+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 (1)
---+Artikolu 2 (2)
---+Artikolu 2 (3)
---+Artikolu 2 (4)
---+Artikolu 2 (5)
---+Artikolu 2 (6)
---+Artikolu 2 (7)
---+Artikolu 2 (8)
---+Artikolu 2 (9)
---+Artikolu 2 (10)
---+Artikolu 2 (11)
---+Artikolu 2 (12)
---+Artikolu 2 (13)
---+Artikolu 2 (14)
---+Artikolu 2 (15)
---+Artikolu 2 (16)
---+Artikolu 2 (17)
---+Artikolu 2 (18)
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 (1)
|
“Aġenziji” tfisser l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (l-“ECHA”), l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (l-“EEA”), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (l-“EFSA”), l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (l-“EMA”) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (“EU-OSHA”);
|
|
Artikolu 2 (2)
|
“Awtoritajiet” tfisser il-Kummissjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif imsemmija fi kwalunkwe wieħed mill-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Annessi I jew III, u l-Aġenziji, esklużi l-bordijiet tat-tmexxija tagħhom;
|
|
Artikolu 2 (3)
|
“detentur tad-dover” tfisser persuna fiżika jew ġuridika responsabbli biex tissodisfa l-obbligi skont l-atti legali tal-Unjoni elenkati fl-Anness I;
|
|
Artikolu 2 (4)
|
“operatur tan-negozju” tfisser detentur tad-dover li huwa impriża privata jew pubblika;
|
|
Artikolu 2 (5)
|
“data dwar il-bijomonitoraġġ uman” tfisser data dwar il-konċentrazzjonijiet ta’ sustanzi kimiċi mkejla f’matriċijiet umani bħad-demm jew l-awrina;
|
|
Artikolu 2 (6)
|
“valur ta’ referenza” tfisser stima ta’ livell ta’ esponiment massimu jew ta’ livell ta’ emissjonijiet massimu ta’ sustanza kimika li taħtu jkun mistenni li jew ma jkun hemm l-ebda effett negattiv jew inkella li jkun hemm biss effetti negattivi aċċettabbli fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent, jew li taħtu r-riskji relatati mal-effetti negattivi ta’ dik is-sustanza kimika fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-ambjent jitqiesu bħala aċċettabbli jew tollerabbli;
|
|
Artikolu 2 (7)
|
“oriġinatur” tfisser il-Kummissjoni, jew l-aġenzija jew l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru responsabbli għall-valutazzjonijiet tal-kunfidenzjalità skont kwalunkwe att legali tal-Unjoni elenkat fl-Anness I;
|
|
Artikolu 2 (8)
|
“att oriġinarju tal-Unjoni” tfisser l-att legali tal-Unjoni li skontu ġew iġġenerati jew ippreżentati d-data u l-informazzjoni dwar sustanzi kimiċi;
|
|
Artikolu 2 (9)
|
“vokabularji kkontrollati” tfisser arranġamenti standardizzati u organizzati ta’ kliem u ta’ frażijiet ippreżentati bħala listi ta’ termini jew bħala teżawru, u tassonomiji bi struttura ġerarkika ta’ termini usa’ u idjaq;
|
|
Artikolu 2 (10)
|
“data dwar sustanzi kimiċi” tfisser kwalunkwe rappreżentazzjoni ta’ fatti jew ta’ informazzjoni li jirrigwardaw is-sustanzi kimiċi u kwalunkwe kumpilazzjoni ta’ tali fatti jew informazzjoni, inkluża informazzjoni dwar il-proprjetajiet fiżikokimiċi, il-proprjetajiet ta’ periklu, l-użu, l-esponiment, ir-riskju, l-okkorrenza, l-emissjonijiet, id-destin u l-proċess ta’ manifattura tas-sustanzi kimiċi, kif ukoll informazzjoni relatata mas-sostenibbiltà ambjentali dwar is-sustanzi kimiċi, inkluża informazzjoni relatata mat-tibdil fil-klima, informazzjoni relatata mal-proċess regolatorju dwar is-sustanzi kimiċi, data dwar l-alternattivi għas-sustanzi kimiċi ta’ tħassib, il-formati standard, il-vokabularji kkontrollati, jew kwalunkwe informazzjoni dwar l-obbligi legali applikabbli relatati mas-sustanzi kimiċi;
|
|
Artikolu 2 (11)
|
“data relatata mas-sostenibbiltà ambjentali” tfisser kwalunkwe data rilevanti għall-valutazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali ta’ sustanza kimika jew ta’ materjal matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollha tagħhom, inkluża:
|
(a)
|
data dwar ir-riżorsi, inklużi l-materja prima, l-ilma, l-enerġija, il-fjuwils fossili u l-art;
|
|
(b)
|
data dwar l-emissjonijiet, inklużi tal-gassijiet serra, is-sustanzi rilevanti għall-ewtrofikazzjoni, it-trab u s-sustanzi niġġiesa l-oħra kollha; u
|
|
(c)
|
data dwar prodotti sekondarji li joriġinaw matul iċ-ċiklu tal-ħajja tas-sustanza kimika li jistgħu jintużaw bħala riżorsi għal proċessi oħra ta’ produzzjoni, inklużi l-idroġenu u l-monossidu tal-karbonju;
|
|
|
Artikolu 2 (12)
|
“data tar-riċerka ppubblikata rieżaminata bejn il-pari” tfisser kwalunkwe data dwar sustanzi kimiċi derivata minn studji xjentifiċi li jkunuppubblikati f’pubblikazzjonijiet rieżaminati bejn il-pari u li ma jitwettqux speċifikament għall-finijiet ta’ valutazzjonijiet regolatorji;
|
|
Artikolu 2 (13)
|
“data personali” tfisser data personali kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2016/679 u kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (1), tar-Regolament (UE) 2018/1725;
|
|
Artikolu 2 (14)
|
“ipproċessar” tfisser ipproċessar kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2016/679 u kif definit fl-Artikolu 3, il-punt 3, tar-Regolament (UE) 2018/1725;
|
|
Artikolu 2 (15)
|
“kontrollur tad-data” tfisser kontrollur kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (7), tar-Regolament (UE) 2016/679 u kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (8), tar-Regolament (UE) 2018/1725;
|
|
Artikolu 2 (16)
|
“proċessur tad-data” tfisser proċessur kif definit fl-Artikolu 4, il-punt (8), tar-Regolament (UE) 2016/679, u kif definit fl-Artikolu 3, il-punt (12), tar-Regolament (UE) 2018/1725;
|
|
Artikolu 2 (17)
|
“interoperabbiltà” tfisser il-kapaċità ta’ żewġ spazji jew aktar tad-data jew networks ta’ komunikazzjoni, sistemi, prodotti, applikazzjonijiet jew komponenti li jiskambjaw u jużaw id-data sabiex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom;
|
|
Artikolu 2 (18)
|
“il-pubbliku” tfisser persuna waħda jew aktar, fiżiċi jew ġuridiċi, u assoċjazzjonijiet, organizzazzjonijiet jew gruppi ta’ tali persuni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.12.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32025R2455
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|