex juru l-konformità tas-sistemi ta’ EHR li jkunu introduċew fis-suq jew qiegħdu fis-servizz tagħhom mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II.
|
|
(m)
|
jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, fuq talba tagħhom, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex is-sistemi ta’ EHR li jkunu introduċew fis-suq jew qiegħdu fis-servizz jinġiebu f’konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II u bi kwalunkwe rekwiżit adottat skont l-Artikolu 42 b’ lingwa uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat;
|
|
(n)
|
jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ lment u jżommu lid-distributuri infurmati b’dan;
|
|
(o)
|
iżommu reġistru tal-ilmenti u reġistru ta’ sistemi ta’ EHR mhux konformi u jżommu lid-distributuri informati b’dan.
|
|
|
Artikolu 30 2
|
2. Il-manifatturi tas-sistemi ta’ EHR għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ proċeduri biex jiġi żgurat li d-disinn, l-iżvilupp u l-użu tal-komponenti tas-software armonizzati tas-sistema ta’ EHR, ikomplu jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II u l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 36. It-tibdiliet fid-disinn jew fil-karatteristiċi fir-rigward tal-komponenti tas-software armonizzati tas-sistemi ta’ EHR għandhom jitqiesu b’mod adegwat u jiġu riflessi fid-dokumentazzjoni teknika.
|
|
Artikolu 30 3
|
3. Il-manifatturi tas-sistemi ta’ EHR għandhom iżommu d-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 37 u d-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE msemmija fl-Artikolu 39għal 10 snin wara li s-sistema ta’ EHR koperta mid-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE tkun ġiet introdotta fis-suq.
Il-manifatturi tas-sistemi ta’ EHR għandhom jaghmlu disponibbli l-kodiċi tas-sors jew il-loġika tal-ipprogrammar inklużi fid-dokumentazzjoni teknika„ jekk dak il-kodiċi tas-sors jew dik il-loġika tal-ipprogrammar ikunu meħtieġa sabiex dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II.
|
|
Artikolu 30 4
|
4. Manifattur ta’ sistemi ta’ EHR stabbilit barra mill-Unjoni għandu jiżgura li r-rappreżentant awtorizzat tiegħu jkollu d-dokumentazzjoni meħtieġa disponibbli minnufih sabiex iwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikolu 31(2).
|
|
Artikolu 30 5
|
5. Manifatturi ta’ sistemi ta’ EHR għandhom, fuq talba motivata ta’ awtorità tas-sorveljanza tas-suq, jipprovdulha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha, f’forma stampata jew elettronika, meħtieġa sabiex tintwera l-konformità ta’ sistema ta’ EHR mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti fl-Anness II u l-ispeċifikazzjonijiet komuni msemmija fl-Artikolu 36, f’lingwaġġ li jkun jista’ jinftiehem faċilment minn dik l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq; Il-manifatturi tas-sistemi ta’ EHR għandhom jikkooperaw ma’ dik l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq, fuq talba tagħha, dwar kwalunkwe miżura meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ta’ sistema ta’ EHR li jkunu introduċew fis-suq jew qiegħdu fis-servizz.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.03.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R0327
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|